Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt KOLLOX jindika li l-mara Daniża li nstabet mejta f 'għadira ilma f 'qiegħ wied f 'Marsalforn kienet maqtula, b'sorsi fi ħdan il-korp tal-pulizija jgħidu li huwa possibli li l-mara sfat vittma ta' qtil vjolenti u makabru. L-istess sorsi qalu lill- ILLUM li "ma tagħmilx sens li l-mara mietet konsegwenza ta' xi inċident sfortunat jew ta' xi waqa," u li minħabba l-fatt li ċ-ċirkostanzi li setgħu waslu għall-mewtha għadhom inċerti, il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ daqs li kieku qtil. L-anzjana Daniża, li sussegwentement ġiet identifikata bħala Vera Holm, ta' 72 sena, instabet mejta fil-Wied tal-Grazzja, nhar is-26 ta' Lulju, jumejn biss wara li kienet irrapurtata nieqsa. Hija nstabet wiċċha 'l isfel f 'għadira ilma u għarwiena. Il-handbag tagħha, li fih kien hemm madwar €300 fi flus kontanti, il-passaport, u l-mowbajl baqa' ma nstabx. Aktar minn hekk, sorsi oħrajn spjegaw kif l-aggressuri setgħu ħbew il-ħwejjeġ tal-vittma biex ma jħallu l-ebda traċċi. "Minħabba li hemm bosta ċirkostanzi dubjużi fosthom il-fatt li l-mara nstabet għarwiena u mingħajr il-handbag tagħha, ma tagħmilx sens li waqgħet waħedha jew li kienet involuta f 'inċident sfortunat. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ daqslikieku l-mara ġiet maqtula. Is-sitwazzjoni ta' x'seta' wasal għall-mewt tal- anzjana għadhom inċerti," l-istess sorsi qalu. Eżamijiet forensiċi li saru fuq il-katavru tal-mara kkonfermaw kif il-mara kellha daqqa fil-kranju, tbenġil f 'sidirha u kustilja mkissra. Madankollu, dawn il-ġrieħi ma kinux fatali u l-kaġun aħħari ta' mewt l-anzjana għadu mhux magħruf u għalhekk, il- pulizija għadha qed tistenna r-riżultati konklussivi. Minkejja li inizjalment il- pulizija qalu li l-mara setgħet mietet kawża ta' waqgħa, din il-possibilità issa qed tiġi eskluża. "Ir-riżultat tal-awtopsja u l-kaġun tal-mewt għadu mhux uffiċjali, allura xejn ma jista' jiġi eskluż. L-investigazzjoni baqalha ħafna," is-sorsi tagħna spjegaw. Matul dawn l-aħħar jiem, l-investigazzjonijiet tal-pulizija ssoktaw b'sorsi oħra jgħidu li ġew mistoqsija diversi nies li setgħu raw lill- mara u ġew analizzati wkoll bosta kameras tas-sigurtà fil-madwar. Vera Holm waslet Malta fid-19 ta' Lulju għall-btala f 'Għawdex. Hija kienet akkumpanjata mir-raġel tat- tifla, ż-żewġ uliedu u anke ħu r-raġel tat-tifla. Huma kellhom jitilqu minn Malta ġimgħa wara, propju fl-istess ġurnata li l-anzjana nstabet mejta. Hija ntlemħet l-aħħar fl-24 ta' Lulju għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta' waranofsinhar wara li kienet marret tixtri f 'ħanut fil- Qbajjar, limiti ta' Marsalforn. Hija għebet ftit mumenti wara, u tliet sigħat wara, il-qraba tagħha rrapurtawha nieqsa. Aktar minn hekk, l-istess sorsi qalu li kważi ġimagħtejn wara s-sejba makabra, l-pulizija għadhom għadejjin bl-investigazzjoni. Il-katavru kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni kawża tal-qilla tax-xemx u s-sħana. Sa issa ma jidhirx li hemm żblokk fl- investigazzjoni, bil-mottiv u l-aggressuri għadhom mhux magħrufa. Sadanittant, il-qraba ta' Holm tħallew jitilqu minn Malta u waslu lura d-Danimarka. Il-mewt ta' Holm ġibed ukoll l-attenzjoni ta' bosta gazzetti Daniżi li fir-rapporti tagħhom staqsew diversi mistoqsijiet fuq il-mewt "misterjuż" tal-mara. Intant, il-gazzetti Daniżi esprimew ukoll is-sorpriża tagħhom ta' kif post kwiet u paċifiku bħal Għawdex kien il-post fejn seħħ dan kollu. Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 7 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 15/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND DELIVERY OF SOFTWARE TO THE MALTA COLLEGE OF ARTS, SCIENCE AND TECHNOLOGY Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administrative Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 13.30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Friday 21st August 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 Kollox jindika li l-mewt tad-Daniża kien qtil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015