Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 29 SPORTSillum Inter Club PUPI Zanetti Malta jospita l-ewwel Laqgħa Ġenerali Annwali l-bini l-ġdid tiegħu Inter Club PUPI Zanetti Malta ospita l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu għall-membri, liema Laqgħa saret nhar il-Ġimgħa 31 Lulju fil-bini l-ġdid tal-klabb li jinsab fi Triq l-Irmiġġ, fl-iMsida. Il-membri tal- klabb kellhom il-possibiltà li jissuġġerixxu emendi għall-istatut tal-istess klabb. Il-Laqgħa nfetħet mill- President tal-Klabb, is-Sur Paul Fenech li rringrazzja lil dawk kollha li wrew fiduċja fil-proġett tal-klabb, li twaqqaf biss ftit aktar minn sena ilu u wiegħed li dan se jkun klabb għall-membri. Dawk il-membri kollha li jkunu ħallsu l-isħubija għall- istaġun 2015-2016 sad-data tal-Laqgħa Ġenerali Annwali ngħataw l-opportunità li jgawdu wieħed mill- opportunitajiet li l-klabb se jkun qed joffri. Il-klabb offra tliet opportunitajiet differenti u l-membri ġew magħżula permezz ta' tlugħ ta' polza matul l-istess laqgħa. Wieħed mill-membri se jsegwi logħba talkampjonat u mbagħad ikollu lunch mal-Viċi-President tal Inter, il-leġġendarju Javier Zanetti. Minbarra dan il-membru l-ieħor se jingħata l-biljett speċjali tal-ospitalità u xi ħadd ieħor il-preżentazzjoni tat-trofew, 'Calciatore dell'Anno'. Il-premju Calciatore dell'Anno intrebaħ minn l-aqwa skorer tal Serie A tal- istaġun li għadda, l-Arġentin, Mauro Icardi. Wkoll minn din is-sena il-kumitat se jagħżel il-membru li għenu l-aktar matul is-sena. Irrebbieħ ta' din is-sena tal-Membru tas-Sena huwa s-Sur Charles Vassallo għall-kontribut tiegħu bħala fotografu uffiċjali tal-klabb. Għal aktar informazzjoni żur www.icpupizanettimalta.com websajt tagħna. Il-President Paul Fenech, indirizza lil dawk preżenti waqt l-AGM tal-istess klabb Meta Manchester City ħallsu s-somma ta' £49 miljun għal Raheem Sterling Li Raheem Sterling huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduca l-futbol Ingliż f 'dawn l-aħħar snin hija xi ħaġa indiskussa. Iżda li Manchester City xtraw lil dan il-player mingħand Liverpool għas-somma ta' £49 miljun, waqt li l-istess plejer se jkollu salarju ta' £200,000 fil-ġimgħa hija xi ħaġa mhux daqstant normali. Għalkemm xi partitarji ta' Liverpool, setgħu ħassewhom urtati li tilfu s-servizzi ta' dan il-plejer, il-parti l-kbira tagħhom ferħu li t-team minn Anfied kien daħħal din is-somma esorbitanti flus, għax żgur li r-Reds jistgħu jagħmlu numru ta' akkwisti tajbin b'din iċ-ċifra. U tabilħaqq jekk wieħed jikkunsidra x'għamel Raheem Sterling bil-flokk tar-Reds matul l-istaġun li għadda, wieħed malajr jinnota, li dan mhux li għamel il-meravilji. Dan hekk kif huwa lagħab 3,045 minuta ma' Liverpool u skorja biss seba' goals u ta tmien assists. Raheem Sterling kellu ċ-ċans li jsir il-plejer li jmexxi lil Liverpool għas-suċċess, speċjalment wara t-tluq tal-idolu ta' Anfield, Steven Gerrard. Iżda dan ma kienx il-każ, anzi l-istess plejer Ingliż ma tantx kellu tluq minn ma' Liverpool ta' min wieħed jibqa' jiftakar. Dan hekk kif l-aħħar logħba tiegħu mar-Reds kienet propju t-telfa inkredibbli ta' 6-1 kontra Stoke City, liema logħba kienet ukoll l-aħħar waħda ta' Steven Gerrard ma' Liverpool. Rimarkabbli huwa l-fatt li t-trasferiment ta' Raheem Sterling minn ma' Liverpool għal ma' Manchester City kien l-aktar wieħed li involva flus fl-istorja tal-futbol fl-Ingilterra. Interessanti li fit-tieni post tal-plejers li l-aktar swew flus insibu għal darb'oħra lit-tim ta' Liverpool. Dan hekk kif fil-31 ta' Jannar tal-2011, Andy Carroll, kien ingħaqad ma' Liverpool, mingħand Newcastle United, liema esperjenza ta' dan il-plejer ma' Liverpool u li llum qed jilgħab ma' West Ham United, ma tantx kienet waħda daqshekk ta' suċċess. Madankollu, meta wieħed iqis kollox, għalkemm huwa fatt magħruf li Raheem Sterling għadu ma weriex il-potenzjal u l-klassi li tkun tista' tippermetti lil wieħed biex jipparagunah ma' plejers ġganti tal-football mondjali fosthom Cristiano Ronaldo u Lionel Messi, il-prospetti għal dan il-plejer huma sbieħ. Għad irridu naraw x'se jkun qed isarraf ma' Manchester City, fejn diġà kellu bidu tajjeb meta rnexxielu jsib ix-xibka f 'logħba ta' ħbiberija kontra Roma wara biss 137 sekonda mill-ftuħ tal-logħba. Barra minn hekk huwa jista' jħalli l-frott mixtieq ukoll mat-team nazzjonali Ingliż, kif diġà wera f 'wirjiet mill- aqwa li kellu fil-passat riċenti. Għalkemm huwa għad għandu biss 20 sena, huwa diġà lagħab 16-il logħba mat-tim nazzjonali mmexxi minn Roy Hodgson u kellu prestazzjonijet tajba speċjalment fit-Tazza tad- Dinja li għaddiet fil-Brażil, speċjalment fit-telfa ta' 2-1 kontra l-Italja. Raheem Sterling rebaħ l-unur li jġib l-isem tal- Golden Boy matul is-sena li għaddiet li huwa unur li jingħata lill-istilla emerġenti tal-futbol Ewropew, iżda huwa għadu qatt ma rebaħ trofew maġġuri fil-karriera tiegħu. Intant, jidher li Brendan Rodgers, ma tantx ħadha tajjeb li tilef is-servizzi ta' dan il-plejer. Dan hekk kif huwa jidher li kellu stima kbira lejh u fil-fatt f 'April tal-2014, f 'kummenti li kien għadda lil sezzjoni tal-media, huwa kien afferma li f 'dak iż-żmien kien jemmen li tabilħaqq Raheem Sterling kien l-aqwa plejer tal-età tiegħu fl-Ewropa. Niftakru li f 'April tas-sena li għaddiet, Liverpool, kienu qed jisfidaw għar-rebħ tal- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, fejn Raheem Sterling, kien qed ikollu staġun mill-aqwa, u kien għadu ġej minn logħbiet tal- ogħla kwalità personali, fosthom fir-rebħiet kontra Manchester City u kontra r-rivali eterni, Manchester United. Fil-jiem li għaddew, tkellem ukoll il- captain ta' Chelsea, John Terry, li sostna li jħoss li Liverpool mhux dejjem emmnu fil-potenzjal ta' Raheem Sterling u kien hemm drabi li r-Reds tawh il-ġenb. Għalhekk ma kinitx sorpriża għalih, li l-plejer internazzjonali żagħżugħ għażel li ma jiffirmax kuntratt ġdid ma' Liverpool, u minflok ifittex avventura ġdida ma' Manchester City. Huwa kompla li jemmen li Raheem Sterling se jkun qed jilħaq il-quċċata tal- karriera tiegħu fil-futbol ma' Manchester City, u se jkun pedina indispensabbli għal dan il-klabb immexxi mill-maniġer bravu, Manuel Pellegrini. John Terry jemmen ukoll li Raheem Sterling jirrapreżenta l-futur tat-tim nazzjonali Ingliż, fejn fid-dipartiment offensiv jista' jiskorja gowls importanti li jwasslu lill-istess tim nazzjonli Ingliż għas- suċċess tant mistenni. B'hekk bħal kollox fil- ħajja, min huwa tal-fehma li Raheem Sterling, ma jiswiex din is-somma ta' flus u min bħal John Terry, jemmen li dan il-plejer żagħżugħ se jkun qed juri x'talent jippossjedi bil-flokk ta' Manchester City, u għalhekk se jkun qed jonora s-salarju mill-aqwa li se jkollu mal- Blues, kif ukoll is-somma ta' £49 miljun li Manchester City ħallsu biex jakkwistawh mingħand Liverpool. Nistennew u naraw!