Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 33 SPORTSillum ħafna drabi aktar jagħmlu l-headlines minħabba l-aġir tagħhom barra mill-ground, milli fil-ground innifsu! U fil-fatt jidher li l-ebda club fid-dinja mhuwa interessat li jakkwista lil dawn iż-żewġ players. Walter Zenga kien jilgħab ma' Sampdoria bejn l-1994 u l-1996, u għalhekk, xi ftit jew wisq jaf l-ambjent ta' Sampdoria, għalkemm m'hemmx dubju li l-affarijiet inbidlu bil-bosta miż-żmien li fih kien jilħab hu mal-Blucerchiati għal- lum il-ġurnata. Minn dak iż-żmien 'l hawn, Walter Zenga, ikkowċja timijiet f 'diversi pajjiżi barra mill- Italja, fosthom fir-Rumanija, is-Serbja u l-Montenegro, it- Turkija, u fl-Emirati Għarab Magħquda. L-ex goalkeeper internazzjonali Taljan se jkun qed jirritorna fis-Serie A wara nuqqas ta' ħames snin, fejn l-aħħar li kkowċja kien lil Palermo. M'hemmx dubju li l-aħjar staġun għal Walter Zenga bħala coach fis-Serie A fl- Italja, kien dak tal-2008/09 fejn mexxa lil Catania biex jiksbu l-15 -il post fl-istess kampjonat. Wara din l-esperjenza ma' Catania, huwa kien ħa t-tmun tal- arċi-rivali eterni Palermo, li madankollu, kellha tkun deċiżjoni ħażina, hekk kif huwa safa mkeċċi mill- president vulkaniku tat-team mill-belt kapitali ta' Sqallija, Maurizio Zamparini. U dan wara biss 13 -il logħba fit- tmun tar-Rosanero. UDINESE - Il-Friulani neħħew lill-coach Andrea Stramaccioni. Din l-aħbar ma tantx ttieħdet bħala sorpriża mill-partitarji ta' Udinese, u mhux biss, hekk kif matul l-istaġun li għadda, il-Friulani, spiċċaw biss fis-16 -il post. Ma' Andrea Stramaccioni, Udinese tilfu wkoll is-servizzi ta' Dejan Stankovic, li ngħaqad fl-istaff tekniku tat-team li tant iħobb, Inter. Kellu jkun il-coach Taljan, Stefano Colantuono, li jieħu post Andrea Stramaccioni, fit-tmun ta' Udinese, liema deċiżjoni ma tantx ittieħdet b'mod pożittiv, min-numru kbir ta' partitarji ta' Udinese u mhux biss. ROMA - Kien hemm xnigħat li Roma wara l-istaġun fallimentari tas-sena li għaddiet setgħu ineħħu lill- coach Franċiż Rudi Garcia u anki lid-Direttur Sportiv tagħhom, Walter Sabatini. Madankollu, dawn baqghu jokkupaw l-irwoli rispettivi tagħhom. Kien hemm ukoll spekulazzjonijiet li l-player mill-Kosta tal-Ivorju, Gervinho, kien se jħalli lil Roma biex imur jilgħab fl- Emirati Għarab Magħquda, mat-team ta' Al-Jazira, iżda minħabba t-talbiet ta' barra minn did-dinja li huwa għamel lil dan it-team, fosthom li jkollu helicopter privat, bajja privata u vjaġġi mingħajr limitu b'xejn lejn pajjiżu, dan it-team malajr għalaqlu l-bieb f 'wiċċu. Roma jinsabu fit-tentattiv li jsaħħu l-attakk tagħhom u għalhekk tefgħu ħarsithom fuq iż-żewġ attakkanti ta' Manchester City, Edin Dzeko u Stefan Jovetic, fejn jidhru ferm viċin li tabilħaqq jistgħu jakkwistawhom fil-jiem li ġejjin. TORINO - Bħal fil-każ ta' Rudi Garcia ma' Roma, kien hemm xnigħat li l-coach veteran ta' Torino, Giampiero Ventura seta' wkoll iħalli lil Torino. Iżda huwa baqa' jmexxi lil dan it-team li tilef is-servizzi tad-difensur internazzjonali Taljan Matteo Darmain li ngħaqad ma' Manchester United. U dan wara li ftit tal-ġimgħat qabel il-president ta' Torino, Urbano Cairo, kien qal li ma kienx se jċedi lil dan il-player għall-ebda offerta imaġinabbli. CARPI – Jidher li l-istorja għal dan it-team immexxi minn Fabrizio Castori biex iżomm postu mal-elite tal- football Taljan fis-Serie A se tkun waħda ferm diffiċli. M'hemmx dubju li jekk dan it-team qed jaspira li jsalva fl-ogħla diviżjoni tal-football Taljan, irid jagħmel numru ta' akkwisti importanti. FROSINONE - l-istess argument ta' Carpi jgħodd għal dan it-team immexxi minn Roberto Stellone. Preparamenti, Aspettattivi u Transizzjonijiet mistennija" - Bjorn Vassallo - Segretarju Ġenerali MFA waqt li f 'Marzu tal-1997 is-Slovakkja kienu għelbu lil Malta bl-iskor ta' 2-0, din id-darba f 'Ta' Qali. F'żewġ logħbiet oħra ta' ħbiberija bejn dawn iż-żewġ timijiet nazzjjonali, is-Slovakkja, kienu għelbu lil Malta bl-iskor ta' 3-0 f 'Awwissu tal-2006 u 1-0 f 'Settembru tas-sena li għaddiet, liema logħba serviet ta' preparazzjoni għal-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, li Malta kellha kontra l-Kroazja ftit tal-jiem wara fejn Malta kienet ħarġet telliefa bl-iskor ta' 2-0, fil- Maksimir Stadium, fil-belt kapitali Kroata, Zagreb. SKOZJA Malta u l-iSkozja ltaqgħu ħames darbiet. Fil-logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, li kienet saret fl-Istati Uniti fl-1994 u li ntrebħet mill-Brażil, l-iSkozja kienet għelbet lil Malta bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 ġewwa darha, waqt li kisbet rebħa oħra din id-darba ta' 2-0 fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. F'logħbiet oħra ta' ħbiberija bejn dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali, Malta kienet żammet lill-iSkozja fi draw ta' 1-1 f 'Marzu tal-1998, tilfet bl-iskor ta' 1-2 f 'Mejju tal-1990 u 2-3 f 'Ġunju tal- 1997. SLOVENJA Malta affrontat lill-iSlovenja darbtejn f 'tournament ta' ħbiberija li kien isir fil-passat riċenti fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, li kien iġib l-isem ta' Rothmans Tournament. Il-Maltin kienu tilfu bl-iskor ta' 1-0 fi Frar tal-1984 waqt li kien irnexxielhom iżommu lill-istess Slovenja fi draw prestiġjuż ta' mingħajr gowls lura fi Frar tal-1996. Fil- logħbiet ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2004, is-Sloveni kienu għelbu lill-Maltin, bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 ġewwa s-Slovenja u 3-1 ġewwa pajjiżna, fl-iStadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali. LITWANJA Malta u l-Litwanja se jkunu qed jiltaqgħu għall- ewwel darba f 'konfroknt kompetittiv f 'dawn il-logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, li se ssir fir-Russja, fl-2018. Madankollu, huma diġà ltaqgħu tliet darba oħra, iżda din id-darba f 'logħbiet ta' ħbiberija. L-ewwel fi Frar tal-2002 fejn iż-żewġ timijiet nazzjonali rispettivi temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, fir-Rothmans Tournament fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, waqt li erba' snin wara f 'Novembru tal-2006, il-Litwanja, kienet għelbet lil Malta bl-iskor kbir ta' 4-1, f 'logħba li din id-darba ntlagħbet fil- Hibernians Stadium f 'Kordin. U fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-aħħar darba li dawn iż- żewġ timijiet nazzjaonali ltaqgħu kontra xulxin, imur lura biss ftit xhur, eżattament nhar it-8 ta' Ġunju li għadda, meta Malta ħarġet rebbieħa bl-iskor ta' 2-0, b'żewġ gowls tal-istampi ta' Paul Fenech u Alfred Effiong, fit-62 u fit-80 minuta rispettivament. Intant, dawn huma d-dati kollha uffiċjali tal-partiti ta' Malta: Malta vs Skozja - Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016, fid-8.45pm Ingilterra vs Malta - Is-Sibt 8 ta' Ottubru 2016, fis-6.00pm Litwanja vs Malta - It-Tlieta 11 ta' Ottubru 2016, fid-8.45pm Malta vs Slovenja - Il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016, fid-8.45pm Malta vs Slovakkja - Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017, fid-8.45pm Slovenja vs Malta - Is-Sibt 10 ta' Ġunju 2017, fis- 6.00pm Malta vs Ingilterra - Il-Ġimgħa 1 ta' Settembru 2017, fid-8.45pm Skozja vs Malta - It-Tnejn 4 ta' Settembru 2017, fid-8.45pm Malta vs Litwanja - Il-Ħamis 5 ta' Ottubru 2017, fid-8.45pm Slovakkja vs Malta - Il-Ħadd 8 ta' Ottubru 2017, fis-6.00pm