Illum previous editions

illum 2 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

MAC Cosmetics, l-għażla professjonali tal-artisti tal-make-up minn madwar id-dinja, u waħda mill-marki ikoniċi tal-prodotti kożmetiċi, se tiftaħ żewġ ħwienet f 'Malta. M·A·C toffri għażla straordinarja ta' prodotti tal- make-up li ilhom ippreferuti u użati mill-artisti professjonali tal-make-up madwar id-dinja sa mit-twaqqif tagħha fl-1984. Il-marka bħalissa tinbiegħ f '106 pajjiżi, u hi impenjata li tkompli tiżviluppa kategoriji u prodotti ġodda, b'aktar minn 60 kollezzjoni ġdida fis-sena. B'hekk tkompli toffri esperjenza unika u mill-aktar interattiva mal-klijenti fil- ħwienet tagħha. Il-marka M·A·C għandha preżenza qawwija ħafna fl-industrija tal-moda u s-sbuħija, tappoġġja d-disinjaturi u l-isfilati tal- moda madwar id-dinja kollha, taqsam l-aħħar xejriet tal- moda, tissuġġerixxi prodotti u pariri fuq il-moda, u toffri servizzi professjonali marbuta mal-make-up. Il-marka M·A·C waqqfet il- Fond ta' Għajnuna 'M·A·C Aids Fund' fl-1994 biex tappoġġja lil dawk milquta bl-HIV/AIDS Sal-lum ġabret aktar minn $385 miljun dollaru Amerikan, b'mod esklużiv, mill-bejgħ tal- MAC VIVA GLAM lipstick u lipglass li l-prezz tal-bejgħ tagħhom imur kollu mija fil- mija għall-ġlieda kontra l-HIV/ AIDS. Edoardo Bernardi, il-Maniġer Ġenerali ta' The Estée Lauder Companies Italy, qal li: "Sodisfatt ħafna, b'mod speċjali, għall-fatt li l-marka M·A·C issa se tkun introdotta f 'Malta b'dawn iż-żewġ ħwienet. Bis-saħħa tal-mudell ta' bejgħ dirett tagħha, il-marka M·A·C qed tkompli tespandi fil-pajjiżi Ewropej kollha. Fl-Italja, matul l-aħħar sena finanzjarja, ftaħna ħanut kull xahar u fid-dawl ta' dan is-suċċess ninsabu fiduċjużi li l-marka se tirnexxi u se jkollha suċċess anki hawn Malta. Il-marka M·A·C hi apprezzata għax tattira l-konsumaturi u jirnexxilha tkompli tinvolvihom f 'esperjenza ta' bejgħ dejjem aktar dinamika." It-tnedija tal-marka f 'Malta ssegwi l-iffirmar tal-ftehim mal-United Department Stores Limited, kumpanija sussidjarja tal-United Group of Companies. Dan hu pass sinifikanti ieħor fl-espansjoni kontinwa tal-United Group fis- settur tal-bejgħ bl-imnut. Simon Gatt Baldacchino, id- Direttur Maniġerjali tal-United Department Stores Limited, qal: "Hekk kif is-suq tal-bejgħ bl-imnut f 'Malta jkompli jikber u jevolvi, il-Grupp tagħna qiegħed f 'pożizzjoni tajba biex jagħraf l-opportunitajiet ġodda tas-settur. Qed naraw aktar valur fis-suq tal-konsumaturi għaliex dawn qed isiru dejjem aktar kożmopolitani fl-istil tal- ħajja tagħhom u fil-preferenzi tagħhom, u jitolbu u jistennew prodotti tal-aqwa kwalità. Għalhekk, konvinti li hemm spazju għal marki bħal M·A·C fis-suq tagħna u ninsabu fiduċjużi ħafna li din il-marka li ilha tant mistennija f 'pajjiżna, flimkien mal-kollezzjonijiet innovattivi tagħha, se jkunu milqugħa tajjeb ħafna f 'pajjiżna.'' L-ewwel żewġ ħwienet tal- marka M·A·C se jiftħu għand Debenhams f 'The Point Shopping Mall u fi Triq Tigné, Tas-Sliema. Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 25 Lidl tinvesti €300,000 fi programm ta' taħriġ għall-istore managers f 'Malta LIDL f 'dawn l-aħħar snin kienet qed tinvesti f 'Malta biex tagħti l-aqwa servizz ta' kwalità lill-klijenti tagħha. Seba' snin wara, minn mindu fetħet l-ewwel ħwienet tal-imnut tagħha f 'Malta, Lidl kabbret in- netwerk tagħha tal-ħwienet minn tlieta għal sebgħa b'aktar minn 200 impjegat. Aktar ma jgħaddu s-snin, Lidl qed jikkapitilizzaw fuq standards ġodda bħala parti mill-investiment kontinwu tal-kumpanija fl-interess tal-klijenti u tal-impjegati tagħhom. Lidl jagħtu kas tal- kwalità li jipprovdu u jemmnu fis-suq Malti. Minħabba f 'hekk il-kumpanija nvestiet €300,000 għal Malta biss fi programm esklussiv biex jitħarrġu s-seba' store managers tagħhom f 'San Ġwann, Santa Venera, Ħal Qormi, Ħal Luqa, iż-Żejtun, Ħal Safi u x-Xewkija. Il-programm ta' dan it-taħriġ ra l-bidu tiegħu f 'Bolonja u s-seba' store managers Maltin ingħaqdu ma' aktar minn 800 kollega minn madwar l-Italja kollha biex jieħdu sehem fi proġett ta' motivazzjoni bil- għan li jitjib it-taħriġ tar-riżorsi umani u l-ħiliet fit-tmexxija. Lidl jemmnu li l-istore managers għandhom rwol sinifikanti fil-kumpanija peress li jirrappreżentaw l-ewwel kuntatt mal-klijenti, kif ukoll jimmaniġġjaw u jikkordinaw it-tim ta' impjegati u huma responsabbli wkoll minn kif jaġixxu l-istores tagħhom mil- lat ekonomiku. "Il-kumpanija hija konxja li l-impjegati tagħha huma vitali għat-tkabbir tagħna peress li huma l-bażi tas-suċċess tagħna. Lidl għażlet li tinvesti f 'dan il-programm ta' taħriġ għaliex l-istore managers tagħna huma s-sinsla tal- kumpanija. Aħna ninsabu ottimisti li dan l-investiment se jgħolli l-livell tal- professjonalità tagħna u jtejjeb il-valur fil-kwalità tas-servizz u b'hekk ikollna riżultati aħjar," qal Mark Farrugia, is-Sales Operations Executive Lidl Malta. L-għan ta' dan il-programm ta' taħriġ hu li jiżviluppa l-ħiliet maniġerjali u tan- negozju u jtejjeb il-mod soċjali u personali tagħhom. L-istore managers Maltin ħadu sehem ukoll f 'jum ta' żvilupp u mbagħad, dawk li jkunu għaddew b'suċċess dan il-pjan ta' żvilupp, jirċievu benefiċċji speċifiċi b'rikonoxximent għat- tkabbir tagħhom b'suċċess. Il-marka M·A·C Cosmetics imnedija f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 August 2015