Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DIN il-ġimgħa l-pajjiż reġa xegħel f 'diskussjoni dwar it- traffiku hekk kif sriebet ta' karozzi ġġammjaw it-toroq kollha li jagħtu 'l barra mill-lokalità ta' San Pawl il-Baħar. It-traffiku gravi li laqat it-toroq tal-inħawi minħabba xogħolijiet li qed isiru fuq proġett ta' €53 miljun fil-bini mill-ġdid tat-triq kollha tal-Kosta, kien fuq fomm bosta sewwieqa u spiċċa għamel l-aħbarijiet nhar it-Tlieta filgħaxija fil-bullettini u l-għada fuq il-ġurnali. Għalkemm is-sitwazzjoni bdiet ġejja lura għan-normal l-għada filgħodu, hekk kif bosta ħaddiema ta' Transport Malta idderiġew il-karozzi b'mod iktar immaniġġjat, is-soluzzjoni għat-traffiku u għal mod kif nivvjaġġaw bħala poplu teħtieġ soluzzjonijiet iktar fit-tul. L-ILLUM ħares lejn ħames soluzzjonijiet li jistgħu serjament itaffu l-problema dejjem tikber tat-traffiku. L-ewwel ħarisna lejn it-trasport pubbliku bil- preġji u l-limitazzjonijiet kollha tiegħu, imbagħad lejn soluzzjonijiet oħrajn li f 'dan il-pajjiż sar ħafna kliem dwarhom u ftit li xejn azzjoni. Jiġifieri trasport permezz tar-roti, trasport taħt l-art (metro), trasport bil-baħar u 'monorail'. B'tal-linja jaqbillek. Insomma mh ux eżattament Bit-trasport pubbliku jaqbillek, imma sa ċerta punt biss. Jekk tuża l-kard li għadha kif ħarġet u jekk din taħdem kif suppost ċertament li jkun jaqbillek taqbad ix-xarabank, mill- angolu finanzjarju. B'€7.50 tkopri vjaġġ lejn ix-xogħol u lura d-dar għal ħamest'ijiem fil-ġimgħa, traffiku jew le. Bix-xarabank jaqbillek ukoll għax m'għandekx problemi ta' parkeġġ u, dejjem jekk ikun hemm post fil-vettura, tkun tista tpoġġi bilqegħda taqra ktieb jew tagħmel xi ħaġa iktar pjaċevoli milli tgerger u titkellem ħazin waħdek, hekk kif tkun maqbud f 'serbut karozzi. Żgur illi ma jaqbillekx iżda mill-angolu ta' puntwalità. Filwaqt li minn dan l-aspett it-trasport pubbliku tjieb ħafna, xorta jibqa' r-riskju, xi kultant frekwenti wisq, li x-xarabank tasal tard. Il-problema hija li f 'pajjiżna ftit li xejn hawn 'bus lanes' u għalhekk il-vettura tispiċċa parti mis-serbut ta' karozzi jistennew fit- traffiku. Minħabba dan, ħafna jirraġunaw illi "bejn mwaħħal f 'karozza u mwaħħal f 'xarabank, nippreferi l-karozza". Is-soluzzjoni? Jeħtieġ li l-kumpanija Spanjola li qed tmexxi t-trasport pubbliku tkompli żżid il-vetturi tagħha biex taċċerta iktar puntwalità filwaqt li tkompli tagħmel pressjoni biex fejn possibbli jsiru 'bus lanes'. Jeħtieġ ukoll li b'mod urġenti jiżdiedu x-xarabanks fiż-żoni l-aktar popolari u popolati ta' Malta, speċjalment fis-Sajf u li tiżdied il-flotta matul il-lejl. Trasport taħt l-art ... imma meta? Issa xbajna nisimgħu dwar kemm hi idea tajba li ssir ferrovija taħt l-art f 'pajjiżna. Iżda s'issa, ħlief għall-pjani u x-xewqat ta' Anġlu Xuereb, ma tantx smajna. Ifhem l-idea ta' trasport taħt l-art (metro) hija tajba, però lanqas hi l-art mwiegħda li jaħsbu xi wħud. Mela l-ewwel punt huwa li l-pajjiż irid joħroġ ammonti kbar ta' flus. F'Sao Paolo il-Brażil 11 km ta' ferrovija taħt l-art swiet $1.6 biljun, 22 mil f 'Singapore swew $4.8 biljun filwaqt li estensjonijiet (mhux bini) f 'Berlin u Pariġi swew $250 miljun. Linja waħda f 'Londra, jiġifieri il-Jubilee Line ta' 16-il kilometru swiet $350 miljun, filwaqt li fl-Olanda linja ta' 10km swiet $400 miljun. Dan kollu u m'aħniex qed ngħoddu l-ispejjeż relatati mat-tip ta' ġebla u ħamrija, li jiddetermina l-prezz finali tal-investiment kif ukoll dak tal-elettriku, ikkudizzjonar tal-arja u riżorsa umana biex tara li l-operazzjoni taħt l-art timxi tajjeb. Imbagħad għandek l-istazzjonijiet, minn fejn persuna titla' minn jew tinżel għal Metro. Skont l-espert fit- Trasport Pubbliku Amerikan Christopher Mac Kechnie stazzjon wieħed biss jista jiswa sa' $150 miljun. Issa kull investiment irid jiġi kopert b'xi mod, speċjalment jekk isir mill-privat. Li jfisser illi ferrovija taħt l-art, bl- operazzjoni kollha tagħha ikollha prezz pjuttost għoli. Ikun diffiċli li tkopri tali spejjeż b'biljett ta' 75ċ bħal ma tħallas għal tal-linja. Jibqa' fatt iżda illi dan it- tip ta' trasport huwa veloċi ħafna u tista tasal min post għall-ieħor f 'temp ta' ftit minuti. Traffiku ma jeżistix u l-kumdità u l-puntwalità huma prattikament garantiti. Is-soluzzjoni? Metro f 'Malta SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 14 49 39 62 11 34 41 61 CHEMIMART Pharmacy Republic Street, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun EVANS Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida KRYPTON Chemists, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema ST. Catherine Pharmacy, Triq id- Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard GROGNET Pharmacy, 41, Triq il-Ko- stituzzjoni, Mosta EURO Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara MEDIATRIX Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ IMTARFA Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem L-OGĦLA: 37˚Ċ L-INQAS: 26˚ Ċ TEMP: Sabiħ b'xi sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 l-iktar mix-Xlokk il-Lvant li jsir mix-Xlokk BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 28 °C L-OGĦLA: 36˚Ċ L-INQAS: 25 Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Il-biċċa l-kbira mil-Lbiċ forza 2 għal 3 li jdur mill-Punent BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn It-traffiku: X'inhuma L-ILLUM iħares lejn ħames soluzzjonijiet biex forsi xi darba tieqaf tistenna fi t-traffi ku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015