Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 ILPUNT Qrib L-Għawdxin F tit tal-ġimgħat ilu ġie fi tmiemu t-terminu tiegħi ta' sentejn bħala Segretarju Ġenerali tal-PN u wara diskussjoni mal-Kap tal- PN Simon Busuttil ddeċidejt li ma nerġax nikkontesta għal din il-kariga biex nkun nista' niffoka l-ħidma politika tiegħi, kollha kemm hi, fuq Għawdex u l-Għawdxin. Dan wara seba' snin ta' ħidma kontinwa f 'Malta, ħames snin fil-Kabinett u sentejn bħala Segretarju Ġenerali. Il-fatt li qed nkun ħafna ħin Għawdex qed jagħtini l-opportunità li kontinwament niltaqa' mal-kostitwenti li jkellmuni fuq diversi materji li jolqtu lilhom, lill-familji tagħhom u lil Għawdex. Irrid ngħid li fl-aħħar tmien ġimgħat kelli esperjenza li minn naħa kienet pożittiva għaliex ltqajt ma mijiet ta' Għawdxin li kelli l-opportunità nitkellem magħhom u minn naħa l-oħra esperjenza li wrietni li hemm Għawdxin li qed ibatu, li hemm min qed jiġi vittimizzat, li hemm min qed jaqa' lura, u li hemm min irid lil min jisimgħu u jgħinu. Determinat li nkun ħafna aktar qrib l'Għawdxin, li fl-aħħar mill-aħħar lilhom nirrapreżenta fil-Parlament, u li nipprova nagħmel minn kollox biex ngħin kull fejn nista'. Illum se naqsam magħkom ftit minn dak li wasal għandi. L-eqqel tas-Sajf Għawdex jimtela' bil-ħajja fix-xhur tas-Sajf. Tieħu pjacir tara eluf ta' Maltin u turisti li jiġu jgawdu s-sbuħija tal-gżira tagħna. Tieħu pjaċir tara lil Għawdxin bieżla jaħdmu ħafna iżjed mis-soltu biex jagħtu l-aqwa servizz. Tiddejjaq però li affarijiet żgħar li jistgħu jagħmlu l-esperjenza tal-Maltin u t-turisti li jiġu Għawdex ħafna aktar pjaċevoli, jitħallew għaddejjin. Jiġi f 'moħħi x-xogħol li għaddej bħalissa fil-Menqa ta' Marsalforn. Il-Menqa hija meqjusa bħala il-mekka tat-turiżmu f ' Ghawdex. Minkejja dan u minkejja li ninsabu f 'nofs is-Sajf għaddej xogħol ta' kostruzzjoni mill- Gvern li qed jikkawża ħafna problemi lir-ristoranti li hemm fil-Menqa kif ukoll lit-turisti li jkunu akkomodati fil-lukanda Calypso. Għaliex il-Gvern mhux qed jobdi l-Avviż Legali li ħareġ hu stess li jipprojbixxi xogħol ta' kostruzzjoni f ' postijiet turistiċi fix-xhur tas- Sajf? It-toroq t'Għawdex Waħda mill-aktar ilmenti li smajt fl-aħħar ġimgħat kien bla dubju dwar it-toroq f 'Għawdex, b' mod partikulari t-toroq fil-Qala, f 'Għajnsielem, fix-Xewkija u fis-Sannat. Ma naħsibx li hu ġust li ġie mgħoddi main tal-ilma, minn Hondoq sa Ta' Ċenċ diversi xhur ilu u t-toroq tħallew fi stat diżastruz. Wara ħafna mistoqsijiet Parlamentari ġie stabbilit li dan ix-xogħol mhux responsabbli għalih il-Ministeru għal Għawdex għax qed isir mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalhekk bdejna nindirizzaw il-mistoqsijiet tagħna lill-Ministru Konrad Mizzi. Minkejja ħafna pressjoni, sa issa sar biss parti mix-xogħol. L-Għawdxin, speċjalment dawk li jgħixu f 'dawn it-toroq, jippretendu li jekk dawn inqalgħu għall-inqas jitranġaw u mhux jitħallew għal xhur sħaħ jgħixu fit-trabijiet bil-problemi kollha li dan iġib mieghu. Ir-Ramla Il-bajja tar-Ramla f 'Għawdex hija l-aktar bajja popolari fix-xhur tas-Sajf. Però sfortunatment din mhix aċċessibbli għal kulhadd, minkejja li forsi huwa l-aħjar post fejn persuni b' diżabilita' jistgħu jmorru jgħumu. Sa ftit ilu din kienet aċċessibbli permezz ta passaġġ tal-injam li jieħu mit-triq sal-baħar. Fit-triq minn fejn jibda dan il-passaġġ kien hemm spazji ta' parkeġġ apposta għal persuni b' dizabilità. Għal xi raġuni, din is-sena dan il-passaġġ ma jwassalx sal-baħar iżda jispiċċa madwar 20 metru 'l bogħod. Allura nistaqsi kif jista' wieħed jimxi b' siġġu tar-roti fir-ramel għal dawn l-aħħar 20 metru? Barra minn hekk l-injam ta' dan il-passaġġ hemm partijiet minnu li huma fi stat ħażin u perikolużi u hemm bżonn jinbidlu. Appellajt lill-Kunsill tax- Xagħra u lill-Ministeru għal Għawdex biex jieħdu l-passi immedjati u jaraw li dan il- passaġġ jitwassal sal-baħar u li jinbidel l-injam li hu fi stat ħażin qabel iweġġa xi ħadd. Hemm bżonn li dan ix-xogħol isir malajr kemm jista' jkun biex il-persuni b'diżabilita' jkollhom aċċess dirett għal baħar fl-aktar bajja popolari f 'Għawdex. L-Isptar Ġenerali t'Għawdex Kulħadd jaf li l-Gvern beda l-proċess biex jipprivatizza l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan qed joħloq inkwiet fost il- ħaddiema tal-isptar u anke fost l'Għawdxin li mhux konvinti li s-servizz tas-saħħa se jitjieb jew għall-inqas jibqa' kif inhu illum. Fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jaħdmu madwar 900 persuna u ħafna minn dawn qed jikkuntattjawni dwar l-inkwiet tagħhom. Huma jsostnu li qed jitħallew fl-għama u ma jafux x'se jiġri minnhom. Dawn il-ħaddiema għandhom dritt għall-informazzjoni dwar il-futur tagħhom. Jistaqsu kontinawment humiex se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern jew inkella hux se jkunu ħaddiema mal-privat u jekk hux se jitbidlu l-kundizzjonijiet tax- xogħol tagħhom. Nitkellem mal-Għawdxin u dawn jagħmlu l-mistoqsija jekk is-servizz hux se jibqa' b' xejn u bir-raġun. Dan ghaliex fl-aħħar jiem u ġimgħat kien hemm tentattivi biex ċerti servizzi jibda jsir ħlas għalihom, anke jekk nominali. Kien biss wara intervent mill-ewwel li għamilna li d-diriġenti tal-isptar irtiraw dawn il-ħlasijiet li bdew jintalbu għal slings, collars etc. Sodisfatt immens li l-Ministeru tas-Saħħa kellu jirtira dawn il-ħlasijiet wara l-pressjoni li għamilt fil-midja soċjali, li ġabet ir-reazzjoni ta' ħafna. Nassigurakom li se nkompli nuża l-mezzi disponibbli biex ma nħallix dawn it-tip ta deċiżjonijiet iweġgħu lill-Għawdxin. Fil-ġranet li ġejjin se nkun ukoll qed nitkellem dwar ħlasijiet oħrajn li daħlu baxx baxx fl-aħħar xhur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan se nkun qed naghmlu bi skop wieħed li s-servizz f ' Għawdex ikun l-istess bħal f ' Malta u għal xejn iżjed. Festi f 'Għawdex Mill-aħħar ta' Mejju sa' nofs Settembru f 'Għawdex, kull nhar ta' Ħadd tiġi iċċelebrata festa waħda f 'wieħed mill-irħula ta' Għawdex. Fl-ebda Ħadd ma jkun hemm żewġ festi. Kull raħal għandu l-Ħadd tiegħu. Dan b' kuntrast ma' Malta, fejn wieħed isib numru ta festi kull ġimgħa. Irrid nsellem lill-mijiet kbar ta' volutiera li jagħtu kollox biex il-festi jkunu suċċess. Fl- aħħar snin, b'mod partikulari f 'Għawdex rajna gruppi ta' żgħażagħ jingħaqdu f 'kull raħal biex iżidu u jtejbu l-armar tal-festa. Hija verament għaxqa għalina u ħafna aktar għat-turisti li jżuruna li jaraw il-lokalitajiet tagħna mlibbsin għall-festa b' tant kuluri, drappijiet, dwal u elf ħaġa oħra. Hemm bżonn li nagħtu aktar rikonoxximent lil dawn in-nies li qed jaħdmu bla waqfien biex il-festi tagħna mhux talli ma jmutux talli jkomplu jikbru u jkunu ta' attrazzjoni. Chris Said huwa deputat u 'shadow minister' għal Għawdex "Minkejja li ninsabu f 'nofs is-Sajf għaddej xogħol ta' kostruzzjoni mill-Gvern li qed jikkawża ħafna problemi lir- ristoranti li hemm fil-Menqa" CHRIS SAID

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015