Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Jipprova jikkalma argument u jlaqqat daqqa ta' sikkina PENSJONANT ta' 79 sena jista' jgħodda b'waħda wara li ġie kkundannat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sena talli attakka lil raġel b'sikkina f 'Għawdex. L-inċident seħħ fil-25 ta'Novembru 2013, l-akkużat, Antonio Borg, miż-Żebbuġ, Għawdex, ta daqqa ta' sikkina lil ġuvni ta' 29 sena. Il-vittma, Josef Galea, kien ġarrab ġrieħi serji b'konsegwenza. Il-Qorti semgħet kif ftit jiem qabel, l-imputat, daħal fil-kumpless u ma tħalliex jidħol għax kien qed iġorr basket. Huwa kien ġie mwissi biex ma jerġax jidħol fil-kumpless iżda minkejja dan reġa' mar biex jieħu s-sodisfazzjon u faqa' argument iehor. Dakinhar, il-vittma pruva jintervjeni biex jikkalma s-sitwazzjoni, iżda l-att eroiku tiegħu spiċċa qares hekk kif safa' vittma ta' daqqa tas- sikkina. Huwa kien ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li kien qed isofru ġrieħi gravi. Fil-Qorti, l-akkużat ammetta li kkawża feriti gravi, li ħebb u li hedded lil Galea, li kiser il-paċi pubblika, li kellu sikkina fil-pussess tiegħu mingħajr liċenzja u li beżża' lil ħaddieħor li kien ser tintuża vjolenza kontrih. Fis-sentenza tiegħu, l-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-qrati tagħna ma jistgħux jittoleraw lil min jieħu l-liġi b'idejh għax il-pajjiż kien "jispiċċa ġungla." Madankollu, l-Qorti kkunsidrat wkoll il-fatt li l-imputat kien iħossu waħdu peress li l-familja tiegħu kollha kienet tgħix l-Awstralja, u saħaq li l-problema tal-anzjani abbandunati mill-familji kienet waħda reali. Għaldaqstant, il-Qorti kkundannat lill-akkużat sentenza ta' sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena. Pulizija jaqbeż il-baħar biex jarresta raġel Raġel li kien ħarab mill- kustodja tal-pulizija waqt investigazzjoni dwar serqa reġa' ħarab u qabeż fil-baħar biex jevita l-arrest. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Andrea Busuttil, ta' 27 sena minn Tas-Sliema, kien irnexxilu jiżgiċċa mill- kustodja tal-pulizija fit-30 ta'Lulju li għadda wara li kien ġie arrestat b'konnessjoni ma' serqa. Eventalment, nhar it-Tlieta, Busuttil kien ġie intraċċat u ċċirkondat mill- pulizija fuq Manoel Island, il-Gżira. Malli induna li kien se jinqabad fiċ–ċert, iż- żagħżugħ ma ħasibix darbtejn u qabeż fil-baħar biex jevita l-arrest. Aktar minn hekk, iż-żagħżugħ għamel ġesti b'idejh taparsi jistieden lill-pulizija jarrestawh fl-ilma. Infatti, x-xewqa tiegħu saret realtà hekk kif l-Ispettur Kurt Zahra qabeż għoli ta' sitt filati għal ġol-baħar u rnexxielu jarresta lil Busuttil. Huwa ttieħed l-għassa tal-pulizija u ftit jiem wara ġie mressaq il-Qorti u mixli li ħarab mill- arrest, li rreżista l-arrest bi vjolenza, u li kkawża ġrieħi fuq l-Ispettur Kurt Zahra. Minkejja li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, Busuttil ma talabx il-ħelsien mill- arrest. Minflok, Busuttil ġie ordnat li jinżamm fit- taqsima forensika tal-sptar Monte Karmeli, fejn seta' jkompli jirċievi l-kura għal kundizzjoni psikjatrika. Dak li huwa essenzjalment ALBERT GAUCI CUNNINGHAM MHUX darba jew tnejn nistaqsu lilna nfusna, imma x'jagħmilna Maltin? X'jiddistingwina min- nazzjonijiet u popli oħrajn? X'inhuma dawk il-fatturi li l-barranin jaraw bħala interessanti meta jħarsu lejna bħala poplu? X'inhuma dawk il-fatturi essenzjalment Maltin li jkun jaqbel jekk nieħdu ħsiebhom u nrawmuhom biex jibqgħu jiddistingwuna bħala Maltin, Mediterraneji u Ewropej? L-ILLUM iħares lejn ħames fatturi li huma intrinsikament marbutin mal-poplu Malti jiġifieri l-politika, speċjalment dik partiġġjana, il-pastizzi, il- festi tar-raħal, il-lingwa u bla dubju ta' xejn l-istorja. Jekk tneħħi wieħed minn dawn mill-katina, il-katina ma tibqax. Ma jistax ikollok Malta jekk mhux bl-argumenti dwar il-PN u l-PL u l-mass meetings, ma jistax ikollok Malta jekk mhux bil-festi, l-armar u l-marċi, ma jistax ikollok Malta, jekk mhux bil-ħwienet tat-titotla li jbiegħu dawk il-pastizzi sħan u tajbin. Definittivament iżda ma jista' qatt ikollok Malta jekk mhux bil-patrimonju storiku u l-lingwa Maltija li huma l-isbaħ wirt li qatt seta' xi ħadd ħalla lil ta' qabilna, lilna u lil uliedna. Jew Laburist, jew Nazzjonalist, jew opportunist Il-politika hija parti mit- tessut soċjali ta' pajjiżna, mhux daqstant il-politika fis-sens ideoloġiku tagħha imma iktar minn hekk, il- politika partiġġjana. Il-mod kif il-Maltin, speċjalment, matul ix-xhur tal-elezzjoni, jinqasmu f 'żewġ tribujiet kbar u jattendu bil-masses kbar għas-sejħa tal-partit tagħhom, hija xi ħaġa li ma tarahiex b'daqshekk kobor f 'pajjiżi oħrajn. Prattikament, il-mass meetings illum saru raġuni oħra biex nixorbu, ngħajjru lil "ta' kontrina", naqbżu mal-mużika u niffesteġġjaw. Minkejja li ħafna ma jkunux jafu eżatt x'qed jingħad mill- kelliema, eluf kbar xorta jattendu bi ħġarhom għall- meeting imbagħad wara jiġru sad-dar, jixgħelu t-TV biex iqabblu l-meetings u jgħidu "kemm kellna aktar nies" jew "Aarija Santa x'kellhom! Naħseb huma jeħduha". Insomma dan il-pajjiż jieqaf għal xahrejn jew tlieta u kulħadd, kull fejn tmur, jitkellem fuq il-politika u ara ma tmerix lil xi ħadd għax għajnejk jikollok. Il-politika, mhux fi żmien l-elezzjoni biss iżda, bis-sens tribali ta' blu kontra l-aħmar u viċi versa jibqa' għaddej matul il-ħames snin, għal xi wħud mingħajr waqfien. Il- politika tant għandha għeruq fondi li l-alleanzi politiċi huma sinonimi wkoll fost il-familji. Minn kunjom jew laqam, ġeneralment tkun taf ma' liema partit iżomm dak il-persuna u/jew il-familja tiegħu. Il-partiti llum, għalkemm ħafna inqas b'saħħithom, xorta għadhom jiddeterminaw il-ħsieb, jimmobilizzaw il-masses u jqajmu l-entużjażmu u l-passjoni fost ħafna mill-'għeruq' li għal uħud minnhom il-partit huwa parti integrali minn ħajjithom Dawk il-pastizzi sħan u tajbin Tazza te tajba jew kafè u tliet pastizzi, tnejn tal-irkotta u wieħed tal-piżelli. Sħan, iqarmċu, żejtnin u tajbin. Xejn ma jieħu post il-pastizzi li kif tgħid il-kanzunetta, "sħan u tajbin" jagħmlu l-aqwa ikla jew saħansitra kolazzjon, speċjalment nhar ta' Ħadd meta l-għodwa tkun kajmana u kwieta. Il-pastizzi illum m'għadhomx marbutin biss ma' tat-titotla għax in-negozju tal-pastizzeriji kiber u fjorixxa bil-kbir f 'dawn l-aħar snin. Ma' kull kantuniera ssib ħanut żgħir, b'vetrina li ma tistax ma tħarisx lejha u riħa li taqsamlek qalbek ħierġa minnu, ibiegħ tilar fuq tilar ta' pastizzi. Minkejja l-pizzez u t-torti "Sħan, iqarmċu, żejtnin u tajbin. Xejn ma jieħu post il-pastizzi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015