Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 Combined consumption (l/100 km): from 3 to 5.6. CO 2 emissions (g/km): from 79 to 129. NEW PEUGEOT 208 AWAKEN YOUR INNER ENERGY Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2123 8854 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com Peugeot Malta www.peugeot.com.mt 1063. Peugeot - 208 Ad - 18x5.indd 1 04/08/2015 17:13 ILBIERAĦ għall-ħabta ta' nofsinhar infetħu bibien is- sema u beda nieżel dulluvju ta' ilma mis-smewwiet, f 'dik li tista' titqies bħala l-ewwel maltempata kbira minn żmien ir-rebbiegħa lil hawn. Il-maltempata tal-bieraħ mhix xi waħda wisq barra minn żmienha tant li fil-lingwaġġ relatat mat-temp, f 'Malta nsemmu 'l-għerejjex ta' Santa Marija'. Għerejjex huma tip ta' sħab li ġeneralment jidhru fix-xahar t'Awwissu u jindikaw bidliet fl-ajru, bil-maltemp jew xi xita tasal fuq pajjiżna għal ġranet li matulhom tkun qiegħda tiġi ċċelebrata l-Assunta. Minkejja x-xita tal-bieraħ iżda, kif inhu mistenni, is-sħana mhux talli jaf ma tbattix, imma probabbli tiqliel sakemm jasal ir-riħ isfel ta' Settembru. Xahar li fih l-ajru ta' dlik u s-sħana, li jkun beda jdejjaq lil kulħadd. Apparti r-ragħad u s-sajjetti fin-naħat tal-Kottonera, ffurmat tromba tar-riħ filwaqt li l-Imsida, bħal dejjem, spiċċat taħt l-ilma. Il-fotografu tal-Mediatoday Chris Mangion ġibed ftit mumenti mill-maltempata tal-bieraħ. Intant fi stqarrija l-Uffiċċju Metereoloġiku qal li l-maltemp ġie minn fuq il- Lvant ta' Malta, u minħabba l-baħar sħun, żviluppat maltempata bir-ragħad li espandiet lejn il-gżejjer Maltin. It-temp qed jimxi lejn il-Punent ta' Malta, u r-ragħad u x-xita kienu previsti li jkomplu sa tard matul il-lejl li għadda. Minkejja li l-maltempata kienet qasira, ix-xita niżlet b'intensità ta' 50 mm fis- siegħa. ... u infetħu bibien is-sema