Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
4 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 LASSOĊJAZZJONI Medika Maltija lbieraħ wissiet li l-Isptar Mater Dei qiegħed fi "kriżi" minħabba nuqqas ta' sodod, u li b'konsegwenza, diversi pazjenti kellhom jitpoġġew f 'kuritur u anke fi swali fejn suppost jirkupraw il- pazjenti. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li minkejja li t-tmexxija tal-Isptar, qed tagħmel l-almu tagħha biex tlaħħaq mad-domanda, dan mhux biżżejjed u l-infermiera u t-tobba ma jistgħux ikopru u qegħdin saħansitra, jesperjenzaw kundizzjonijiet diffiċli. L-Assoċjazzjoni tenniet li l-kaġun aħħari tal- "kriżi" fl-Isptar hija ż-żieda fin-numru ta' anzjani li minkejja m'għandhomx bżonn attenzjoni medika, qegħdin fl-Isptar Mater Dei waqt li qed jistennew akkomadazzjoni f 'dar tal-anzjani jew f 'post ta' rijabilitazzjoni. Filfatt, Martin Balzan u Gordon Caruana Dingli, żewġ kelliema għall- Assoċjazzjoni, qalu li normalment, dan in-numru ta' anzjani ikun ta' madwar 60 anzjan, iżda matul l-2013, dan in-numru tela għal 140. Il-MAM qalet li b'konsegwenza tan-nuqqas ta' spazju, l-amministrazzjoni tal-isptar m'għandiex soluzzjoni għajr dik li tħalli lill-anzjani joqogħdu f 'Mater Dei. "Din il-problema għandha bżonn soluzzjonijiet għat- tul u hemm bżonn ukoll li jiġu implimentati miżuri bil-għan li jittejbu s-servizzi għall-anzjani fil-komunità. Aktar minn hekk, hemm bżonn li l-anzjani jingħataw appoġġ biex jibqgħu d-dar jew isibu akkomadazzjoni alternattiva f 'waħda mid-djar tal-anzjani," l-MAM qalet. L-istqarrija kompliet tgħid li dawn il-problemi huma kawża wkoll ta' nuqqas ta' ppjanar u investiment fil- qasam tal-kura tal-anzjani. "Fortunament, il-Maltin qed jgħixu għal perjodu itwal. Min-naħa l-oħra, din tfisser li l-isptarijiet u d-djar tal-anzjani huma mimlija u ma jistgħux ikopru mad- domanda," temmet tgħid il-MAM. Sostniet ukoll li l-awtoritajiet għandhom jagħtu prijorità lis-settur tal- anzjani u jinvestu f 'servizzi tal-kura tal-anzjani biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal- popolazzjoni. "Mater Dei fi stat diżastruż" – Il-PN Intant, ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg tennet li s-sitwazzjoni fl- Isptar Mater Dei hija frott tad-deċiżjonijiet ħziena mill- Gvern Laburista. Id-deputata Nazzjonalista qalet li d-deċiżjonijiet skoretti tal-Gvern, fosthom dawk rigward l-immaniġġjar tas-sodod, irriżultaw f 'servizz inferjuri għall- pazjenti. Aktar minn hekk, hija qalet li mhux sewwa li t-tobba u l-infermiera qed jaħdmu taħt pressjoni kbira hekk kif dan jista jħalli effett negattiv għad-danni tal- pazjent. "Konrad Mizzi u Chris Fearne ma jistgħux jinjoraw il-mod kif l-Isptar nazzjonali tagħna jiddeterjora. In-nies qed isaqsu jekk ir-roadmap famuża tal-gvern hija biss illużjoni. Il-pazjenti u l-familji tagħhom ħaqqhom risposti onesti u mhux retorika," hija qalet. Buttigieg sostniet ukoll li hija inkwetanti kif l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei ammetta li Mater Dei qatt ma kien fi stat daqstant diżastruż. Aktar kmieni dil-ġimgħa, l-Aġent Kap Eżekuttiv Dr Zarb Adami qal li għall-ewwel darba mill- kriżi tal-Libja fl-2011, l-amministrazzjoni tal-Isptar kellha tieħu d-deċiżjoni li tiġi wżata d-'day surgery recovery area' sabiex tintużaminn pazjenti b'kundizzjoni diversi u mard li jittieħed. Qal li sal-lum, din iż-żona kienet maqtugħa u limitata biss għal numru ta' staff. "L-Isptar Mater Dei fi kriżi" – MAM