Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 5 Iħalltu d-droga bil-ħamrija u t-trab taċ-ċikkulata Tkompli minn paġna 1 ITTRAFFIKAR tad-droga f 'Malta minn fuq il-baħar mhux fenomenu ġdid. Fil-fatt f 'Marzu, il-pulizija Taljana kienet arrestat ħames persuni b'konnessjoni ma' traffikar ta' aktar minn 12-il kilo kannabis bejn Sqallija u Malta. It- Taljani kienu qalu wkoll li t-traffikar tad-droga f 'Malta kien sploda. Mal-ILLUM, Theuma sostna li l-pulizija jissejħu mill-membri tad-dwana meta jkun hemm xi persuna jew pakkett suspettuż, jiġifieri jekk ma jkunx hemm xi forma ta' suspett raġonevoli, il-persuni jitħallew jidħlu b'mod liberu. Theuma kellu kliem iebes għall-kunċett sħiħ tax- Schengen li qed jitħaddem f '26 pajjiż madwar l-Unjoni Ewropea (UE), inkluż Malta, u li jfisser il-moviment ħieles ta' oġġetti u persuni minn pajjiż għal-ieħor. "Ma naqbilx għax tneħħilna l-kontroll" L-Ispettur ma qagħadx jomgħod kliemu wisq u saħaq li bit-tħaddim taż-żona Schengen, il-pulizija tilfet il-kontroll fil-ġlieda tagħha kontra t-traffikar tad-droga fost l-oħrajn. "Tad-dwana għandhom kontroll fuq il-fruntiera imma aħna mmorru fuq il-post meta dawn ikollhom suspett. Anke fejn jidħol l-ajruport, ix-Schengen ma jfissirx li ma jiċċekjawx, tfisser moviment ħieles ta' oġġetti, kollox għaddej, nies, tfal, li jiġi." Saħansitra, huwa kompla jistaqsi jekk l-awtoritajiet jafux x'dieħel fil-Freeport. "Jien ma nafx x'dieħel." Id-droga issa fil-festi, tiġijiet u festini wkoll "Qabel kienet moda li tieħu sigarett u flixkun birra, illum il-moda hija li tieħu d-droga. Hemm il-perċezzjoni li sakemm ma tieħux droga, ma tieħux gost," qal Theuma li mal-ILLUM żvela wkoll kif id- droga, speċjalment il-kokaina, qed tiġi użata waqt festi, tiġijiet, u anke festini privati. "Illum il-ġurnata, l-festa m'għadhiex marbuta mar- reliġjon, issa l-persuni li jmorru l-marċ tal-festa jkun moħħhom biss biex jixorbu, jieħdu pjaċir, u f 'xi każijiet jieħdu d-droga. Ir-realtà hija li f 'ħafna okkażjonijiet ikun hemm persuni li jkunu ilhom jixorbu minn filgħodu u jkunu f 'sakra li ma jarawx art," huwa qal. Theuma fil-fatt spjega kif mhux l-ewwel darba li fil- każini nstabu pakketti ta' droga, fosthom kokaina u ecstasy. "Il-pulizija ġieli rċeviet rapport ta' teħid ta' droga waqt attivatijiet soċjali, anke waqt tiġijiet imma dawn jiġu analizzati b'reqqa qabel tittieħed xi forma ta' azzjoni għax jista' jkun hemm każijiet fejn xi ħadd jagħmel rapport falz biex jirrovina t-tieġ ta' ħaddieħor." Iħalltu d-droga bil-ħamrija "It-traffikanti tad-droga jħalltu d-droga b'bosta kimiċi, sustanzi, u f 'ċertu każijiet anke ħamrija, kaffeina u saħansitra Ovaltine. Alla biss jaf x'jitfgħu fihom," qal l-Ispettur Theuma. Huwa sostna kif f 'każ minnhom, droga li kienet mingħalihom kokaina kienet fil-fatt sustanza oħra, f 'każ ieħor kien hemm konsenja ta' eroina kkontaminata u li b'konsegwenza tagħha, kien hemm min miet b'overdose. "Ir-realtà hija li t-traffikanti tad-droga jixtru ammont ta' droga partikulari, iżidulha xi kimiċi biex iżidu l-piż tagħha u imbagħad ibigħuha għall- profitt. F'dak l-istat mentali u stat ta' disprament li jkunu fihom il-vittmi tad-droga, ma jkunx jimpurtahom xi jkun hemm fiha d-droga, u ma jkunux jafu bil-kwalità inferjuri," huwa qal. Id- dekriminalizzazzjoni tad- droga: Progress jew rigress? Mistoqsi fuq ir-riformi fil-liġi tad-droga li daħlu fis- seħħ iktar kmieni din is-sena, l-Ispettur Theuma lmenta kif b'konsegwenza ta' dan, persuni li beħsiebhom jieħdu d-droga m'għadhomx jibżgħu li jiġu kkastigati b'ħabs u li għalhekk hemm ċans ikbar li jieħdu riskju. Skont ir-riformi li daħlu fis-seħħ f 'April, persuni li jinqabdu fil-pussess ta' ammont żgħir ta' droga għall- ewwel darba m'għadhomx f 'riskju li jintbagħtu l-ħabs iżda minflok jistgħu jiġu mmultati massimu ta' €125. "L-iskop aħħari tal-liġi huwa li jkun hemm trattament u mhux ħabs. L-idea hija li l-vittmi tad-droga jaqbdu t-triq it-tajba u jingħataw lok biex jirriformaw. Fl-aħħar mill- aħħar huwa ta' sodisfazzjon għalina li persuna li tabbuża mid-droga tirriforma," huwa spjega. Madankollu, l-Ispettur Theuma insista kif ir-riformi "m'għenu xejn" lill-pulizija għax il-biżà li persuna jidħol il-ħabs m'għadhiex hemm. Minkejja dan, huwa kompla jgħid li bħalissa għadu prematur biex wieħed jiddetermina jekk kienx hemm xi żieda fl-abbuż tad-droga b'konsegwenza tal-liġijiet il- ġodda. "F'dak l-istat mentali u stat ta' disprament li jkunu fihom il-vittmi tad-droga, ma jkunx jimpurtahom xi jkun hemm fiha d-droga." "Il-festa m'għadhiex marbuta mar-reliġjon, issa l-persuni li jmorru l-marċ tal-festa jkun moħħhom biss biex jixorbu, jieħdu pjaċir, u f 'xi każijiet jieħdu d-droga." L-Ispettur Dennis Theuma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015