Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 459 • 02 ta' Awwissu 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt €800 u telefonata 'l bogħod minn abort DANIEL MIZZI Minn eżerċizzju li għamel l-ILLUM jidher ċar illi persuna Maltija tista' tapplika biex tagħmel abort barra mill-pajjiż b'faċilità kbira, kważi kważi bl-istess proċess illi xi ħadd jibbukja vaganza onlajn. L-aktar ħaġa li ssorprendiet lil dan il-ġurnal kienet il-faċilità ta' kif persuna Maltija tista' ċċempel, tmur l-Ingilterra u tagħmel abort f 'inqas minn 24 siegħa u mingħajr ebda inkwiet żejjed. Apparti minn hekk il-proċedura tal-abort f 'Londra jirriżultalna li jistgħu ma jqumux aktar minn €800 jekk it-tqala ma tkunx qabżet l-14-il ġimgħa. Tfittxija sempliċi fuq l-internet waslet lil dan il-ġurnal għal xejn inqas minn 350 klinika jew aġenzija ta' riferiment f 'Londra biss fejn persuna tista' tagħmel abort, att illi f 'pajjiżna huwa meqjus bħala illegali u punibbli b'massimu ta' tliet snin ħabs. L-ILLUM għamel kuntatt ma' diversi minn dawn l-isptarijiet u kliniċi fosthom il-Finsbury Health Centre, Groundale Health Centre, Willesden Health Centre fost oħrajn. Dawn irreferewna għal British Pregnancy Advisory Service u l-Marie Stopes UK illi taw lill-ġurnal informazzjoni dwar prezzijiet u proċedura. L-ILLUM jiżvela kif mijiet ta' nisa qed jagħmlu abort fir- Renju Unit b'faċilità u prezzijiet 'irħas' Tkompli f 'paġna 4 "Ma naf b'ħadd fil-PN li gawda ma' Gaffarena" Ara l-intervista ma' Beppe Fenech Adami f 'paġni 12 u 13 Taljani investigati involuti fil-kumpaniji ta' iben Lawrence Gonzi IBEN l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi, David Gonzi, huwa involut bħala direttur u shareholder fi tlieta, mis-sitt kumpaniji li qed ikunu investigati mill-pulizija Taljana dwar logħob illegali u ħasil ta' flus, b'rabtiet mal-organizazzjoni mafjuża 'Ndrangheta. Il-kumpaniji li huwa nvolut fihom David Gonzi huma Uniq Group Ltd, Uniq Shopping Ltd u Fast Run Ltd. Dan jirriżulta minn dokumenti uffiċjali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Minn stħarriġ li għamel L-ILLUM jirriżulta li permezz tal-kumpaniji investigati, David Gonzi kien qed jaħdem mill-qrib ma' nies li issa huma fil-mira tal-pulizija Taljana. L-involviment ta' Gonzi fil-Uniq Group Limited joħroġ mir-rabta li għandu fiż-żewġ kumpaniji li għandhom l-ishma tal-Uniq Group, GVM Holdings Limited u Start Games Limited. Fil- GVM Holdings Limited, iben l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa direttur u shareholder waqt li fi Start Games Limited għandu l-ishma kollha. David Gonzi Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015