Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 29 SPORTSillum Stennija li l-belt ta' Milan tirritorna l-quċċata tal-futbol Taljan WARA bosta snin, jidher li l-belt maestuża ta' Milan fl-Italja se tkun qed terġa' tirritorna fil-quċċata tal-futbol Taljan matul l-istaġun li ġej. Dan hekk kif iż-żewg timijiet li jirrapreżentawha, AC Milan u Inter, jidhru armati sa snienhom biex tabilħaqq jiġġieldu għall-unuri wara numru konsiderevoli ta' snin. Dan mingħajr ma nneħħu xejn mill-mertu ta' timijiet oħra, l-aktar fosthom Juventus, li m'hemmx dubju li se jkunu qed jingħaqdu ma' dawn iż-żewġ timijiet ġirien iżda rivali kbar ta' xulxin, għar- rebħ tal-unuri fi tmiem l-istaġun. Nibdew mir-Rossoneri, li qed jittamaw li għamlu l-għażla t-tajba għall-fatt li ngaġġaw lill-coach Serb, Sinisa Mihajlovic. Dan hekk kif wara li keċċew lil Massimiliano Allegri minn coach, u ġabu lill-eks players Clarence Seedorf u Filippo Inzaghi bħala coaches, dawn xejn ma rnexxielhom iġibu riżultati pożittivi lejn San Siro u barra minnu. Madankollu, bosta ma tawx ħtija lil dawn iż-żewġ coaches, iżda lill-iskwadra fqira li kellhom AC Milan tul dawn l-aħħar sentjen. Iżda, s'issa jidher li r-rebbieħ tal- UEFA Champions League bħala player lura fl-1991 ma' Red Star Belgrade, Sinisa Mihajlovic, ġab demm ġdid u arja ġdida għar-Rossoneri, bil-karattru uniku tiegħu. Jidher li dan il-coach daħħal serjetà kbira li kienet ilha nieqsa minn Milanello, fosthom li l-players tiegħu jittrenjaw għall-ħinijiet twal, anki saħansitra kmieni filgħodu. Dan il-coach diġà wera xi jsarraf meta kien fit-tmun ta' Catania u Sampdoria bħala coach, għalkemm kellu esperjenzi inqas pożittivi bħala coach ma' Bologna u Fiorentina. Il-prospetti għal Sinisa Mihajlovic fit-tmun ta' AC Milan jidhru ferm sbieħ, speċjalment bl-akkwisti li għamlu r-Rossoneri f 'dawn l-aħħar ġimgħat li jkomplu jsaħħu l-iskawdra tal-coach Serb, fosthom bi players bħal Carlos Bacca, Luiz Adriano u Andrea Bertolacci. U dan, hekk kif il-partitarji tar-Rossoneri jinsabu ferm ħerqana jistennew x'se jkun il-futur ta' Zlatan Ibrahimovic. Dan hekk kif huwa qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' AC Milan fil-jiem li ġejjin, għalkemm fl-aħħar siegħat kien hemm rapporti kuntrastanti li taw x'wieħed jifhem li Zlatan Ibrahimovic jista' tabilħaqq jibqa' ma' PSG fi Franza jew saħansitra jmur jilgħab fil-Barclays Premier League fl-Ingilterra jew fil-Major Soccer League, fl-Istati Uniti. Nhar is-Sibt 25 ta' Lulju huma kkonvinċew bis-sħiħ meta f 'logħba ta' ħbieberija li ntlagħbet fil-belt ta' Shenzhen fiċ-Ċina, għelbu lill-kuġini iżda rivali kbar Inter bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-goal waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Phillippe Mexes fit- tieni taqsima, eżattament fit-62 minuta, bil-goal tiegħu jirriżulta bħala wieħed tal- istampi. Niġu issa għat-tim l-ieħor minn Mian, Inter, li wara numru konsiderevoli ta' snin, jidher li hemm aspettattivi ferm sbieħ għal dan il-klabb minn Milan għal matul dan l-istaġun. Għalkemm huma jinsabu ferm viċin li jitilfu s-servizzi ta' Xherdan Shaqiri li se jingħaqad ma' Schalke 04 fil-Ġermanja, huma akkwistaw is-servizzi ta' Geoffrey Kondogbia mingħand Monaco, li permezz tal-kariżma li jippossjedi jidher li ġibed mhux ftit lil numru kbir ta' partitarji ta' Inter warajh. Dan il-player ġibed l-imħabba tal-partitarji Interisti wkoll b'pika mal- ġirien iżda arċi-rivali eterni AC Milan, li kienu ferm viċin li jakkwistaw lil dan il-player, speċjalment meta d-Delegat Amministrattiv ta' AC Milan Adriano Galliani, deher jiċċena mal-istess player f 'restaurant f 'Milan. Immexxija minn Roberto Mancini, bħal dejjem, Inter għandhom numru kbir ta' players mhux Taljani, bl- uniċi żewġ players Taljani li mistennija jibdew mal-ewwel 11 tul l-istaġun li ġej ikunu l-captain Andrea Ranocchia u Danilo D'Ambrosio. Mattia De Sciglio ffawljat minn player ta' Inter, fit-tentattiv li jirbaħ il-ballun fir-rebħa minima ta' 1-0 ta' AC Milan fuq Inter f 'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet fil-belt ta' Shenzhen fiċ-Ċina nhar is-Sibt 25 ta' Lulju Jibdew jidhru x-xquq għal Juventus! KUNTRARJU għal staġuni imgħoddija jidher li beda jinżel xi ftit il-moral fil- kamp Juventin. Ilkoll nafu li wkoll bħal daż-żmien sena partitarji ta' Juventus xejn ma laqgħu l-aħbar li Massimiliano Allegri kien se jieħu t-tmun ta' Juventus mingħand Antonio Conte, wara tliet snin ta' suċċessi kontinwi. Saħansitra, l-istess partitarji kienu kantaw innijiet dispreġġjattivi f 'wiċċ Massimiliano Allegri nnifsu: "Lil Allegri ma rriduhx". B'hekk il-moral fil-kamp Juventin ukoll kien kemmxejn baxx bħal daż-żmien sena. Iżda, l-istess coach bravu Taljan ma damx ma ta risposta fis-skiet lil dawn il-partitarji biex wassalhom għar-rebħ tat-raba' Kampjonat tas-Serie A konsekuttiv, ir- rebħ tal-Coppa Italia, wara xejn inqas minn 20 sena u kontra kull mistenni wassal lil Juventus sal-finali tal-UEFA Champions League, fejn kien biss kontra l-ġganti Spanjoli ta' Barcelona, li sfaw megħluba bl-iskor konvinċenti ta' 3-1. Madankollu, l-affarijiet għal Juventus matul dan is-sajf qed jidhru kemmxejn imċajprin hekk kif tilfu s-servizzi ta' tliet players partikolari li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Andrea Pirlo, Arturo Vidal u Carlos Tevez. U dan minbarra li huma tilfu s-servizzi ta' plejers oħra fosthom Angelo Ogbonna u Pepe. Huwa minnu li l-Bianconeri akkwistaw is-servizzi ta' Mario Mandzukic, Paulo Dybala, Simone Zaza, Sami Khedira u l-goalkeeper Neto, fost oħrajn, iżda dawn jidher li m'għandhomx il-kalibru biex jikkumpensaw għat-telf tat- tliet stilel imsemmija. Forsi, spunt pożittiv għall- Juvnentini kien dak li ma tilfux is-servizzi ta' Paul Pogba li kien ferm viċin li jingħaqad ma' Barcelona għas- somma eletriffikanti ta' bejn it-80 u l-100 miljun Ewro. Dan għalkemm xi partitarji Juventuni kienu xorta waħda favur li Paul Pogba jħalli l-belt ta' Turin, biex jingħaqad ma' Barcelona, minħabba d-dħul finanzjarju enormi li kien se jħalli warajh, b'liema ammont ta' flus investiment setgħu jixtru numru ta' players important. Iżda, kif ilkoll nafu, dan ma ġarax! Nhar is-Sibt 25 ta' Lulju, Juventus sfaw megħluba f 'logħba ta' ħbiberija bl- iskor ta' 2-1 kontra Borussia Dortmund, u li kieku ma kienx il-goalkeeper illustri Gianluigi Buffon li ċaħħad għal diversi drabi lill- Ġermaniżi milli jsibu x-xibka, l-iskor kien ikun ferm u ferm akbar. B'hekk, kollox qed jindika li dan l-istaġun se jkun wieħed diffiċli għal Juventus biex jirnexxielhom jilħqu t-tragward tal-istaġun li għadda, u dan speċjalment meta hemm timijiet oħra fosthom iż-żewġ timijiet ta' Milan li qawwew ferm l-iskwadri rispettivi tagħhom! Leonardo Bonucci, Andrea Barzagli u Stefan Liech- steiner imħassbin - simbolu tax-xquq li bdew jidhru fit-team ta' Juventus fl-istaġun 2015/16