Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 33 SPORTSillum INTER - Wara numru konsiderevoli ta' snin, jidher li hemm aspettattivi ferm sbieħ għal dan il-klabb minn Milan għal matul dan l-istaġun. Għalkemm huma jinsabu ferm viċin li jitilfu s-servizzi ta' Xherdan Shaqiri li se jingħaqad ma' Schalke 04 fil- Ġermanja, huma akkwistaw is-servizzi ta' Geoffrey Kondogbia mingħand Monaco, li permezz tal- kariżma li jippossjedi jidher li ġibed mhux ftit lil numru kbir ta' partitarji ta' Inter warajh. Dan il-plejer ġibed l-imħabba tal-partitarji Interisti wkoll b'pika mal- ġirien iżda arċi-rivali eterni AC Milan, li kienu ferm viċin li jakkwistaw lil dan il-player, speċjalment meta d-Delegat Amministrattiv ta' AC Milan Adriano Galliani, deher jiċċena mal-istess player f 'restaurnat f 'Milan. Immexxija minn Roberto Mancini, bħal dejjem, Inter għandhom numru kbir ta' plejers mhux Taljani, bl- uniċi żewġ plejers Taljani li mistennija jibdew mal-ewwel 11 tul l-istaġun li ġej ikunu l-captain Andrea Ranocchia u Danilo D'Ambrosio. JUVENTUS - Kuntrarju għal staġuni imgħoddija jidher li beda jinżel xi ftit il-moral fil-kamp Juventin. Ilkoll nafu li wkoll bħal daż-żmien sena partitarji ta' Juventus xejn ma laqgħu l-aħbar li Massimiliano Allegri kien se jieħu t-tmun ta' Juventus mingħand Antonio Conte, wara tliet snin ta' suċċessi kontinwi. Saħansitra, l-istess partitarji kienu kantaw innijiet dispreġġjattivi f 'wiċċ Massimiliano Allegri nnifsu: "Lil Allegri ma rriduhx". B'hekk il-moral fil- kamp Juventin ukoll kien kemmxejn baxx bħal daż- żmien sena. Iżda, l-istess kowċ bravu Taljan ma damx ma ta risposta fis-skiet lil dawn il-partitarji biex wassalhom għar-rebħ tar- raba' kampjonat tas-Serie A konsekuttiv, ir-rebħ tal-Coppa Italia, wara xejn inqas minn 20 sena u kontra kull mistenni wassal lil Juventus sal-finali tal- UEFA Champions League, fejn kien biss kontra l-ġganti Spanjoli ta' Barċellona, li sfaw megħluba bl-iskor konvinċenti ta' 3-1. Madankollu, l-affarijiet għal Juventus matul dan is-sajf qed jidhru kemmxejn imċajprin hekk kif tilfu s-servizzi ta' tliet plejers partikolari li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Andrea Pirlo, Arturo Vidal u Carlos Tevez. Huwa minnu li l-Bianconeri akkwistaw is- servizzi ta' Mario Mandzukic, Paulo Dyabla u Simone Zaza, fost oħrajn, iżda dawn it-tlieta jidher li m'għandhomx il- kalibru biex jikkumpensaw għat-telf tat-tliet stilel imsemmija. Forsi, spunt pożittiv għall-Juventini kien dak li ma tilfux is-servizzi ta' Paul Pogba li kien ferm viċin li jingħaqad ma' Barcelona għas-somma eletriffikanti ta' bejn it-80 u l-100 miljun Ewro. Dan għalkemm xi partitarji Juventuni kienu xorta waħda favur li Paul Pogba jħalli l-belt ta' Turin, biex jingħaqad ma' Barcelona, minħabba d-dħul finanzjarju enormi li kien se jħalli warajh, b'liema ammont ta' flus investiment setgħu jixtru numru ta' plejers importanti. Iżda, kif ilkoll nafu, dan ma ġarax! LAZIO - Lazio se jerġgħu jkunu mmexxija minn Stefano Pioli bħala kowċ, fejn wara l-istaġun mill-aqwa li kellhom tul l-istaġun li għadda, fejn spiċċaw fit-tielet post tas-Serie A, biex kisbu post prestiġjuż għall-UEFA Champions League, se jkunu qed jerġgħu ifittxu li jirrepetu dan is-suċċess, kemm mil-lat domestiku fil-Kampjonat tas-Serie A, kif ukoll mil- lat internazzjonali fl-aktar kompetizzjoni importantti u prestiġjuża fuq bażi ta' klabbs fuq livell Ewropew, il-UEFA Champions League. PALERMO - It-tim mill-belt kapitali ta' Sqallija, immexxi minn Giuseppe Iachini, se jkollu l-għan ewlieni li jikseb riżultati tajbin u forsi wkoll joħloq xi sorpriża, kif diġà għamel fl-aħħar staġuni. M'hemmx dubju li l-fatt li huma tilfu s-servizzi tal-attakkant prolifiku Italo-Arġentin, li għad għandu biss 21 sena, Paulo Dybala, li ngħaqad ma' Juventus, se jħalli effett negattiv fid- dipartiment offensiv ta' dan it-team. Dan hekk kif dan il- plejer għadu ma ġiex sostitwit b'mod denju mir-Rosanero. SASSUOLO - Dan it-team immexxi minn Eusebio Di Francesco, huwa magħruf għas-sorpriżi li kapaċi jagħmel, meta jegħleb lil timijiet ferm aktar ikkwotati minnu fosthom timijiet bħal AC Milan, hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 3-2 matul l-istaġun li għadda. Madankollu, matul dan l-istaġun, dan it-tim se jkollu jgħaddi mingħajr is-servizzi tal-attakkant prolifiku Taljan, Simone Zaza, li ngħaqad ma' Juventus, waqt li kellhom aħbar pożittiva li l-attakkant li matul l-aħħar żewġ staġuni għamel il-meravilji bil-flokk aħdar u iswed ta' Sassuolo, Domenico Berardi, kien ingħaqad b'mod uffiċjali magħhom. Dan hekk kif l-istess plejer żagħżugħ Taljan kien jinsab b'self ma' Sassuolo mingħand Juventus, u kien hemm ukoll spekulazzjonijiet, li huwa seta' tabilħaqq iħalli lil Sassuolo, biex imur ifittex avventura ġdida barra mill- Italja, ma' Wolfsburg fil- Ġermanja. Preparamenti, Aspettattivi u Tranżizzjonijiet beraħ għalija" - Clayton Failla għal Failla, propju fil- jiem li fihom il-plejer internazzjonali Malti kien għal prova ma' Hull City fl-Ingilterra, it-Tigers kif inhuma iktar magħrufa Hull City ingaġġaw player li jilgħab propju fl-istess pożizzjoni ta' Failla, u għalhekk dan għamilha aktar diffiċli biex Hull City jakkwistaw il-firma ta' Failla b'mod immedjat. Fl-istaġun li għadda, Clayton Failla kien wieħed mill-aqwa plejers taċ- champions Hibernians hekk kif lagħab 32 partita u skorja xejn inqas minn 16-il gowl biex kien l-aqwa skorer Malti, fil-klassifika finali tal-aqwa skorers mirbuħa minn Edison Luis Dos Santos u Jorge Pereira Da Silva. Clayton Failla huwa prodott tat-tim minn Ħaż-Żabbar, St Patrick, u għamel id-debutt tiegħu ma' dan it-tim lura fl- istaġun 2004/05, iżda kien ġie trasferit propju f 'nofs dak l-istaġun ma' Hibernians. Fis-sajf tal- 2009 huwa ngħaqad ma' Sliema Wanderers fejn hemmhekk qatta' sentejn mhux daqstant feliċi u ma kinitx sorpriża li sentejn wara, fl-2011, reġa' ngħaqad mat- tim minn Raħal Ġdid li tant iħobb, Hibernians. Mal-Pawlisti huwa rebaħ diversi unuri fosthom żewġ Kampjonati BOV Premier, erba' FA Trophies, u Super Cup waħda. Huwa kien rebaħ ukoll Super Cup oħra ma' Sliema Wanderers. Fuq bażi personali, Clayton Failla, ġie vvutat bħala l-MFA plejer tas- sena għal darbtejn, eżattament fl-istaġuni 2008/09 u 2011/12. Clayton Failla fl-azzjoni bil-flokk ta' Hull City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015