Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
li lanqas darba ma jkun qed iqis x'qed jgħid u x'deċiżjoni qed jieħu. Ikun qisu qed jitfa l-platt 'il fuq u jipprova jaqbad platt ieħor minn fuq il-mejda b'ċans kbir li jispiċċa bla platt għax wieħed ma jilħaqx jiġbru u l-ieħor jilħaq jaqgħalu mal-art. Hu fatt magħruf u ppruvat li l-multitasking jagħmlek inqas effiċjenti. Għandna l-ismart Phones, l-ismart tablets iżda fejn spiċċa l-Ismart person? Ieqfu u aħsbu ftit kemm -il darba wieħed iwieġeb telephone, waqt li jkun qed idur fuq l-internet ifittex xi ħaġa, jaqra xi imejl jekk mhux anke jibgħat xi SMS lil xi ħadd u tispiċċa tmur għand ħaddieħor. U din tafu li ġrat, anke fost dawk b'karigi għoljin f 'Malta. U kemm hawn min ikun qed jiċċettja ma' xi ħadd fuq xogħol, ma' xi familjari, u jagħti xi pariri kif mara għandha tibqa mar-raġel li jkun abbandunaha xi ftit. Kollha fl-istess ħin. Moħħu jrid jaħdem fuq xogħol, fuq problemi familjari u fuq xewqat u fantasiji fl-istess ħin. Normalment jiġri li lil bintek tgħidlha li x-xogħol dejqek (suppost bgħatta lil kollega tax-xogħol), lil kollega tax-xogħol li jkun tal-istess sess tiegħek tistiednu biex jorqod miegħek (suppost bgħatta lil dik il-mara abbandunata) u lill-mara li tkun qed tagħtiha l-pariri matrimonjali tibgħatha tara lill-ommha (messaġġ lil bintek). Għax il-moħħ tkun ħawwadtu. Dan kollu jwassal biex dak li mingħalih wettaq erba' biċċiet xogħol fl-istess ħin ikun ħareġ riżultat xejn iffukat u mimli deċiżjonijiet żbaljati inkella mhux kif kellhom ikunu. Kollha deċiżjonijiet ta' fuq fuq u xejn konkret. Qed nitilfu moħħna Il-fattur li wieħed jibdel il-ħsieb minn ħaġa għal- oħra jikkawża lil moħħ li jaħraq il-fjuwil tiegħu kollu (glucose) u jħalli lil persuna għajjien u imħawwad fil-ħsibijiet tiegħu. Ħafna drabi l-persuna issir aktar aggressiva u nervuża għax l-istress cortisol jaħraq il-glucose li jkollu bżonn il-moħħ. U meta wieħed jiffoka fuq ħaġa waħda l-ħsibijiet tiegħu jkunu aktar luċidi b'deċiżjonijiet aktar iffukati. Għandna l-ismart Phones, l-ismart tablets iżda fejn spiċċa l-Ismart person? Moħħna bażwarnieh u tlifnih! Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 9 moħħna bażwarnih "M'għadek tilmaħ lil ħadd miexi rilassat isaffar u jittanta lix- xemx għaddejja. Kulħadd rasu 'l isfel bis-swaba jtektku dak li jikkmandahom il-moħħ" AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT