Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
34 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Hija storja twila għax in-nannu tiegħi kien propjetarju ta' żewġ grawnds tal-futbol f 'Palermo, u għalhekk aħna t-tliet neputijiet li lkoll lgħabna f 'livelli importanti tal-futbol. Jien u ħuti konna nilagħbu futbol minn filgħodu sa filgħaxija f 'dan l-impjant u għalhekk kbirna fil-futbol biss. U allura l-iskola traskurajtha? Sfortunatament iva. Ħajti kienet komposta minn ħafna futbol u ftit skola. U dan jidher għax ma naf xejn nitkellem bl-Ingliż. L-ewwel esperjenza tiegħek fil-futbol milgħub waslet ma' Reggina. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza? Kienet esperjenza importanti, anki għall-fatt li lanqas kien għad kelli 18 -il sena u kont nilgħab fis-Serie B fejn domt nilgħab għal sena, sentejn fis-Serie C1 u mbagħad wara għamilt il-qabża kbira għal ma' Fiorentina. Lgħabt ukoll ma' Fiorentina fejn hemmhekk seħibt lil stilel kbar bl-isem ta' Batistuta, Effenberg u Rui Costa fost oħrajn. Il-kummenti tiegħek. Fuq dawn il-plejers meqjusin bħala stilel, ftit hemm xi tgħid. Anzi f 'dawk il-mumenti, kont nipprova nisraq xi sigriet li jirrigwardja l-futbol mingħandhom. Il-president l-ewwel kien Mario Cecchi Gori, iżda mbagħad kien miet u wara sena kien laħaq president it-tifel tiegħu Vittorio Cecchi Gori. U għalhekk, kelli l-pjaċir li nilgħab ma' dawn il-players tal-ogħla kwalità fil-futbol. Wara Fiorentina lgħabt għal sentejn ma' Foggia, sena ma' Salernitana fejn irbaħna l-Kampjonat tas-Serie B u ġejna promossi għas-Serie A. Dak iż-żmien kellna bħala kowċ lil Delio Rossi u lgħabt ma' plejers kbar fosthom Marco Di Vaio, u ħija Giacomo Tedesco. Kellna skwadra mill-aqwa. Kellek esperjenza ta' suċċess ukoll ma' Perugia. X'tikkummenta rigward din l-esperjenza? Ma' Perugia qattajt sitt snin mill- isbaħ, fejn skorjajt ħafna goals bħala midfielder. Irbaħna t-Tazza Intertoto u pparteċipajna fit-Tazza UEFA. Kellna ħafna sodisfazzjonijiet. Kien perjodu importanti ħafna fil-karriera tiegħi għax kbirt mhux biss f 'dak li għandu x'jaqsam ma' futbol, iżda anki fuq livell uman. Dan għax kien propju f 'dak il-perjodu li twieldu t-tfal tiegħi. M'hemmx dubju li dan kien l-aktar perjodu importanti fil-ħajja tiegħi. U la qed insemmu lil Perugia, fiż- żmien li fih kont tilgħab int ma' dan it-tim, ma nistgħux ma nsemmux dik il-logħba famuża meta Perugia kienu għelbu lil Juventus bl-iskor minimu ta' 1-0 b'gowl ta' Alessandro Calori, biex il-Bianconeri spċċaw biex tilfu r-rebħ tal-kampjonat propju fl-aħħar ġuranta, għas-spejjeż ta' Lazio. X'tikkummenta fuq din il-logħba partikolari? Dik kienet logħba li ma kellhiex tintlagħab minħabba l-kundizzjoni ferm ħażina tal-grawnd, iżda l-FIGC kienet iddeċidiet li l-logħba kelha tintlagħab propju dakinhar minħabba li skont hi kien impossibbli li din il-logħba tintlagħab l-għada. Dan, minħabba l-fatt li kieku kienu jiġu eluf ta' partitarji ta' Lazio minn Ruma, u għalhekk minħabba ċirkostanzi ta' ordni pubbliku, din il-partita kellha tintlagħab dakinhar. Il- grawnd ma kienx prattikkabli iżda din mhix skuża għaliex Juventus kienu tilfu dakinhar. Dan għaliex il-Bianconeri dakinhar kienu waslu għal din il-logħba f 'kundizzjonijiet diżastrużi, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Lgħabt ukoll ma' Genoa. Il- kummenti tiegħek. Ma' Genoa lgħabt ma' plejers mill- aqwa fosthom Milito. Biex nieħu spunt rigward players importanti, li lgħabt magħhom fil-karriera tiegħi, barra Milito, nista' nsemmi lil Rapajic, Miccoli, Pastore u Cavani. Biex nerġa' lura għal Genoa, hemmhekk konna rbaħna l-Kampjonat tas-Serie B, biex ksibna l-promozzjoni għas- Serie A. Klena tim jilalwa fejn am tax ma nerga x9nsemmi plejer bhal Milito, waqt li kekna wkoll kowc atjjeb - Serse Cosmi. Iżda mbagħad sfortuanatmnet minħabba każ ta' korruzzjoni relatat ma' match-fixing, waqqawna għas-Serie C. Kif inbidel il-futbol miż-żmien li fih kont tilgħab int għal-lum il-ġurnata? M'hemmx dubju li meta naħseb għaż-żmien li fih kont nilgħab jien fis-snin 90 fis-serie A, meta l-avversarji tiegħi kienu Gullit, Boban, Van Basten, u Rijkaard fost oħrajn, meta nikkumparahom mal- plejers tal-lum, il-livell huwa baxx immens. Għaliex plejers ta' klassi mondjali fosthom Ibrahimovic, Thiago Silva u Lavezzi qed jagħżlu li jitilqu mill- Italja biex ifittxu avventuri oħra f 'pajjiiżi oħra? Sfortunatament, mhuwiex sabiħ li wieħed jgħidha iżda ħadd ma jista' jiċħad ir-realtà. Bħalissa l-Italja qed taffronta perjodu partikolari mill-aspett ekonomiku. U għalhekk l-ewwel ħaġa li tikkonstrinġi plejer partikolari biex imur jilħab barra mill-Italja hija l-aspett finanzjarju. Iżda mhux biss. Hemm ukoll nuqqas ta' strutturi adekwati, l-istadia huma antiki, hemm ftit grawnds fejn wieħed jittrenja. B'hek hemm serje ta' affarijiet, iżda r-raġuni ewlenija, nemmen li hi waħda purament ekonomika. X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting li kulma jmur qed jeqred l-integrità tal-futbol mondjali? Jien naħseb li l-ewwel nies li għandna niġġieldu dan il-kankru, għandna nkunu aħna l-persuni involuti mill-qrib fid-dinja tal-futbol, jiġifieri l-kowċss u l-plejers li mmorru fil-grawnd. Iżda m'hemmx dubju li din hija problema kbira u li fl-aħħar snin kważi dejjem ikkonċernat lilna t-Taljani. Niġu issa għal Floriana. Ma' dan it- tim bi storja glorjuża fil-futbol Malti, SPORTSillum Il-leġġenda ta' Palermo u Perugia, Cristian Antony Muscat Giovanni Tedesco - bla dubju wieħed mill-aqwa kowċis li qatt inġieb f'Malta biex jikkowċja, u leġġenda ħajja kemm ta' Palermo FC, kif ukoll ta' Perugia FC. Ma' dawn iż-żewġ timijiet rispettivi, s-snin li għaddew huwa għamel il- meravilji -ogħla diviżjoni tal-futbol Taljan - is-Serie A. "Jien għażilt lil Birkirkara għax irrid nirbaħ l-unuri hawn Malta u għalhekk mort f 'tim ambizzjuż bħali li jrid jirbaħ l-unuri."