Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
30 illum Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum MIS-SUQ TAT-TRASFERIMENTI... GONZALO HIGUAIN - Il-ġganti Ingliżi ta' Manchester City qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant proli ku Arġentin Gonzalo Higuain mingħand Napoli. Dan wara li huma tilfu lil Stefan Jovetic li ngħaqad ma' Inter kif ukoll mistennija jitilfu lil Edin Dzeko li jinsab ferm viċin li jingħaqad ma' Roma. Madankollu l-president ħabrieki u kontroversjali ta' Napoli, Aurelio De Laurentis, ma jrid bl-ebda mod iċedi lil Gonzalo Higuain, ħlief jekk jiġi o rut somma ta' barra minn did-dinja. MARIO GOTZE - Wara li Juventus daħlu somom sostanzjali ta' us mill-bejgħ tat-tliet pedini importanti li jġibu l-isem ta' Angelo Ogbonna, Carlos Tevez u Arturo Vidal, ix-xewqa prinċipali ta' Juventus tibqa' dik li jingaġġaw lill-attakkant li bil-goal uniku tiegħu ta r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja lill-Ġermanja kontra l-Arġentina, Mario Goetze. Bħalissa Mario Goetze għandu salarju ta' xejn inqas minn 7.5 miljun Ewro s-sena. Jidher li Juventus mhumiex lesti li jo ru dan is-salarju fejn jidher li jistgħu jaslu biss sas-somma ta' 6 miljun Ewro s-sena, bonuses inklużi. Jidher li iktar jista' jseħħ realtà t-trasferiment ta' Julian Draxler minn ma' Schalke 04 għal mal-Bianconeri l-jiem li ġejjin. NEMANJA VIDIC - Wara esperejnza pjuttost negattiva li Nemanja Vidic kellu ma' Inter matul l-aħħar staġun, dan id-difensur Serb jista' jirritorna jilgħab l-Kampjonat Barclay Premier, din id-darba ma' Everton. Dan hekk kif jidher li dan id-difensur ma jinsabx l-pjanijiet tal-coach ta' Inter, Roberto Mancini. CHRISTIAN BENTEKE - Ilkoll nafu bir-rivalità li teżisti bejn Manchester United u Liverpool. Bdiet battalja bejn dawn iż-żewġ clubs ġganti Ingliżi biex jakkwistaw lill-attakkant proli ku Belġjan Christian Benteke mingħand Aston Villa. Finalment kien it-tim tal-Liverpool li akkwista lil dan l-attakkant għas-somma ta' £32.5 miljun u b'kuntratt ta' ħames snin. JOSE CALLEJON - Wara li Tottenham Hotspur o rew is-somma ta' 11 –il miljun Ewro, biex jakkwistaw lil Jose Callejon mingħand Napoli, issa daħlu t-trattattiva l-club l-ieħor minn Londra, hekk kif Chelsea, immexxija minn Josè Mourinho, jinsabu lesti li jirduppjaw din is-somma u għalhekk jo ru s-somma ta' 22 miljun Ewro, liema somma Napoli jidhru lesti li jaċċettaw u għalhekk iċedu lill-attakkant Spanjol lit-tim minn Stamford Bridge. STEWART DOWNING - Huwa plejer ġdid ta' Middlesbrough. Downing ingħaqad minn West Ham United u rma kuntratt ta' erba' snin biex jirritorna mat-tim fejn beda l-karriera. KEVIN DE BRUYNE - Wara diversi ġimgħat ta' spekulazzjonijiet l-media li Kevin De Bruyne seta' jħalli lil Wolfsburg, jidher li issa dawn ix-xnigħat qed jimmaterjalizzaw ruħhom hekk kif dan il-player imwieled - 1991 jinsab pass 'il bogħod milli jingħaqad ma' Manchester City għas-somma ta' 60 miljun Ewro. DIDIER DROGBA - L-attakkant mill-Kosta tal-Ivorju li donnu ma jridx iħalli l-football milgħub, Didier Drogba i rma mal-club mill-Major Soccer League -Istati Uniti, Montreal Impact, aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-plejer ta' 37 sena rma kuntratt ta' sena u nofs. FERNANDO LLORENTE - Jidher li l-attakkant Spanjol Fernando Llorente se jkun qed jingħaqad mal-kompatrijott tiegħu il-goalkeeper Iker Casillas mal- Portugiżi ta' Porto. Dan hekk kif jidher ċar li Fernando Llorente ma jinsabx l-pjanijiet tal-coach ta' Juventus, Massimiliano Allegri. CRISTIANO RONALDO - Huwa fatt magħruf li r-regoli tal-Financial Fair Play qed jiġu osservati minn bosta timijiet. Madankollu, dan jidher li mhux il-każ għaċ-champions Franċiżi ta' PSG, li jidher li xejn mhu impossibli għalihom f 'dak li għandu x'jaqsam ma' akkwisti ta' players. Jidher li huma o rew is-somma esorbitanti ta' xejn inqas minn 120 miljun Ewro lil Real Madrid biex jakkwistaw lill-fenomenu Portugiż, Cristiano Ronaldo, liema o erta, għalkemm waħda ferm attraenti, il-Galacticos, m'aċċettawx mill-ewwel.