Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 460 • 09 ta' Awwissu 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Minn Paceville sal-Belt...l-Isqallin qed jaħtfu kollox Qed imexxu diversi negozji u jduru mal-irħula jbiegħu oġġetti tad-djar JOHN BUSUTTIL JEKK wieħed jimxi mal-kosta bejn Paceville u l-Gżira, ħdejn il-Manoel Island, jilmaħ għexieren jekk mhux mijiet ta' kafetteriji u ristoranti Sqallin. Jekk tmur sal-Belt tinnota li dawn il-kafetteriji ż-żgħar kollha, jew fil-biċċa l-kbira tagħhom, qed jitmexxew mill-Isqallin, fil-fatt minn dak li qalulna sorsi li tkellmu mal-ILLUM jidher li dawn qed imexxu madwar 100 ħanut, b'dawk taż-żraben u ħwejjeġ inklużi, fil-Belt Kapitali biss. Buġibba wkoll jidher li żdiedu sew il-kafetteriji u ristoranti Sqallin. Din l-informazzjoni tingħaqad ma bosta ilmenti li rċieva dan il-ġurnal ta' Taljani li qed iduru mal-irħula u jbiegħu oġġetti tad-djar. Dan l-influss ta' Sqallin qed iseħħ minħabba żewġ raġunijiet partikolari. L-ewwelnett minħabba l-moviment ħieles ta' persuni minn stat membru tal-UE għall- ieħor, u t-tieni għaliex jidher li bħalissa Sqallija għaddejja min kriżi kbira fejn jidħol turiżmu u negozju. Tkompli f 'paġna 3 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM NUMRU ta' xufiera li tkellmu mal-ILLUM urew l-għadab tagħhom għal dak li huma sejħulu "daħk fil-wiċċ" tal-kumpanija Spanjola, li akkużawha li qed twiegħed lix-xufiera l-ġodda paga ta' €6 kull siegħa biex imbagħad tħallashom €4.50 ladarba jibdew l-impjieg. Ir-raġuni tal-kumpanija, qalulna dawk li tkellmu magħna, hija li din tkun ħallsitilhom il-liċenzja biex ikunu jistgħu jsuqu xarabank. Din ir-rata, skont ix-xufiera li tkellimna magħhom, tibqa' titħallas għal numru ta' xhur sakemm ix-xufier imbagħad jibda jieħu r-rata sħiħa, jiġifieri €6 fis-siegħa. Ix-xufiera sostnew li meta xi impjegati ġodda staqsew lill-kumpanija Spanjola għaliex qed jitħallsu €1.50 inqas minn kif, skonthom, kien mifthiem, din infurmathom li dan qed isir minħabba li hi tathom it- taħriġ u l-liċenzja. Tkompli f 'paġna 2 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM NUMRU tkellmu mal-ILLUM urew l-għadab tagħhom għal dak li huma sejħulu "daħk "ALLA BISS JAF X'DIEĦEL" L-Ispettur Dennis Theuma jgħid li persuna tista' tiġbor pakkett ta' droga minn fuq il-baħar, tidħol Malta bih, u ħadd ma jkun jaf DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt F'KUMMENTI esklussivi mal- ILLUM, l-Ispettur Dennis Theuma mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga spjega kif id-droga, fost affarijiet oħra inkluż armi u fjuwil, tista' tidħol fil-pajjiż b'ċertu faċilità u mingħajr l-għarfien tal-awtoritajiet. Tant hu hekk li Theuma stqarr li "Alla biss jaf x'inhu dieħel f 'Malta," u li sakemm ma jkunx hemm suspett, persuna tista' sempliċiment tiġbor pakkett ta' droga minn fuq il- baħar u tidħol Malta bih mingħajr ħadd ma jkun jaf. L-Ispettur Theuma huwa tal- opinjoni li d-dħul ta' Malta fiż–żona Schengen seta' għamilha iktar faċli għat-traffikanti. Filfatt huwa jisħaq li hija "ovvjament eħfef li persuna tmur sa Sqallija u ġġib id-droga." Huwa kompla jgħid "Alla biss jaf x'dieħel mil-Libja, fjuwil tal- kuntrabandu, armi … ma tista' teskludi xejn. Ma tistax tikkontrolla x'inhu dieħel f 'Malta." Tkompli f 'paġna 5 "Wegħduna €6 u ngħatajna €4.50"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015