Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 31 SPORTSillum TAT-TRASFERIMENTI... ROBERTO SOLDADO - Ir-rebbieħa tal-aħħar żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-UEFA Europa League, Sevilla FC, jinsabu lesti li jo ru s-somma ta' 12 -il miljun Ewro lil Tottenham Hotspur biex jakkwistaw lil Roberto Soldado. MICHAEL CARRICK - Manchester United ċaħdu o erta ta' Inter biex jakkwistaw lill- mid elder tagħhom Michael Carrick. Kienet ix-xewqa tal-coach ta' Inter li jingaġġa lil Michael Carrick f 'dan is-suq tat-trasferimenti, madankollu id-diriġenti tar-Red Devils ma jridux ibigħu lil dan il-player għall-ebda o erta. PEDRO - Hekk kif l-attakkant Arġentin ta' Manchester United, Angel Di Maria, jinsab ferm viċin li jħalli lil Manchester United wara staġun diżappuntanti magħhom, ir-Red Devils, qed jaħsbu għal sostitut denju tiegħu. L-aktar li qed jinteressa lit-team immexxi mill-Olandiż, Louis van Gaal, huwa l-plejer Pedro ta' Barcelona. Is-somma li qed tissemma' jekk dan it-trasferiment ikun qed jiġi s-seħħ, hija dik ta' 30 miljun Ewro. Jidher li hija wkoll ix-xewqa ta' Pedro nnifsu li jingħaqad mat-team minn Old Tra ord. MARIO GOMEZ - L-attakkant Ġermaniż, Mario Gomez ingħaqad mat-tim Tork ta' Besiktas fuq self mingħand it-tim Taljan ta' Fiorentina. Gomez, ta' 30 sena, skurja 14 -il gowl f '47 logħba għat-tim minn Firenze. JOHN STONES - Il-plejer żagħżugħ ta' Everton John Stones qed jattira l-interess ta' Manchester United. Madankollu, Everton, mhumiex lesti li jċedu lil dan il-player lir-Red Devils, ħlief jekk it-trattattiva tkun tinkludi somma ta' us sostanzjali imkien ma' tpartit ta' xi players tar- Red Devils ma' dawk ta' Everton. It-triatleti Maltin Jude Zammit u Mario Muscat jieħdu sehem - Aronamen Triathlon -Italja NHAR il-Ħadd 26 ta' Lulju, membri tal-Malta Triathlon Federation, Jude Zammit (Agones SFC) u Mario Muscat (St Patrick's AC) ħadu sehem fit-Triathlon AronaMen. Din hija triathlon internazzjonali li kienet tkopri distanza ta' 112.9 kilometri u mtella madwar il-Lago Maggiore fl-Italja ta' fuq. It-tellieqa kienet parti mir-ranking nazzjonali tal-kampjonati tal-Italja bil-parteċipazzjoni ta' uħud mill-aqwa atleti tal-pajjiż, fosthom Massima Cigana u Marina Dogana. L-atleti Maltin ħabtu wiċċhom ma' diversi trijatleti oħra ġejjin mill- Ġermanja, ir-Russja, l-iStati Uniti, l-Olanda u ir-Renju Unit. Tlielaq ta' din in-natura dejjem huma suġġetti għal sitwazzjonijiet imprevedibbli li jagħmluhom aktar ebsin. Din it-tellieq kellu wkoll il-problemi tagħha, u peress li kien hemm ħafna riħ u kurrenti qawwijin fl-ilma, id-diretturi tat-tellieqa iddeċidew li l-partecipanti kellhom jużaw il-wetsuit, avolja t-temperatura tal-ilma kienet waħda għolja. Is-sħana kienet ukoll protagonista speċjalment matul il-ġirja bit- temperatura titla' sa 32 grad. Dan ħoloq problemi għal ħafna atleti li mhumiex imdorrijin jikkompetu f 'temparturi daqshekk għoljin. Ir-rotta tar-rota kienet veloċi fl-ewwel 35 kilometru iżda kollha tlajja u partijiet tekniċi fil-65 kilometru li jmiss, l-aktar waqt telgħa ta' 4.5 kilometri wieqfa ħafna, b' medja ta 8.5% matulha. Mario Muscat kompla bit-titjib sinifikattiv tiegħu b' wirja tajba ħafna speċjalment fuq ir-rota fejn kellu qdif b' saħħu u fejn tejjeb il-ħin fuq triathlons tal-istess distanzi li kellu f 'Malta u fi Sqallija biex spiċċa f ' ħin totali ta' 4 siegħat u 36 minuta. Jude Zammit ukoll kellu wirja tajba ferm fejn spiċċa f ' ħin ta' 4 siegħat u 54 minuta, biex kklassifika fid-9 post fil-kategorija ta' 50 sena. Dan ir-riżultat kien konferma tal-istaġun memorabbli għall- Żammit wara li spiċċa fit- tieni post fi' Sqallija u l-ewwel f ' Malta fi' triathlons oħra fuq l-istess distanzi. Kemm Mario Muscat kif ukoll Jude Zammit se jkunu qed iħejju ruħhom għat- Triathlon Ironman Barcelona li se ssir f 'Ottubru li ġej. It-tellieqa ta' Arona kienet tifforma parti mill-programm ta' taħriġ imfassal mill-kowċ tagħhom, il-veteran David Galea. Preżentazzjoni ta' standard tal-100 sena ta' Kampjonati organizzati mill-MFA lil Hibernians NHAR il-Ġimgħa 24 ta' Lulju, il-President ta' Hibernians Tony Bezzina, flimkien ma' uffiċjali oħra għolja tal-MFA żaru lill-klabb Pawlist fejn il-President Norman Darmanin Demajo, għan- nom tal-MFA rregala standard uniku u mill- isbaħ li jimmarka għeluq il-100 sena ta' kampjonati organizzati mill-MFA. Fil-messaġġ ta' merħba, il-President, is-Sur Tony Bezzina, irringrazzja lis-Sur Darmanin Demajo għall- koperazzjoni sħiħa li teżisti bejn il-klabb ta' Hibernians u l-MFA. Min-naħa tiegħu l-President tal-MFA qal li huwa jammira lil dan il-klabb għall-konsistenza tiegħu u li bit-tmexxija tas-Sur Bezzina dan il- klabb dejjem kien wieħed konsistenti u dejjem aġġorna l-ħidma tiegħu tul iż-żminijiet. Fi tmiem id-diskorss tiegħu ż-żewġ Presidenti kixfu uffiċjalment dan l-istandard storiku verament sabiħ rrakmat bl- idejn fl-Italja. Il-President ta' Hibernians, Tony Bezzina, għan-nom tal-Kumitat u l-Membri rringrazzja lis-Sur Darmanin Demajo u lill- MFA għal din l-għotja. Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti l-Membri tal- Kumitat Eżekuttiv tal-Klabb, flimkien ma' uffiċjali oħra tal-MFA. 680 żgħażugħ barrani għall-logħob tal-FISEC Il-GSD Marketing Ltd riċentament tat l-appoġġ tagħha għas-67 edizzjoni tal-logħob tal-FISEC, li saru f 'Malta għall-ħames darba. Dan l-avveniment internazzjonali laqqa' 680 żagħżugħ barrani u 150 tifel u tifla Maltin ta' bejn it-13 u s-16-il sena biex jikkompetu f 'sitt dixxiplini sportivi: il-baskitbol, il-volibol, il- futsal, il-futbol, l-atletika u l-għawm. Il-logħob sar f 'sitt postijiet differenti: il-kumpless tal-baskitbol ta' Ta' Qali, il-kumpless sportiv tal- Kottonera, il-gym f 'De La Salle, l-istadju taċ- Ċentinarju f 'Ta' Qali, l-istadju tal-atletika Matthew Micallef St John, u l-pixxina nazzjonali ta' Tal-Qroqq. B'kollox kien hemm parteċipanti minn 12-il pajjiż, li flimkien qasmu din l-esperjenza ta' sport u ħbiberija. Jude Zammit u Mario Muscat fl-azzjoni Ritratt - CaptureMe Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015