Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 Il-kult reliġjuż tal-Qala Il-bidu tal-istorja tal- Parroċċa tal-Qala huwa marbut mal-knisja ta' 'Santa Maria della Cala' li tinsab fil- lvant tar-raħal li ġġib l-istess isem tal-Qala li bl-għarbi tfisser 'port' u għalhekk 'kenn fil-maltemp' kif juri l-motto tar-raħal. Il-kult reliġjuż fil-Qala jmur ħafna lura fiż-żmien fejn insibu dan il-maqdes li kien jaqdi d-dmirijiet spiritwali fuq din in-naħa tal-lvant tal-gżira Għawdxija, minfejn titla x-xemx żgur meqjuma hi ukoll bħala alla mill-abitanti ta' 'Ogygia' kif naqraw fl-Odisseja ta' Omeru fejn kienet tgħix in-ninfa mitoloġika Calypso. Xhud ta' dan il-kult lejn ix- xemx tiela' mill-orizzont tar- Ras il-Qala huwa l-preżenza ta' fdal ta' tempju neolitiku ta' madwar 3500 Q.K. taċ- ċivilizażżjoni tal-Ewropa l-Antika li kienet tikkonsisti miċ-ċentru tal-Mediterran, Ruma u l-Greċja sax-xmara Dnieper fir-Russja. Żgur li hawnhekk fil-Qala kienet tingħata qima lill- 'Omm il-Kbira', Delphi, l-alla tal-fertilità u Astarte, il-Mara tal-Muntanja u dan kemm taħt il-Feniċi, il- Kartaċiniżi u taħt ir-Rumani. Skont Herodotu, ir-razza Mediterranja u għalhekk l-antenati hawnhekk fil-Qala, hi bażata fuq il-Pelasġjani, il-Karjani, il- Hamitiċi u l-Libjani. Ilkoll nafu li l-Kristjaneżmu tnissel f 'Malta permezz tal- Appostlu San Pawl fis-sena 60 W.K. San Pawl telaq lejn Ruma minn Gaudomelete (Għawdex ta' Malta jew Għawdex hdejn Malta), u għalhekk aktarx minn Għawdex. Fis-sena 317 W.K. l-insara ta' Għawdex (bl-isem ta' Mangaulum) għamlu offerta lill-Imperatur Kostantinu għall-battisteru tal-Lateran. Għalhekk is- Santwarju tal-Qala jista' jagħraf il-bidu tiegħu diġà mis-sekli bikrija tal- Kristjaneżmu Waqt traġedji nazzjonali naturali bhal terremoti, nixfa u epidemiji, in-nies kienet tmur bi ħġarha lejn dan it-tempju biex titlob lill- Madonna tal-Qala. Anke mappa Venezjana ta' 700 sena ilu turi ukoll il- knisja tal-Madonna tal-Qala fl-ilvant ta' Għawdex. Ċensiment li kien sar fl-1530, jigifieri meta ġew il-Kavalieri ta' San Gwann, juri li l-popolażżjoni fil-lvant ta' Għawdex jigifieri fin- Nadur, il-Qala, Għajnsielem, l-Imġarr u Kemmuna (din iż-żona kollha kienet magħrufa bħala l-Qala fil-ħmistax-il seklu) kienet ta' 665 persuna. Iżda l-popolażżjoni fil-Qala u s-Santwarju tal-Qala soffrew konsegwenzi kbar minħabba l-attakki bla waqfien tat- Torok. Fil-fatt fl-1575 is-santwarju tal-Qala safa pprofonat (flimkien ta' 58 knisja oħra, tnax minnhom f 'Għawdex) għaliex il-knisja kienet qed taqa', fil-fatt lanqas bieb ma kellha. Iżda fl-1591 fil-viżta pastorali l-Isqof spanjol Tomas Gargallo li kien laħaq isqof ta' Malta fl-1578 jgħid li l-knisja ta' Santa Marija tal-Qala reġgħet kellha qima kbira mill-poplu Għawdxi. Jinbidel it-titular tal- parroċċa Fil-21 ta' Novembru tal- 1615 l-Isqof Malti Baldassare Cagliares biddel t-titular ta' Santa Marija tal-Qala għal dik tal-kunċiżżjoni bħala rigal personali tiegħu lill- Madonna u lil Alla talli laħaq Isqof fl-14 ta' Diċembru 1614 taħt il-Papa Pawlu V. Il-kwadru tal-Immakulata Kunċiżżjoni kien impitter mill-pittur Taljan minn Urbino Federico Barrocci (Il-Baroccio 1526-1612). Il-parroċċa tal-Immakulata Kunċiżżjoni u San Gużepp kienet l-ewwel parroċċa li twaqqfet fl-1872 minn meta Għawdex sar djoċesi għalih. L-Istatwa Titulari ta' San Ġużepp L-Istatwa ta' San Ġużepp li hi statwa neo-klassika waslet il-Qala fis-sena 1890 minn Franza mid-ditta Franċiża 'Gallard et Fils' li għamlet diversi statwi għal Għawdex u f 'Malta bħal Santa Marija taż-Żebbuġ u San Ġużepp ta' Ħal Kirkop. Kienet waslet tliet snin wara dik tal- Immakulata Kunċizzjoni. Bħal fil-każ ta' Sannat kienu l-emigranti Qalin ġewwa l-port ta' Marsilja li kienu ħallsu għall-istatwa. Hija statwa uniku fejn naraw it-tfajjel Ġesu' ta' madwar sentejn jintelaq u jserrah rasu fuq San Ġużepp. L-istatwa żżanżnet fl-ewwel festa ta' San Ġużepp li saret fir-raħal, fit-12 ta' Mejju 1890 (125 sena ilu). Dak in- nhar il-Festa li saret fit-Tielet Ħadd wara l-Għid il-Kbir, kienet qamet madwar €100 Il-Qala:- Kenn illum@mediatoday.com.mt John Busuttil • L-ewwel parroċċa tad-djoċesi Għawdxija • L-istatwa ta' San Ġużepp għalqet 125 sena • L-unika statwa fejn Ġesu jserraħ rasu fuq San Ġużepp • L-ewwel festa swiet €100....illum tiswa €62,000 L-istatwa titulari ta' San Ġużepp fil-Qala "San Gużepp ser ikun jista' jgħaddi minn waħda mill-isbah pjazez mingħajr xkiel – pjazza li tagħmel unur lilna l-Qalin "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015