Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 M eta konna għadna studenti u konna nistudjaw dak li kien jissejjaħ Amministrattiv, l-akbar mistoqsija li kienet tqum kienet dwar is-sistemi interni ta' kull Gvern. La darba gvern kien ser jitmexxa mill-bnedmin u mhux mill-allat, ridna nsibu sistema kif min hu bniedem ma jaħsibx li sar Alla. Bħal ma nippretendu li kull ċittadin ordinjarju għandu joqgħod għall-liġijiet u jġib ruħu sewwa, hekk ukoll dawk li jimplimentaw il-liġi u jinfurzawha. Ħadd ma hu 'l fuq mill-liġi għaliex inkella jkollna dik tal-ġungla fejn min hu fdat bil-poter jgħaffeġ fuq dawk ta' taħt. Il-mistoqsija dejjem kienet min ser jishar fuq dawk li jishru fuqna jew kif kien jistaqsi il-professur li kien jgħallimna "Who is going to police the police?" Mistoqsija f 'waqtha ħafna fid- dawl tal-inkjesta li għadha kemm kienet ippubblikata mill-Ex-Imħallef Michael Mallia. Kien hemm inkjesta oħra mhux daqstant simili iżda għandha xi ħaga komuni... dik li bil- konsegwenza tagħha Manuel Mallia ma baqax Ministru. Għalkemm ma hemmx paragun bejn waħda u oħra, kellhom komuni ħaġa waħda: il- korp tal-Pulizija. Jidher ċar li s-sistemi interni fi ħdan din l-istituzzjoni m'humiex jaħdmu sewwa. Anzi bilkemm ma ngħidx li fallew, kemm fuq livell amministrrativ u anke ta' għarfien f 'waqtu ta' għemil mhux xieraq minn uffiċjali tal-Pulzija. Li ma kienx għall-fatt li kien hemm inċident kontroversjali li eks-uffiċjal tal-Pulizija ġie ingaġġat mal- ministeru tas-saħħa u li l-Ministru sewwa għamel waqqaf mill-ewwel l-ingaġġ, ma nafx jekk qattx konna nsiru naf x'kien għaddej u bl-intriċċi konnessi ma' sitwazzjonijiet li fil- fehma tiegħi, manifestament huma konflitt ċar ta' interess biex ma inseħjiliex xi ħaġa oħra. It-traġedja ma tinsabx biss li fallew dawn is-sistemi, iżda minn kellu l-obbligu li jara li dawn l-affarijiet ma jsirux issa qiegħed jipprova jeħles mir-responsabbilità ta' dan kollu billi jitkaża u jġib lil min jitkaża. F'każijiet bħal dan u oħrajn li sirna nafu bihom issa, bħal dak tal-konkos ta' Mater Dei jew xiri ta' voti bil-konkos f 'Għawdex, kulħadd jinsa fatt important ħafna: li dawn kollha inkubaw u faqqsu taħt l-amministrazzjoni l-oħra. Ngħid għalija nemmen li huwa impossibbli li xi ħadd ma kienx jaf qabel b'dan kollu. Jekk huwa hekk allura tassew għandna għalfejn ngħidu li f 'pajjiżna writna sistemi dekadenti. Li jagħġġibbni hu, kif ċertu b'bloggers li issa tant huma effettivi u investigaturi tajbin illum, ma kienux effettivi u tajbin meta dawn l-affarijiet kienu qegħdin isiru taħt imnieħirom. Minflok jagħtu l-impressjoni li t-tort għandu unikament jistrieħ fuq l-amministrazzjoni li hemm illum! Bejn dak li jiġri llum u dak li kien jiġri l-bieraħ hemm differenza kbira. Apparti li ħafna minn dak li qiegħed joħroġ illum ġej mill-bieraħ, illum inkjesti jsiru. Qabel tikkritika kemm tikkritika u tirraporta kemm tirraporta lill-poltiċi, l-aktar li kien jiġri hu li jibagħtuk għand il-Kummissarju tal-Pulizja. Ovvjament, ħadd ma kien imur għaliex kulħadd kien jibża' li l-biċċa ddur kontra tiegħu jew li hemm xi nasba aktar u aktar meta qabel ma kinitx teżisti il-"Whistleblower Act". Is-sistemi li jrid ikollna huma dawk li jaħdmu b'mod awtonomu minn kif jaħseb il-politiku. Aktar minn hekk jidher li bħal donnu kien hemm xi ħadd li ma riedx li jinbidlu l-affarijiet fid-dawl tad-tibdiliet kbar li saru fis-soċjetà. Dan kollu kien qiegħed jiġri meta ħadd ma kien qiegħed jintebaħ li l-falliment tas-sistemi interni ta' trasparenza u kontabbilità jfissru wkoll il-falliment morali tas-soċjetà. Kważi kważi jkolli ngħid li hemm problemi ta' "checks and balances" f 'kull qasam tas-settur pubbliku. Irridu naraw li sistema bħad- dipartiment ta' "internal affairs" taħdem aħjar fil-Korp tal-Pulzija, f 'dipartimenti bħal dak tal-Artijiet, fejn jdħlu awtoritiajiet regolatorji. Di fatti wara dak li ħareġ dwar il-qasam tar-"remote gaming", il-Gvern mill-ewwel irreaġixxa billi ħabbar li ser ikun tibdil fir- regoli ta' dan il-qasam, għalkemm anke hawn, il-problema nibtet taħt amministrazzjoni oħra sal-punt li anke bin eks-prim minsitru qiegħed jissemma'. Minn qalbi nittama li ma hemm xejn skorett. Iżda rridu naġixxu u naġixxu malajr. Isiru t-tibdiliet kollha li hemm bżonn. Iżda aktar minn hekk wara li jkun hemm inkjesti, n-nies ikunu qegħdin jistennew li jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn. Ngħid għalija, wara l-inkjesta ta' eks-Imħallef Michael Mallia ma għandu jkun hemm ebda dubju x'deċiżjonijiet għadhom jittieħdu. Kull min qiegħed f 'pożizzjoni ta' poter għandu jifhem li dan ġie fdat lilhom biex jużawh sewwa u mhux kif iridu. Ma nistgħux nippermettu li wara li fallew is-sistemi interni ta' ċertu istituzzjonijiet inħallu li jkollna falliment morali fis-soċjetà. Jekk ma jintbagħatx messaġġ tajjeb u qawwi, ebda politiku m'hu ser ikun, kif igħidu l-inglizi "on moral high grounds" biex jippriedka lil dawk li qegħdin taħtu x'għandhom jagħmlu. Operazzjoni mhux faċli, iżda wara l-uġiegħ li ġġib magħha operazzjoni dejjem terġa' tiġi is-saħħa. TONI ABELA L-uġiegħ parti mis-saħħa "Jidher ċar li s-sistemi interni fi" ħdan il-Korp tal-pulizija m'humiex jaħdmu sewwa … Bilkemm ma ngħidx li fallew"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015