Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 11 (25 skud, 4 tari' u 4 grani, illum il-festa tqum mal- €62,000). Kien fis-sena 1922 li l-Festa bdiet tigi ċċelebrata fl-Ewwel Ħadd ta' Awwissu. Din mhix kumbinazzjoni għaliex il-knisja kopta tal- Eġittu tiċċelebra l-mewt tal- Patrijarka San Ġużepp kull sena fit-2 ta' Awwissu. Il-pedestall ta' San Ġużepp li hemm llum, wasal il-Qala 27 sena wara, eżattament fit-30 ta' Marzu tal-1917. Id- disinn u l-iskultura fl-injam sar l-Imdina minn Mastru Kalcidon Bugeja tar-Rabat, Malta, u sewa €15. Hu kien għamel ukoll id-disinn tal-bradella tal-istatwa li ġiet maħduma fl-injam tal-ġewż u dak 'green heart' minn Ġużeppi Mercieca, mastrudaxxa u skultur mill- Qala. L-informazzjoni ġbarniha mill-Vigarju Parrokkjali Dun Charles Buttigieg "Għat-tieni darba San Ġużepp se jkun jista' jgħaddi minn waħda mill- isbaħ pjazzez mingħajr xkiel" – is-sindku Clint Camilleri is-sindku tal-Qala qalilna li dan iż- żmien ta' festa hu żmien għal qalbu ħafna. "Mhux biss għalija iżda għal Qalin kollha barra għal dawk l-għaqdiet li ħafna minnhom jkunu ħadmu għalih matul is-sena kollha. "Il-Kunsill Lokali tal-Qala minn dejjem kien minn ta' quddiem sabiex jgħin lil parroċċa biex intellgħu waħda mill-isbaħ festi ġewwa l-gżira Għawdxija. Ta' min jgħid li l-Kunsill Lokali tal-Qala u l-parroċċa ta' dan l-istess raħal minn dejjem ħadmu id f 'id għal ġid tal-Qala u l-Qalin. Minkejja li dejjem żammejna distinzjoni bejn il-Knisja u l-Kunsill, il-kollaborazzjoni ta' bejnietna qatt ma kienet mittiefsa. Dan jidher b'mod ċar fil-proġett tal-Pjazza li kien komplut is-sena li għaddiet. Fejn illum qegħdin nisimgħu b'diversi kunsilli bi problemi mal-parroċċi rispettivi tagħhom fejn proġetti ta' pjazzez ma' tlestewx fil-ħin b'detriment għal festa tal-lokalità, il-Kunsill Lokali tal-Qala bil-koperazzjoni tal-parroċċa rnexxielu jlesti l-pjazza fil- ħin u llum għat-tieni darba San Gużepp ser ikun jista' jgħaddi minn waħda mill- isbaħ pjazzez mingħajr xkiel – pjazza li tagħmel unur lilna l-Qalin kif ukoll pjazza li tixraq lil Patrun tagħna San Ġużepp. "Nixtieq nawgura l-festa mill-aqwa lil Qalin kif ukoll lil dawk il-Maltin u residenti Għawdxin li jżuru din il-festa mill-isbaħ li jafu jagħmlu biss il-Ġużeppini Qalin!" Kenn fil-maltemp Espressjoni ta' Interess – Kiri ta' Fond L-Uffi!!ju tal-Avukat "enerali jinsab interessat li jikri fond g#all-u$u b#ala uffi!!ju g#al perjodu ta' #ames snin. Il-fond g#andu: • jkun !entralment lokalizzat b#al Belt Valletta, Furjana, Pieta, G'Man%ia (postijiet o#ra vi!in il-Belt Valletta jistg#u ji%u kkunsidrati) • jkun ta' madwar 100 metri kwadri • jkollu l-permessi me#tie%a • jkun a!!essibbli g#all-persuni b'di$abilità • jkun lest minn kollox, inklu$ is-servizzi kollha (IT network, ACs, e!!) Il-partijiet interessati huma mitluba sabiex jippre$entaw l-offerta mag#luqa tag#hom inklu$ l-ispejjez kollha sa mhux i$jed tard minn nofsinhar il-!img"a 14 t'Awwissu 2015 lill-Kap Servizzi Korporattivi, L-Uffi!!ju tal-Avukat "enerali, Pjazza San "or%, il-Belt Valletta. Jinfetaħ il-proġett tal-pjazza fil-Qala. Jidhru il-Ministru t'Għawdex Anton Refalo u s-Sindku tal-Qala Clint Camilleri Il-Knisja Parrokkjali tal-Qala mżejna għall-festa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015