Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Lil moħħna It-teknoloġija qed tagħti wisq xogħol lil moħħna JOHN BUSUT TIL DARBA x-xjuħ tagħna kienu jgħidulna 'qis mitt darba u aqta darba'. Dan il- qawl Malti jew aħjar kliem ix-xiħ Malti mhux talli ftit jew ħadd m'għadu jagħti kasu iżda d-dinja moderna tal-lum lanqas biss tagħtik ċans tqis jew taħseb darba aħseb u ara mitt darba. Id-dinja teknoloġika saret tħaddem il-moħħ aktar minn qatt qabel. Sa 10 snin ilu aġenziji tal- ivjaġġar kienu jieħdu ħsieb jirriservaw it-titjiriet u kull tip ta' vjaġġi lil min irid jivjaġġa. Il-persuni li jbiegħu kienu jieħdu ħsieb jgħinu lil min ikun irid jixtri, jagħżel dak li jixraqlu. It-tajpisti jew segretarji kienu jieħdu ħsieb li jwasslu messaġġi ta' dawk li jkollhom wisq x'jagħmlu. Iżda llum grazzi għall-ismart phones jew tablets dan kollu qed jagħmlu l-istess persuna u l-istess moħħ. Illum l-moħħ irid jaħdem u jaħseb dak li qabel kienu jaħsbu għalih 10 persuni oħrajn, barra li xorta dan l-imsejken moħħ irid jara li jmexxi lil sidu li jieħu ħsieb l-uliedu, lil ħbieb, il- karriera, il-passatemp u anke xi program televiżiv favorit jew inkella xi partita futbol. L-Ismart phones ħadu post il-kalendarji, id-djarji (li saru kotba tal-passat), id-dizzjunarji li kienu jinxtraw 'by instalments', il-'gameboy', il-posta (imejl flok envelope u bolla), tape recorder, kamera tar-ritratti, albums tar-ritratti, tbassir tat-temp, GPS, diskursata mal-ħbieb u gazzetta bl- aħbarijiet mibdulin minn ħin għall-ieħor. M'għadek tilmaħ lil ħadd miexi rilassat isaffar u jittanta lix-xemx għaddejja. Kulħadd rasu 'l isfel bis-swaba jtektku dak li jikkmandahom il-moħħ. Illum m'għandekx għalfejn tistudja dwar l-istorja, ġeografija, artisti, għax jekk trid tkun taf xi ħaġa waqt xi diskursata ma' ħabib ħares lejn l-ismart phone jew tablet li dejjem iġġorr miegħek u igoogiljah (il- kelma moderna) taqra dak li xi ħadd kiteb, u tirreptih bħal pappagall. Għax moħħok m'għadux tiegħek, moħħok ta' dak li ddeċieda jdaħħal dak li ried hu fl- internet. Xogħol moħħok hu li jaqrah u jgħidu bħal pappagall. Addio komunikazzjoni fuq il-mejda Niftakar żmien fejn waqt ikla bejn il-ħbieb jew tal- familja kulħadd jargumenta fuq politika, sess, reliġjon, festi, football u x'naf jien. Illum dawk li jibqgħu madwar il-mejda u ma jmorrux ipejpu barra l-bieb tar-ristorant moħħhom biex itektku fuq l-ismart phone u fuq it-tablet u l-moħħ msejken jrid jaħdem fuq min skorja, kemm mietu f 'inċident tat-traffiku, x'għamel dak il-ministru u ta' qablu, u ħadd biss ma jagħti kas x'jismu jew x'libes jew x'make up għamlet ta' quddiemu. Għax dak il-moħħ li normalment jmexxielna għajnejna u l-gosti tagħna lejn ta' quddiemna jispiċċa mmexxi minn dak il-biċċa apparat li ma jafx jagħżel bejn ħin ta' rilass jew ta' xogħol, fejn il-boss isibek fejn irid u fejn moħħok ma jibqax tiegħek iżda tiegħu. 'Multitasking' = deċiżjonijiet bl-għaġġla Ħafna jiftaħru li dan jagħmluh għax għandhom sens ta' 'multitasking', li kapaċi jaħsbu ħafna affarijiet f 'daqqa u jieħdu deċiżjonijiet f 'daqqa. Iżda min jaħseb li kapaċi jagħmel dan ikun qed jitmejjel bih innifsu għax kulma jkun qed jagħmel hu jaqleb minn biċċa xogħol għal oħra b'ċerta għaġġla u żgur li mhux qed jagħmel kollox f 'daqqa. Mhux talli hekk talli min jagħmel dan ikun qed jieħu ħafna iżjed żbalji għax ma jkunx qed jikkonċentra fuq ħsieb wieħed u mhux talli ma jqisx mitt darba talli tant jieħu deċiżjonijiet mgħaġġla "Illum l-moħħ irid jaħdem u jaħseb dak li qabel kienu jaħsbu għalih 10 persuni oħrajn" DJ mixli li kkorrompa tfajla ta' 15-il sena JOEL Caruana, DJ ta' 24 sena li fil-passat diġà kien instab ħati li ħa sehem f ' attivatijiet sesswali ma' minorenni, kien għal darb'oħra mressaq il-Qorti fuq akkużi simili, din id- darba akkużat li kkorrompa tfajla ta' 15-il sena. Caruana ġie mixli li pparteċipa f 'attivatijiet sesswali mat-tfajla, li kien reċediv, u li kien wettaq ir-reat waqt il-perjodu ta' sentenza sospiża. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Il-prosekuzzjoni, mmexija mill-Ispettur Sylvana Briffa, qalet lill-Qorti li din kienet it-tielet darba li Caruana kien mixli fuq akkużi simili. Fl-2010, d-DJ ta' 24 sena kien ngħata sentenza ta' għaxar xhur ħabs sospiża għal sentejn wara li kien misjub ħati li ħa sehem f 'attivatijiet sesswali ma' tifla ta' 13-il sena, u tliet snin wara, propju fl-2013, ingħata sentenza sospiża oħra wara li deher jaqbad sider ta' tfajla ta' 14-il sena. Fis-sottomissjonijiet tagħhom għall-ħelsien mill-arrest, id-difiża saħqet li l-maġġoranza tal-provi kienu jikkonsistu f 'konversazzjonijiet li kienu saru fuq l-internet, u li l-kompjuter tal-imputat diġà kien sekwestrat. Għaldaqstant huwa saħqu li ma kienx hemm riskju ta' tbagħbis tal-evidenza. Madankollu, l-Ispettur Briffa oġġezzjonat għall- ħelsien mill-arrest għax il-vittma kienet minorreni u kien hemm riskju l l-akkużat ikellimha. Il-Maġistrat laqa' t-talba tal-prosekuzzjoni u ordna li Caruana jinżamm taħt arrest. Multa wara li kienu qed jgħumu għarwenin ŻEWĠ studenti Svizzeri li ġew arrestati wara li marru jgħumu għarwenin f ' Tas- Sliema ġew immultati €100 wara li stqarru mal-Qorti li ma kellhomx idea li dan l-aġir kien illegali. Benjamin Elias u Eric Albert, it-tnejn ta' 21 sena, qalu lill-Qorti li fl-Isvizzera huwa legali li persuna tgħum għarwiena, u li għalhekk assumew li l-istess liġi kienet tapplika f 'Malta. Madankollu, l-Maġistrat Antonio Vella qal li dan l-aġir kien illegali fil-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja u li l-argument tagħhom ma kienx jiġġustifika għemilhom. Il-Maġistrat Vella qal ukoll li fl-opinjoni tal- Qorti, l-imputati kienu wrew sogħba ġenwina u talbu skuża ta' għemilhom. Għaldaqstant, il-Qorti mmultathom €100 minflok sentenza ta' ħabs. Qaċċat ġojjelerija minn għonq anzjani ŻAGĦŻUGĦ minn Ħal- Qormi li għandu vizzju tad-droga ġie kkundannat disa' xhur ħabs u ġie ordnat li jsegwi programm ta' reabilitazzjoni kontra d-droga wara li ammetta li qaċċat ġojjelerija minn fuq għonq żewġ nisa' anzjani fil- Ħamrun. Il-Qorti, ppreseduta mill- Maġistrat Antonio Vella, sema' lil Shalon Abela, ta' 22 sena, jwieġeb ħati li kien wettaq is-serqiet. Fl-ewwel każ huwa seraq choker li tiswa €500 mingħand mara ta' 60 sena u bl-istess mod, anzjana ta' 64 sena sfat vittma wkoll wara li nsterqitilha ġojjelerija li tiswa madwar €300. Abela wieġeb ħati wkoll li kien sar reċediv. Is-serqiet seħħu fi Triq Eldorado u Triq Anton Buttieġieġ fil-Ħamrun matul Mejju u Ġunju. L-Avukati Veronique Dalli u Dean Hili, li dehru għall- imputat, qalu lill-Qorti li kien ntlaħaq ftehim mal- prosekuzzjoni fejn l-akkużat kien lest li jammetti u li xtaq jattendi programm ta' reabilitazzjoni mill-vizzju tad- droga. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża u ordnat li Abela jintbagħat disa' xhur ħabs. Il-Maġistrat Vella ordna wkoll sabiex l-imptat jitħalla jsewgi l-programm ta' reabilitazzjoni waqt li jservi l-piena tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015