Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
NORMALMENT nikteb dwar belt waħda, iżda din id-darba ddeċidejt li nikteb dwar l-Iskozja. Għax ma jistax jkun li żżur l-Iskozja u ma tmurx dawra sal-Highlands. Ma tistax tmur l-Iskozja u ma żżurx l-belt kapitali Edinburgh u l-akbar belt Skoċċiża Glasgow fejn ix-shopping iħabbatha sew ma' Londra (anzi nista' niggaratilkom li hu aħjar anke bħala prezzijiet), Ma tistax tmur l-Iskozja u ma ddurx erba' Lochs (kif inhuma msejħa l-Lagi Skoċċiżi) jew xi belt bħal Stirling. Għax l-Iskozja hi mimlija storja mqanqla, storja ta' ġellieda jew gwerriera li tqatlu għal din l-art u fl-istess waqt li l-aktar parti spettakolari tal- Gran Brittanja. Fejn hemm l-ogħla muntanji (li xorta huma l-iżgħar minn dawk Ewropej fuq il-kontinent), għandha l-kampanja stil Ingliż li hi unika, u lagi li jħalluk bla nifs. Dan barra li l-poplu Skoċċiż hu wieħed mill-aqwa popli simpatiku u li jilqgħek fl-ewropa. L-Iskozja tokkupa it-terz tat-Tramuntana tal-Gran Brittanja. Fiha 790 gżira oħra, b'popolazzjoni ta' 5 miljun persuna. Edinburgh Barra li hi Il-belt kapitali tal- Iskozja għandha karrateristiċi uniċi. Mixja matul Princes Street hi spettakolari meta fuq in-naħa tax-xellug hemm l-aqwa ħwienet tax-shopping, u meta tħares fuq il-lemin hemm ġnien li jifred Edinburgh moderna minn Edinburgh l-antika. Fejn fuq għolja hemm ir-Royal Mile, triq twila mil li fiha hemm diversi pubs, ristoranti, ħwienet u postijiet ta' interess b'bini interessanti ferm. Tibda minn Holyrod Castle fejn tmur il-familja Rjali meta tkun l-Iskozja u tintemm b'Edinburgh Castle li ma tistax ma żżurux, fejn barra l-istorja interessanti tal-kastell, hemm xena spettakolari ta' Edinburgh minn hemm fuq. Jekk żżur Edinburgh f 'Awwissu ħu ħsieb li tibbukkja għal Military Tattoo li jibqa' memorabbli żgur. Ibbukkjaw minn qabel onlajn iżda jekk tinzerta tkun hemm mingħajr mistenni qabel titla t-telgħa għal Royal Mile hemm l-uffiċċju li tista ssib xi biljetti li jkunu ntbagħtu lura u jirnexxilek tara dan l-ispettaklu li niggarantilkom li bħalu ftit taraw. Glasgow Din hi l-akbar belt fli Skozja. Belt mimlija ħwienet li fl- opinjoni tiegħi tiżboq lil Londra f 'dak li hu shopping. Forsi ftit fiha monumenti x'wieħed jara iżda bla dubju li kollox idur ma' George Square. Glasgow għandha l-aqwa night life fl-Iskozja fejn tista tkun xi ftit raffa wkoll minħabba x-xorb żejjed li jinxtorob. Glasgow hu irħas biex toqgħod fih speċjalment meta mqabbel ma' Edinburgh li hi aktar għolja sew bħala akkomodazzjoni kif ukoll bħala ristoranti u shopping. Popolari u uniċi fli Skozja Il-Heather hi fjura lelà li hi meqjusa bħala l-fjura nazzjonali tal-Iskozja li ssibha mal-muntanji u għoljiet Skoċċiżi. Il-Haggis:- Il-platt tradizzjonali magħmul mill- qalb, pulmun u fwied tan- nagħġa. Iż-żaqq (bagpipe): Strument mużikali li kienet introdotta mir-Rumani. Il-bagpipes huma speċi ta' żaqq mimlija bl-arja pressata bil-ħoss mużikali joħroġ minn pajpijiet irqaq. Il-whisky: Bla dubju kull kelma li nikteb hi żejda għalkemm hemm distilleriji li fihom issibu whisky eċċellenti li ma jiġix esportat. Barra hekk l-aqwa whisky jżommuh għalihom. Nissuġerilkom li żżuru id-distilleriji ta' Oban Whisky, Ben Nevis u l-Famous Grouse fost oħrajn. It-Tartan: It-tartan hu drapp tas-suf iċċangjat li aħna nsibuh bħala d-drapp tal- Iskoċċiżi. Dan id-drapp jintlibes prinċiparjament mill-Iscottish Highlanders u l-kuluri tiegħu huma skont il-gruppi ta' dawn il-Highlanders. Il-Highlands Qabel is-seklu 19 il-Highlands kienu d-dar ta' popolazzjoni ferm akbar iżda minħabba li l-istil ta' ħajja tal-Highlands ġie illegali wara l-qawmien tal-Jacobites, bl-Ingliżi jkaxkru lil Highlanders minn dawn l-għoljiet, u kien hemm migrazzjoni kbira għal postijiet urbani. Bla dubju li jekk tmur l-Iskozja u ma tmurx dawra mal-Highlands qisek ma mort imkien. Biex tmur hemm tista' jew tikri karrozza fejn it-toroq li jgħadduk mill-Highlands huma faċli ferm biex issuqhom, inkella tieħu xi eskursjoni mill-bliet jew anke tista tmur b'xi steam train li ttellgħek fuq l-ogħla muntanji fil-Highlands li hi l-Ben Nevis (għolja 1344 metru)li tasal għaliha minn Fort Williams. Loch Lomond Qabel titla l-Highlands triq tgħaddi minn Loch Lomond hi l-akbar Loch jew lag fil-Gran Brittanja. Hi twila 24 mil u 5 mili wiesa (kważi daqs Malta) l-aktar parti fonda hi 600 pied. Fuq dan il-lag hemm madwar 38 gżira biċċiet minnhom jgħixu n-nies fuqhom, tant li fuq waħda minnhom hemm ukoll lukanda...Inchmurrin. Loch Lomond hu wieħed mill- aktar lagi famużi u nkiteb ħafna dwarha, sew fil-kanzunetti kif ukoll fil-poeżiji. Hi rinomata għal ġmiel naturali u l-paċi filwaqt li wieħed jista' jistħajjilha bħala kartolina ħajja kulfejn iħares. Hawn twieled Rob Roy fis-6 ta' Marzu 1671 u kien iż-żgħir mill-ulied taċ- chief tal-Macgregors. Hu kien magħruf bħala r-Robin Hood ta' l-Iskozja, eroj u fl-istess ħin kriminal. Inveraray Mad-dawra tal-Highlands tgħaddi minn Inverary belt ċkejkna fuq Loch Fyne fejn tmiss ma' Loch Shira. Din ġiet mibnija fejn qabel kien hemm villaġġ tas-sajjieda fl-1700 mit- tielet duka ta' Argyll. Hu kien witta l-villaġġ oriġinali biex jagħti aktar spazju lil kastell li kien għadu kif bena u llum hu wieħed mill-isbaħ fli Skozja. Il-bini hu kollu abjad . Oban Oban hu riżort ħelu li minnu tista taqbad dgħajsa u tmur safejn hemm kommunita sħiħa ta' iljuni tal-baħar (foki) fuq gżejjer ċkejkna mdawra bil- muntanji Morvern u Ardgour. Kif tasal l-Iskozja L-aħjar mod hu jew bl-Air Malta li għandhom flights diretti għal Glasgow, inkella bir-Ryan Air għal Edinburgh. U jekk tkun Londra tista jew tqabad tren inkella b'karozza tal-kiri iżda l-vjaġġ twil wisq. 24 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 ILVJAĠĠI TALBUŻU SKOZJA – Spettaklu naturali bi storja kbira Glasgow Ir-Royal Mile Edinburgh