Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum L-aktar 10 trasferimenti ta' plejers WARA li Raheem Sterling ftit tal-jiem ilu ingħaqad ma' Manchester City mingħand Liverpool biex sar l-aktar player li sewa flus ta' kull żmien fl-Ingiltetrra fi trasferiment, se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn l-aktar 10 players Ingliżi li involvew somom kbar ta' flus fi trasferiment ta' kull żmien. 1. Raheem Sterling – Minn ma' Liverpool għal ma' Manchester City - £49 miljun Għalkemm għad għandu biss 20 sena, dan il-plejer diga' lagħab għal 16-il darba bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, Raheem Sterling għandu jilħaq il-milja tal-karriera tiegħu fil-futbol ma' Manchester City. L-unika mistoqsija li teżisti hija dik li mal- Blues diġà hemm jilagħbu numru konsiderevoli ta' attakkanti prolifiċi fosthom Sergio Aguero, għalkemm tilfu s-servizzi ta' Stefan Jovetic li ngħaqad ma' Inter fl- Italja waqt li Edin Dzeko jinsab ferm viċin ukoll li jħalli lil dan il-klabb biex jingħaqad ma' Roma. B'hekk wieħed isaqsi x'irwol se jkollu Raheem Sterling ma' Manchester City? 2. Andy Carroll – Minn ma' Newcastle United għal ma' Liverpool - £35m Il-ġurnata tal-31 ta' Jannar 2011 ukoll magħrufa bħala l-aħħar ġurnata tat-tieqa tat- trasferimenti ('transfer window'), m'hemmx dubju li se tibqa' magħrufa bħala waħda mill-aktar ġranet eċitanti fl-istorja riċenti tal-futbol Ingliż. Iktar kmieni matul dik il-ġurnata Chelsea kienu ffirmaw lil Fernando Torres għas-somma rekord sa dak iż-żmien fl-Ingilterra ta' £50 miljun, waqt li Liverpool kienu nefqu din l-istess somma u ftit aktar biex akkwistaw lil Andy Carroll u Luis Suarez. Iżda waqt li Luis Suarez kellu esperjenza meraviljuża mar-Reds, qabel ħallihom biex ingħaqad ma' Barcelona, mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Andy Carroll. Dan hekk kif dan l-attakkant Ingliż li llum qed jilgħab ma' West Ham United u bħalissa qed isofri minn injury, skorja biss sitt gowls bil-flokk ta' Liverpool iżda jibqa' msemmi għall-fatt li kien skorja l-gowl tar-rebħa kontra r-rivali eterni ta' Everton fis-semi-finali tal-FA Cup kontra Everton fl-2012. 3. Rio Ferdinand – Minn ma' Leeds United għal ma' Manchester United - £30 miljun Dan huwa wieħed mill-aktar trasferimenti kontroversjali f 'din il- lista. Rio Ferdinand jibqa' l-aktar difensur li sewa flus għal 12-il sena sħaħ wara li ffirma ma' Manchester United. Is-somma ta' £30 miljun li r-Red Devils ħallsu lil Manchester United biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu tista' titqies bħala waħda ferm tajba għat-tim dak iż-żmien immexxi minn Sir Alex Ferguson, hekk kif l-istess plejer kellu rwol fundamentali għal wieħed mill-aktar perjodi ta' suċċes fl-istorja ta' Manchester United. Dan hekk kif bil-flokk tar-Red Devils huwa rebaħ xejn inqas minn sitt Kampjonati Barclays Premier fl-Ingilterra, il- UEFA Champions League waqt li kien nominat ukoll għall-ħames darbiet fil- PFA Team of the Year. Dan qabel ma ngħaqad ma' Queens Park Rangers wara li kien skadielu l-kuntratt mar-Red Devils. Minn dak iż-żmien 'l hawn huwa rtira mix-xena tal-futbol. 4.Luke Shaw – Minn ma' Southampton għal ma' Manchester United - £30 miljun Luke Shaw kellu staġun inkredibbi ma' Southampton lura fl- istaġun 2013/14. Dan minħabba l-fatt li matul dan l-istess staġun huwa kien iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż, iżda kien nominat ukoll fil- PFA Team of the Year. Manchester United kienu tassew impressjonati bit-talent ta' dan il-plejer żagħżugħ u ffirmaw lil dan il-plejer li huwa prodott tal-akkademja tas-Saints għas-somma ta' £30 miljun. B'hekk Luke Shaw sar l-aktar player teenager li qatt sewa flus, u għalkemm huwa kellu l-ewwel staġun diffiċli f 'Old Trafford, meta wieħed iqis il-fatt li huwa għad għandu biss 20 sena, m'hemmx dubju li dan id-difensur għandu futur mill-isbaħ quddiemu. 5. Wayne Rooney – Minn ma' Everton għal ma' Manchester United - £27 miljun Ħadd ma jista' jinsa l-gowl spettakolari li Wayne Rooney meta kien għad kellu biss 16-il sena kien skorja kontra Arsenal bil-flokk ta' Everton, biex Everton kienu ħarġu rebbieħa u temmew serje ta' 30 logħba għall- Gunners mingħajr ma jiġu megħluba. Ma setax jonqos li Sir Alex Ferguson, dak iż-żmien maniġer ta' Manchester United kien ukoll impressjonat bit-talent ta' dan il-plejer, u ma tantx dam biex ikkonvinċa lill-bord tar-Red Devils biex jakkwista s-servizzi ta' Wayne Rooney għas- somma ta' £27 miljun. Meta Wayne Rooney ingħaqad ma' Manchester United huwa kien għad kellu biss 18-il sena, iżda mal-ewwel beda jimpressjona bil-flokk tar-Red Devils meta propju fid-debutt tiegħu ma' dan it-team fil-UEFA Champions League, huwa kien skorja hat-trick kontra t-team Tork ta' Fenerbahce. Minn dak iż-żmien 'l hawn dan il-player rebaħ numru konsiderevoli ta' unuri kemm individwali kif ukoll bħala tim mar-Red Devils, u meta għaddew xejn inqas minn 11-il sena miż-żmien li huwa ħalla lil Everton biex ingħaqad ma' Manchester United, huwa għadu meqjus bħala wieħed mill-elementi Raheem Sterling meta ġie ppreżentat bħala plejer ġdid ta' Manchester City Andy Carroll jiċċelebra ma' Luis Suarez wara li skorja l-gowl rebbieħ għal Liverpool fis-semi finali tal-FA Cup kontra Everton fl-2012 Rio Ferdinand ma' Alex Ferguson meta ġie ppreżentat bħala plejer ġdid ta' Manchester United Luke Shaw muri l-karta l-ħamra waqt logħba ma' Manchester United Wayne Rooney jiċċelebra wara li rnexxielu jiskorja kontra l-eks klabb tiegħu, Everton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015