Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 3 hija soluzzjoni formidabbli, imma bħal dejjem, kemm lesti li nħallsu biex ikollna trasport taħt l-art li jwassalna fid- destinazzjoni fl-iqsar żmien possibbli? Jekk lesti nħallsu mela l-metro hija s-soluzzjoni li għandna bżonn, jekk irridu nivjaġġaw bil-€1.50 u mhux iktar, mela le. Trasport bil-baħar....għalfejn le? Malta gżira mdawwra bil-baħar, b'temp li huwa tajjeb għal madwar sitt xhur matul is-sena. Fl- 1996 Gvern Laburista kien beda jiddiskuti l-idea tal- proġett Connections, li sfortunatament miet mewta naturali wara bidla fil-Gvern. Issa reġa qed jissemma u jkun tajjeb jekk dan il-Gvern jkompli fejn prova jibda l-eks- Prim Ministru Alfred Sant. Il-vantaġġi ta' vjaġġar bil- baħar huma bosta. Veloċità, puntwalità, ħlief meta jkun il- maltemp u l-fatt li lill-pajjiż dan it-tip ta' trasport ma jiswiehx mitqlu deheb. L-idea tal-proġett Connections kien li jgħaqqad lil Tas-Sliema u l-lokalitajiet fin-nofsinhar tal-port mal-Belt Valletta. Immaġina kemm taħli inqas ħin kieku minn Tas-Sliema, jew saħansitra minn San Pawl il-Baħar, Marsascala jew mill-Kottonera jkollok vjaġġi programmati kull ftit ħin bi prezz raġonevoli li jwassluk sal-Belt b'waqfiet qosra f 'Tas- Sliema jew San Ġiljan (jekk tibda minn San Pawl) u l-Marsa, l-Pietà u forsi l-Imsida wkoll. Naturalment żvantaġġi hemm ukoll. Bl-aktar wieħed ovvju jkun il- maltemp fix-Xitwa illi xi ftit jew wisq jista jtawwal u anke f 'każijiet iħassar il-vjaġġi. Soluzzjoni? Il-baħar jista jkun il-futur tat- trasport għalkemm naturalment dan jkollu jitqies bħala tali flimkien ma' soluzzjonijiet oħrajn b'infrastruttura fuq l-art li huma tajbin għal matul is- sena kollha. Monorail...lesti nħallsu? Il-monorail hija soluzzjoni simili ħafna għal dik tal- ferrovija taħt l-art. Bħala kapital tkun teħtieġ l-istess ammont ta' flus, fil-fatt meta kien propost bħala proġett, biex isir minn fondi Ewropej, il-Gvern preżenti kien stima li b'kollox 'monorail' tiġi tiswa mal-€1.4 biljun. Id- deskrizzjoni tal-proġett huwa simili għal proposta taħt l-art fis-sens li l-ferrovija tieqaf f 'ċerti postijiet minn fejn il- passiġġieri jistgħu jimxu jew jaqbdu t-trasport pubbliku għad-destinazzjoni aħħarija tagħhom. Soluzzjoni? Probabilment, iva. Komda, puntwali u veloċi. Imma, lesti nħallsu? Rota? Le ta.. L-użu tar-rota bħala mezz ta' trasport tibqa' waħda li għal ħafna Maltin huwa aljen u sempliċiment mhux għażla. Nibdew bil-vantaġġi. L-użu tar-rota huwa pożittiv, nadif u tajjeb għas-saħħa, jiġifieri l-vjaġġ għax-xogħol jista jkun veloċi, għax bla traffiku u jtik l-enerġija. Il-problema hija li f 'pajjiż bħal Malta fejn il-'bicycle lanes' huma rari, minflok soluzzjoni tajba għas- saħħa r-rota tista twasslek sal-isptar jekk mhux agħar. Jiġifieri filwaqt li hija pożittiva wkoll mill-punt finanzjarju, r-rota, kif pjanati t-toroq Maltin, tista tkun ta' periklu. Soluzzjoni? Ir-rota kapaċi tkun soluzzjoni jekk ikun hemm ħafna iktar 'bicycle lanes' u dixxiplina fit-toroq. Sa dakinhar din is-soluzzjoni, mhux soluzzjoni. X'inhuma s-soluzzjonijiet? Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015