Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 23 Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Bħalissa probabbli tħoss xi ftit li l-affarijiet ġejjin bil-kontra. Tinkwetax għax din hija fażi li għandha tgħinek issib lilek innifsek aktar, tir- rifletti aktar u l-fortuna tibda riesqa lejk wara il-15 tax-xahar. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa L-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 27, 40. Kuluri favoriti ma' Pisces huma il-blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Bħalissa tinsabu fi żmien ta' enerġija tajba, organizzati u soċjalment b'saħħitkom. Lesti għal kull sfida ambizzjuża. Imma żommu saqa- jkom mal-art u tagħġġlux għax tistgħu tfallu fil-miri tagħkom. Il-ħin eżatt li tkun trid twettaq pass, iż-żmien se jig- gwidak u jurik. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1,18, 23 u 33. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-aħmar, kannella u l-abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Huwa żmien li int tħossok aktar sigur. Tink- wetax jekk persuna titlob l-għajnuna tieghek, għinnha u ggwidaha. Għalik bħalissa huwa żmien li tħares lejn il-futur tiegħek. Jekk qed tip- pjana li tixtri dar, dan huwa ż-żmien addatat għalik. Vaganza wkoll se tkun viċin. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8,17, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-aħdar, l-oranġjo u l-isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa għaddej minn fażi iebsa. Qed tħossok abbandunat u dan meta l-aktar li għandek bżonn l-appoġġ. Persuna se jkollha bżonnok u għalkemm m'intix f'burdata li tigwidaha, jkun tajjeb li tieħu azzjoni. Il-ħajja tiegħek se tevolvi u n-nies ta' madwarek ħa jibqgħu sorpriżi! Gemini huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Persuna se tipprova tidħol fil-ħajja tiegħek meta int stess għaddej minn fażi partikolari f'ħajtek. Se tiftaħ triq għal din il-persuna bl- onestà tiegħek. Jaf tħossok komdu finanzjarja- ment. Imma oqgħod attent għax fi ftit żmien se tagħraf kemm kont maqbud fuq sieq waħda u li l-infieq kien żball. Din tagħlima importanti għalik. Parir huwa utli bħalissa. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 25 u 40. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Pjan li għandek imħejji se jagħtik il-kuraġġ li tant għandek bżonn, dak li int għaddej minnu bħalissa huwa prova ta' fidi qawwija li int għandek fik innifsek. Investiment bħalissa jkun utli ħafna. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Bħalissa għaddejja fażi li tħossok maqtugħ minn dak li kont tkun, dan qed jiġri biex int tagħraf tippjana aħjar minn esperjenzi li int ġarrabt. Għandek tagħraf, kemm tista', li ma terġax tagħmel falza stikka speċjalment fl-imħabba. Tgħaġġilx! Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 32, 44. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru L-indipendenza tiegħek hija importanti ħafna għalik. Offerta li ġejja fid-direzzjoni tiegħek se tkun ta' vantaġġ għalik , pero meta tiġi għal deċiżjoni dwar l-offerta, ħudha waħdek. Fix- xogħol tiegħek, ir-rata ta' kemm qed twettaq ħidma qiegħda tiżdied. Għaraf lilek innifsek aktar u tafdax wisq. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 16, 29 u 31. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-blu, l-aħdar u l-abjad Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Wegħdi li int għamilt qiegħed tinduna li m'intix qiegħed iżżomhom u dan se joħloqlok problemi madwarek. Tikkomettix jekk ma tkunx lest li twettaq. Mhux karattru tiegħek li tkun ikkunsidrat bħala nuqqas. Għaraf kun sinċier aktar ħalli timxi f'dak li għandek ġej għalik. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 31. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Żomm il-paċenzja, min wegħdek se jasal imma jaf jieħu ftit aktar żmien. Bħalissa, il- persuna għaddejja minn żmien ta' taqlib u dan taf bih, għalhekk tih ċans. Persuna li se tiġi bżonnok għatiha l-għajnuna kollha tiegħek. Dan ikun pass umli ħafna. Sagittarius huma magħrufin għal abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 19, 24 u 38. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Magħrufin għall-qalb li tħabbar, tħossu xi jkun ġej. Għal dan għandek taħseb sew dwar x'int tħoss qabel tieħu xi deċiżjoni. Tgħallem mill- passat, tinjorax dak li qiegħed tħoss għax jaf jiddispjaċik wara. Ħu ħsieb id-dieta tiegħek. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 22 u 31. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Magħrufin kemm taħsbu u tkunu ħienja. Issa huwa l-mument li tagħraf issolvi s-sitwazjioni li għandek u li qiegħda tinkwetak. Ħa tagħraf tajjeb x'se tagħmel għalkemm għandek sfida. Taqtax qalbek quddiem din l-isfida għax se tqawwilek il-moral li kien batta xi ftit. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 4, 17, 22 u 35. Kuluri favoriti ma Aquarius huma isfar, abjad u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.issis13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Il-kelb tal-Mosta li baqa' leali (2) Inkomplu bir-rakkont ta Fr. Mark. Snin qabel ma daħal qassis, kien xtara puppy tar-razza German Shepard u semmieh Rex, u tista' tgħid li dan l-imbierek puppy kien iġorru kullimkien. Kif jispjega Fr. Mark, il-kelb kien jara fih imħabba mhux spjegabbli. Ħaġa li qatt ma fhimt kienet il-ħarsa fissa u diretta li kien jagħti lejja, kien jieqaf dritt jiffoka lejja! Bħal donnu kien irid ifiehmni, "Jien miegħek għal dejjem." Iż-żmien beda għaddej u Rex beda jikber, jisbieħ u jsir obbidjenti ta' vera. Meta ġejt imsejjaħ għal qassis, bħal qisu induna li r-rabta ta' bejnietna kienet se tonqos. Fil-fatt, mill-ewwel wera sinjal ta' dan u beda jaġixxi ħazin. Beda inaqqas ħafna mill-ikel, jintefa f 'rokna waħdu. Minħabba f 'hekk, rajt kif kont nirranġa u kont immur għand il-mamà ta' spiss. Niftakar darba waħda, il-mamà bi tbissima qaltli, għal min tiġi hawn? "Għat- tnejn li intom!" weġibt jien. Jum fost l-oħrajn, ġara li qatt ma ħsibt, u ġejt imsejjaħ biex immur sitt xhur fl- Amerika Latina bħala parti minn missjoni. Kienet aħbar li kelli nonora. Rex fl-aħħar lejla tiegħi qabel ma nitlaq bħal qisu induna u ħass, u intefa fuq is-sodda faċċata, iffukat fuqi! L-ajruport kelli xena ta' qsim il-qalb. Qatt ma bsart jew ħsibt kemm din ir-rabta kienet profonda. Il-biki li beda jibki għadni nisimaw sal-lum! Darba fost l-oħrajn, kont għadni ġej mill-quddies fejn kont inqaddes u f 'daqqa waħda, ħassejt għafsa ta' qalb li kważi intlift u rogħda kbira ma' ġismi kollu li kważi intlift minn sensija u infqajt nikbi u nikbi! L-għada, għaddieli ħsieb u ċempilt lill-mama' u saqsejta għal Rex, jekk hux kollox sew. U għalkemm it-ton tagħha kien wieħed baxx, imma weġbtini li iva, Rex ok! Wasal il-jum li nirritorna lura Malta… Inkomplu l-ġimgħa d-dieħla. Dawk kollha minnkom li għandkom xi rakkont personali li tixtiequ twassluh lill-qarrejja, tistgħu jew iċċemplu lili fuq 99013600 biex niltaqgħu jew ibgħatuli email fuq pjn13issis@gmail. com. Namaste. OFFERTA lilkom il-qarrejja Min jagħmel appuntament miegħi għal xi servizz bejn id-9 t' Awwissu u t-30 t' Awwissu, tintbagħat kopja tal-gazzetta ILLUM bil-posta B'XEJN għal disgħa ġimgħat sħaħ.