Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/550025
Il-Ħadd 02 ta' Awwissu 2015 | illum 35 SPORTSillum Perugia, illum kowċ ta' Birkirkara kellek esperjenza ta' staġun u ftit aktar mill-aqwa fejn bħal donnok ġibt demm ġdid għall-Greens. Kemm kien importanti l-president Taljan ta' dan it-tim, Riccardo Gaucci, biex int tibda tikkowċja lil dan it-tim? U taħseb li l-istess president Taljan ħadha ħażin meta int tlaqt lil Floriana biex tieħu t-tmun ta' Birkirkara, wara li kien propju hu li ġabek f 'Malta biex tibda tikkowċja lil Floriana? Jien nibqa' dejjem rikonoxxenti lejn Riccardo Gaucci li tani l-possibiltà li nikkowċja f 'Malta u speċjalment lil tim bi storja glorjuża bħal mhuwa Floriana. Naħseb li mhux waħdi iżda flimkien mat-tim kollu ta' Floriana għamilna xogħol tajjeb. Konna biss pass 'il bogħod milli niksbu post fl-Ewropa. Iżda mbagħad meta ġietni l-opportunità li nikkowċja tim ambizzjuż bħalma jien jien, Birkirkara, ma rreżistejtx din l-idea u aċċettajt mill-ewwel. Dan minkejja li Gaucci, sinċerament, din il-ħaġa xejn ma ħadha tajjeb. Dan għax ħass li ttradejtu? Ma nafx. Jien nirripeti li se nibqa' dejjem rikonoxxenti lejh minħabba li hu kien persuna fundamentali kemm fil-maturità tiegħi bħala player kif ukoll dik fuq livell uman u anki bħala kowċ minħabba li tani l-possibiltà li nikkowċja lil Floriana. Iżda nerġa' nirrepeti li meta jien tkellimt mad-diriġenti ta' Birkirkara u kien hemm din l-okkażjoni li nikkowċja lil Birkirkara, ma stajtx nitlaqha minn idejja. Wara Floriana, ftit tal- ġimgħat ilu ħadt il-kmand ta' Birkirkara mingħand il-coach bravu Paul Zammit. Ikolli ngħid li din kienet aħbar sorpriża għalija. Dan għax meta kont kellimtni lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda, int kont għidtli li kont ferm viċin li tieħu t-tmexxija tat- tim li jimmilita fil-Lega Pro fl-Italja, Pro Patria. X'kien ġara mbagħad u kellek xi offerti oħra minn timijiet li jimmilitaw fil-Lega Pro, jew anki fis-Serie B u forsi fis- Serie A fl-Italja? Barra minn hekk x'effett kellu l-President ferm ħabrieki ta' Birkirkara, Dr Adrian Delia, biex int propju ħadt it-tmun ta' Birtkirkara FC, bħala kowċ? Il-President Adrian Delia huwa persuna importanti, iżda jien għandi l-fortuna li naħdem f 'tim importanti li jinkludi ħafna nies li jippermettuli li naħdem f 'ambjent san u kundizzjonijiet mill-aqwa. Iżda, bl-akbar sinċerità, ngħidlek li jien kelli offerti importnati oħra anki fl-Italja, minn timijiet tal-Lega PRO, u li għandhom l-aspirazzjini li jirbħu l-kampjonat u jiksbu l-promozzjoni għas-Serie B. Iżda jien għażilt lil Birkirkara għax irrid nirbaħ l-unuri hawn Malta u għalhekk mort f 'tim ambizzjuż bħali li jrid jirbaħ l-unuri. U se jirnexxielkom tirbħu l-kampjonat? U kif tqis l-isfida li se jkollkom minn Hibernians, fost oħrajn? Wieħed irid ikollu fiduċja. Iżda wieħed irid ikollu wkoll rispett lejn iċ-champions Hibernians li għandhom tim mill-aqwa. Huma se jkunu qed jibdew fil-pole position għar-rebħ tal-kampjonat, l-aktar minħabba li matul l-istaġun li għadda ddominaw il-kmpjonat mill-bidu sal- aħħar. Għandhom kowċ mill- aqwa u tim ferm b'saħħtu. B'hekk, il-favoriti li jirbħu dan il-kampjonat jibqgħu dejjem Hibernians. Għalija, il-favoriti għar-rebħ tal-kampjonat għal matul l-istaġun li ġej jinsabu f 'din l-ordni: Hibernians, Birkirkara, Floriana, Balzan u Valletta. Għaliex lil Valletta poġġejthom biss fil-ħames post? Lil Valletta ma nikkunisdrahomx li għandhom tim b'saħħtu bizzejjed biex jisfida għall- unuri. Niġu issa għall-plejer li jġib l-isem ta' Fabrizio Miccoli. X'sehem kellek biex dan il-plejer jagħżel lil Malta u propju lil Birkirkara, meta niftakru li intom kontu tilagħbu flimkien ma' Palermo fis-Serie A, ftit tas- snin ilu? Il-fatt li dan il-plejer huwa stilla imur lil hinn mid- diskussjoni. M'hemmx dubju li hu hekk. Dan urieh biċ- ċar fil-karriera mill-aqwa li kellu fil-futbol. Kien hemm bżonn biss ta' ftit kliem biex nikkonvinċih jilgħab f 'Malta ma' Birkirkara. Dan għaliex huwa ried soluzzjoni biex itemm karriera importanti bid-daħka fuq wiċċu. U b'hekk, jien għidtlu biex jiġi hawn Malta u ma' Birkirkara fejn hawn l-ingredjenti kollha biex jagħmlulek din ix-xewqa realtà. Dan minħabba l-istaff kollu ta' Birkirkara, il-players u l-partitarji tal-Istripes li jistgħu jtuk dak li qed tfittex: li ttemm il-karriera tiegħek bid-daħka fuq wiċċek. Minn dak li rajna sa issa, speċjalment biż-żewġ goals tiegħu fil-UEFA Europa League, fosthom wieħed kontra West Ham United, nemmen li bdejna fuq is-sieq it-tajba! Wasalli għal widnejja li int kont qed tiġi meqjus mill- MFA, li tabilħaqq stajt tieħu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti, mingħand Pietro Ghedin. Tikkonferma dan? Fuq dan il-fatt tat-tim nazzjonali, ħadd ma kkuntattjani. M'għandi l-ebda informazzjoni rigward dan! Però, jekk tiġik l-opportunità li tmexxi lit-tim nazzjonali fil-futur, teħodha? Min ma jkunx onorat li jikkowċja lit-tim nazzjonali Malti?! Bl-istess mod nemmen li t-tim nazzjonali Maltin jinsab f 'idejn affidabbli ħafna, għax għandu kowċ importanti u ta' potenzjal liema bħalu, bħal mhuwa Pietro Ghedin. Iżda, bħalissa jien irrid naħseb biss f 'Birkirkara u li nġib l-aqwa riżultati għal dan it-tim. Però, huwa normali u hija x-xewqa ta' kulħadd li jikkowċja tim nazzjonali partikolari. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lill- partitarji ferm numerużi ta' Birkirkara. Ngħidilhom li l-iskwadra ta' Birkirkara ta' kull tmiem il-ġimgħa se tkun qed tinżel fil-grawnd biex tagħti l-massimu tagħha u aktar minn hekk għall-glorja tal- flokk ta' dan it-tim. Ninsab konvint li flimkien: kumitat, staff tekniku, aħna fil-grawnd u partitarji, dis-sena nistgħu flimkien niksbu riżultati mill- aqwa bħala Birkirkara FC. Ritratti: Chris Mangion "L-iskwadra ta' Birkirkara ta' kull tmiem il-ġimgħa se tkun qed tinżel fil-grawnd biex tagħti l-massimu tagħha u aktar minn hekk għall- glorja tal-flokk ta' dan it-tim... dis-sena nistgħu flimkien niksbu riżultati mill-aqwa bħala Birkirkara FC."