4 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015
Ikompli minn paġna 1
JIRRIŻULTA li
l-prezz tal-intervent u
l-konsultazzjoni jvarja
skont l-istadju tat-tqala
tal-mara, bil-liġi Ingliża
tagħmilha ċara li abort
jista' jsir biss qabel
ma t-tqala tilħaq l-24
ġimgħa. Fil-każ tan-
nisa li għandhom 14-il
ġimgħa tqala jew inqas,
l-prezz ivarja minn €800
u €1,000, filwaqt li għal
dawk bit-tqala bejn 15
u 18-il ġimgħa, l-prezz
jitla' sa €1,300. Fl-aħħar
stadju tat-tqala, jiġifieri
bejn 19-il ġimgħa u
sitt xhur, il-prezz jitla' sa
€2,800.
Iż–żewġ għaqdiet qalu li
l-konsultazzjoni medika
u l-intervent kirurġiku
nnifsu jdumu ftit sigħat biss
u li għaldaqstant persuna
tkun tista' titlaq lura d-dar
f 'temp ta' ftit jiem. Minn
dan l-eżerċizzju rriżulta
li sakemm il-mara tkun
b'saħħitha u ma jkollha
l-ebda kundizzjonijiet
mediċi, m'hemm l-ebda
formalità u ma jkunx hemm
bżonn ċertifikat mediku jew
xi tip ta' riferenza minn tabib
jew speċjalista minn Malta
qabel ma tagħmel l-abort.
Mal-ILLUM spjegaw kif
minkejja li l-abort huwa
legali fl-Ingilterra u li huwa
saħansitra kkunsidrat bħala
dritt, dawk in-nisa li jkunu
indeċiżi jekk għandhomx
jagħmlu abort jew le, jiġu
offruti servizzi ta' counseling
u f 'xi każijiet jingħataw
għajnuna psikoloġika.
Madankollu, hija l-mara
li trid isaqsi għal dan is-
servizz.
1,190 abort "Malti" f '20
sena
Skont statistika miġbura
minn Robert Johnson
'Abortion Statistics and other
data' u li kienet aġġornata
l-aħħar f 'Diċembru 2014
(ara t-tabella hawn taħt),
kien hemm b'kollox 1,189
mara Maltija li għamlet
abort bejn l-1993 u l-2013
fl-Ingilterra u Wales.
Madankollu, n-numru
ta'każijiet ta' abort jista
jvarja hekk kif, fil-verità
jista jkun hemm aktar
każijiet li qed iseħħu u li
mhumiex qed jidhru fil-
figuri għal fini ta' statistika.
L-istess statistika ta'
Johnson turi kif fl-2009
kien hemm 78 każ ta' abort
li kien jinvolvi nisa Maltin,
filwaqt li sorsi li tkellmu
mal-ILLUM, qalu li fl-2014
kien hemm 65 mara Maltija
li għamlet abort fl-Ingilterra
u Wales biss, fejn b'kollox
saru 184,571 abort fl-2014.
!
!"#!$%!&'"'()$*!&!$+,'-$#!&$,++.)$,/0'
12,/34#)&0#,.0!#'5!67)$6,88/0'9:;<'='
>?3->@ABC@:9D@9:;?3->@ABC@:9D@9:;<' -$#!&$,#0)$,/' E)$*!&!$F!' *)&' 5!67)$608/!'
3G#H)&0#0!6'9:;<'I()$*!&!$+,'-$#!&$,++.)$,/0'12,/'34#)&0#,.0!#'5!67)$6,88/0'
9:;$37-+!,-?!#&+!&,$,6+#62!@0A-!/")&1,$0++,++.)$0'#,K'()$*!&!$+,'-$#!&$,++.)$,/0'
*GL'#G/'#,M'.GN!.$'I8!.$'0%";O'G'/"9:'#,K'P)Q!N8&G'9:;-537-!,-?!
H)-2&C&:-II)*+&!C.$37-E2-!,-?!C&.37*#0!C&.$:A-2,&62&!,-.$/1%!J<2&5!&.$H0::-+)-!K-+,-!
L6+62-M!N:,-2!#6,,-.)&!)&+;-90!C$#*:046+,!&++&C;0!.&!)&;,-?!)&,+&((6.!4&++!C05!;$
;&,!6.6,,2*+&:0!AAAG6,6+#62;G3*'G4,G!O6::!&:0+!@644!E&!4&;,*5;&)&6,!)&;,370!
)&+,9-37,0!4&++!C05!;$;&,!6.6,,2*+&:0!AAAG6,6+#62;G3*'G4,!)6A!C05!.$64-&.!
P2-4,QRSTG46-&4U3*'G4,G!
!
Programm �enerali Solidarjeta` u �estjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013)Fond
g�all-Fruntieri Esterni (FFE), Fond Ewropew g�ar-Refugjati (FER), Fond Ewropew
g�ar-Ritorn (FRT), Fond Ewropew g�all Integrazzjoni ta' �ittadini ta' Pajji�i Terzi (FI)
Parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea
Rata ta' kofinanzjament: 100% Fondi UE (Assistenza Tekknika)
�estjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni
!
Tista' tagħmel abort sa sitt xhur tqala
Sena Nisa Maltin li għamlu abort fl-
Ingilterra u Wales
1993 45
1994 43
1995 40
1996 61
1997 64
1998 59
1999 49
2000 67
2001 57
2002 69
2003 47
2004 67
2005 54
2006 55
2007 69
2008 38
2009 78
2010 51
2011 63
2012 59
2013 54
Tista' titwaqqaf milli
tagħmel abort barra?
LILLUM tkellem ukoll
ma' Stefano Filletti,
avukat fil-kamp tal-liġi
kriminali, li spjega kif
teoretikament il-pulizija
tista' twaqqaf persuna
Maltija milli titlaq barra
minn Malta biex tagħmel
abort. Madankollu,
l-Avukat Filletti spjega
kif hija diffiċli li
l-pulizija jkollha suspett
raġenovoli biżżejjed jew
saħansitra evidenza li
mara tkun sejra tagħmel
abort. Dan minħabba li
kwistjonijiet bħal dawn
jinżammu misturin.
Din l-istess diffikultà
teżisti wkoll f 'każijiet
fejn il-persuna Maltija
diġà tkun barra minn
Malta u lesta biex tagħmel
l-abort fi sptar barrani.
Filletti spjega kif peress
li l-abort huwa illegali
f 'Malta, persuni Maltin
jistgħu, teknikament, jiġu
investigati u saħansitra
miġjubin Malta jekk ikun
hemm suspett raġenevoli
li għamlu jew se jagħmlu
abort.
"Ipotetikament, il-
pulizija tista' tintervjeni
hekk kif kwalunkwe
persuna Maltija hija
suġġetta għall-liġi Maltija,
irrespetivament jekk tkunx
f 'Malta jew le. Wieħed
mill-elementi neċessarji
sabiex persuna titwaqqaf
milli tagħmel xi ħaġa
barra minn xtutna, hija
li l-azzjoni tagħha tkun
illegali f ' dak il-pajjiż
ukoll. Għaldaqstant, peress
li l-abort huwa legali u
saħansitra dritt f ' pajjiżi
oħrajn, hija diffiċli ħafna
biex il-pulizija tieħu
azzjoni fil-każ tal-abort,"
huwa qal.
L-Avukat Filletti sostna
wkoll kif lilhinn minn dan
kollu, huwa diffiċli ħafna li
l-pulizija tipprova li l-mara
in kwistjoni kienet tqila u
li għamlet abort, aktar u
aktar minħabba l-fatt li,
ġeneralment, il-mara ma
tkunx tidher li għamlet
abort, u peress li l-pulizija
ma tistax tordna eżamijiet
ginekologiċi jew it-teħid
ta' kampjuni tad-demm.