Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 3 Ikompli minn Paġna 1 GĦALKEMM l-influss ma jistax ikun kwantifikat preċiżament, jidher ċar li dawn in-'negozjanti' Sqallin laħqu kull żona tal- pajjiż, fejn apparti l-ftuħ jew tmexxija ta' kafetteriji u ħwienet qed iduru wkoll b'vetturi jbiegħu diversi oġġetti. Dawk li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif il- maġġoranza tagħhom mhu qed jixtru xejn minn Malta. Jixtru l-prodotti kollha minn Sqallija u jħaddmu magħhom Sqallin biss, sew jekk bħala koki, wejters u anke dawk li jnaddfu. Tkellimna mad-Deputat President tal-GRTU, Philip Fenech li kkonferma li "l-Isqallin qed jieħdu 'over'" u qalilna li huma l-ftit minnhom li qed jixtru n-negozju u jsiru sidien. "Ħafna jikru mingħand Maltin diġà liċenzjati. Aħna ma nistgħu nagħmlu xejn għax dawn għandhom il-libertà tal-moviment bħala ċittadini Ewropej. Madankollu l-ilmenti li nirċievu mingħand il- klijenti tagħna huma li dawn ma jixtru xejn minn pajjiżna u għalhekk ikun tajjeb li wieħed jiskopri jekk dawn humiex qed joperaw skont il-liġi u jekk humiex iħallsu t-taxxi kollha." Fenech kompla jsostni li "anke l-impjegati f 'dawn il-ħwienet huma kollha Sqallin. U għal dan ukoll ma nistgħu nagħmlu xejn, iżda huwa importanti li nkunu nafu jekk dawn l-impjegati hux qed jiġu mħallsin u reġistrati skont il-liġijiet Maltin." Fenech wissa li jekk dan mhux il-każ, allura "jkun ifisser li hawn sitwazzjoni ta' kompetizzjoni li mhix ġusta u ta' żvantaġġ għal min hu leġittimu." Meta tlabna lil Fenech x'jista jsir biex wieħed ikun jaf jekk dawn l-Isqallin humiex joperaw b'mod legali jew le hu qalilna li l-uniku mod hu li jkun hemm "spezzjonijiet regolari u infurzar tal- liġijiet" Fenech kompla jgħid li lanqas l-MTA ma jafu kemm hawn minn dawn l-Isqallin "għax dawn ħafna minnhom jaħdmu b'liċenzja ta' ħaddieħor. Dan huwa lment li niltaqgħu miegħu kontinwament għax suppost dawn ikollhom liċenzja ta' sostitut, jiġifieri 'ċertifikat' li juri kif dawn qed jaħdmu u joperaw dak in-negozju f 'isem sid il- liċenzja. Aħna qed ninsistu li dawn ikunu kollha qed joperaw skont il-liġi." Mistoqsi jekk hux qed ikun hemm spezzjonijiet, id-deputat President tal-GRTU qalilna li fid- dwana m'hemmx problemi għax wara ħafna laqgħat dawn issudaw ħafna u qed jiċċekkjaw, "iżda dwar spezzjonijiet fil-ħwienet, li nista' ngħid huwa, li dawn huma remoti u sporadiċi. Ftit li xejn nisimgħu dwar dawn l-ispezzjonijiet." Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insahhu Hilitna ghall-Aktar Impjiegi u Kwalita ta' Hajja Ahjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Socjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Ninvestu fil-futur tiegħek FSE 3.234 PROĠETT LEAP FSE 3.234 PROĠETT LEAP FSE 3.234 PROĠETT LEAP KONFERENZA TA' ĠURNATA KONFERENZA TA' ĠURNATA KONFERENZA TA' ĠURNATA L L L - - - Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 Benefiċjarji, organizzazzjonijiet, rapreżentanti tan Benefiċjarji, organizzazzjonijiet, rapreżentanti tan Benefiċjarji, organizzazzjonijiet, rapreżentanti tan - - - network network network fir fir fir - - - reġjuni u entitajiet interessati, huma mistiedna sabiex jattendu għal din reġjuni u entitajiet interessati, huma mistiedna sabiex jattendu għal din reġjuni u entitajiet interessati, huma mistiedna sabiex jattendu għal din il il il - - - konferenza sabiex naqsmu s konferenza sabiex naqsmu s konferenza sabiex naqsmu s - - - suċċess tal suċċess tal suċċess tal - - - proġett u nippromwovu inizzjattivi ġodda. proġett u nippromwovu inizzjattivi ġodda. proġett u nippromwovu inizzjattivi ġodda. Persuni li jixtiequ jattendu għandhom jikkuntattjaw lis Persuni li jixtiequ jattendu għandhom jikkuntattjaw lis Persuni li jixtiequ jattendu għandhom jikkuntattjaw lis - - - Sur Michael Pulis Sur Michael Pulis Sur Michael Pulis fuq l fuq l fuq l - - - imejl michael.pulis@gov.mt imejl michael.pulis@gov.mt imejl michael.pulis@gov.mt jew fuq il jew fuq il jew fuq il - - - linji tat linji tat linji tat - - - telefon (ħinijiet ta' l telefon (ħinijiet ta' l telefon (ħinijiet ta' l - - - uffiċċju) 25903465 / 25903466 uffiċċju) 25903465 / 25903466 uffiċċju) 25903465 / 25903466 Postijiet għall Postijiet għall Postijiet għall - - - konferenza huma limitati u ser ji konferenza huma limitati u ser ji konferenza huma limitati u ser ji ġu aċċettati fuq prijoirtà skond min japplika l ġu aċċettati fuq prijoirtà skond min japplika l ġu aċċettati fuq prijoirtà skond min japplika l - - - ewwel ewwel ewwel Irridu naċċertaw li l-Isqallin qed joperaw skont il-liġi - GRTU "Ikun tajjeb li wieħed jiskopri jekk dawn humiex qed joperaw skont il-liġi u jekk humiex iħallsu t-taxxi kollha. "L-ilmenti li nirċievu mingħand il-klijenti tagħna huma li dawn ma jixtru xejn minn pajjiżna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015