Illum previous editions

illum 9 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 | illum 31 SPORTSillum plejers Ingliżi li qatt swew us prinċipali tat-tim immexxi mill-kowċ Olandiż, Louis van Gaal. 6. James Milner – Minn ma' Aston Villa għal ma' Manchester City - £26 miljun Sa minn meta ħa l-kontroll assolut ta' Manchester City lura fl- 2009 ix-Sheikh Mansour wera li ma tantx idum jaħsibha biex jonfoq il-miljuni u jakkwista plejers ta' fama u klassi mondjali, biex kif rajna f 'dawn l-aħħar snin ittrasforma lil Manchester City minn tim li jispiċċa l-istaġun lejn nofs il- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier League għal team li sena wara l-oħra jisfida għall-unuri kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Ewropa. Wieħed mill-akkwisti ewlenin li dan ix-Sheikh għamel tul l-aħħar snin m'hemmx dubju li kien dak ta' James Milner, li l-Blues akkwistawh mingħand Aston Villa għas-somma ta' £26 miljun. Minn dak iż-żmien 'l hawn James Milner stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-plejers ewlenin ta' Manchester City fejn għenhom biex jirbħu żewġ Kampjonati Barclays Premier u FA Cup, qabel ingħaqad ma' Liverpool fuq free transfer. 7. Adam Lallana – Minn ma' Southampton għal ma' Liverpool - £25 miljun Wara Luke Shaw, Adam Lallana huwa t-tieni prodott tal-akkademja ta' Southampton li rnexxielu jagħmilha mal-ewwel 10 f 'din il-lista. Wara li riċentament, eżattament fl-istaġun 2009/10, dan il-plejer kien għadu jilgħab fid-diviżjoni inferjuri tal-League 1, Adam Lallana, propju ma' Southampton għamel passi ta' ġġant 'il quddiem fil-karriera tiegħu. Huwa kellu wirjiet mill-aqwa ma' Southampton, u fil-fatt dan ġibed l-għajn tal-coach tat- team nazzjonali Ingliż, Roy Hodgson, meta sejjaħlu biex jifforma parti mill- iskwadra tal-Ingilterra fit- Tazza tad-Dinja tas-sena li għaddiet ġewwa l-Brażil. Liverpool, immexxija mill- manager bravu Brendan Rodgers nefqu s-somma ta' £25 miljun biex jakkwistaw lil dan il-player ta' nofs il-ground, qabel il-ftuħ tal-istaġun li għadda, u għalkemm Adam Lallana matul l-istaġun li għadda ma kellux xi staġun feliċi mat-team minn Anfield Road, meta wieħed iqis li dan il-player għad għandu biss 27 sena, m'hemmx dubju li l-kbir għadu ġej għal dan il-player! 8. David Beckham – Minn ma' Manchester United għal ma' Real Madrid - £24.5 miljun Dan huwa l-uniku trasferiment f 'din il-lista li jinkludi team li mhux ġej mill-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, hekk kif jinvolvi lill-ġganti Spanjoli ta' Real Madrid. Wara karriera mill-aqwa ma' Manchester United, David Beckham, ingħaqad ma' Real Madrid bħala l-aħħar akkwist meqjus bħala Galactico, wara li l-Los Blancos kienu diġà akkwistaw is-servizzi ta' plejers li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Ronaldo, Zinedine Zidane u Luis Figo. Meta wieħed iqis il- kalibru ta' David Beckham, wieħed forsi stenna li l-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż, ikollu wirjiet aħjar ma' Real Madrid, u jirbaħ aktar unuri bil-flokk tal-Galacticos. Dan hekk kif l-uniku unur li David Bechkam rebaħ bil-flokk ta' Real Madrid kien dak tar-rebħ tal-Liga Spanjola propju fl-aħħar staġun ta' David Beckham jilgħab ma' dan il-klabb, qabel ħalla Spanja biex mar jibda avventura ġdida fil-karriera mill-aqwa tiegħu ma' LA Galaxy fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. 9. Darren Bent – Minn ma' Sunderland għal ma' Aston Villa - £24 miljun B'Aston Villa f 'inkwiet serju li jiġu relegati mill-Premier għaċ- Championship, is-sid ta' Aston Villa, Randy Lerner, ħallas lil Sunderland is-somma ta' £24 miljun biex jakkwista lil Darren Bent bit-tama li dan il- plejer jiskorja l-gowls tant importanti biex iżomm lill-klabb mill-Midlands fil-Kampjonat Barclays Premier. U propju din it-tama saret realtà hekk kif wara li Darren Bent irnexxielu jsib ix-xibka fid-debutt tiegħu kontra Manchester City, l-istess attakkant prolifiku temm l-istaġun bħala l-aqwa scorer tal-istaġun, u dan wara li kien ingħaqad magħhom biss f 'Jannar. Disa' goals f '16 -il logħba minn Darren Bent ippermettew lil Aston Villa biex mhux talli evitaw ir-relegazzjoni, iżda talli spiċċaw lejn nofs il-klassifika. Madankollu, sfortuntament għal Aston Villa u għal Darren Bent innifsu, dan il-plejer qatt ma rnexxielu jerġa' jikseb dawn ir-riżultati mal-Villa, u ħalla lill-istess klabb biex ingħaqaq mat-tim inferjuri ta' Derby City fi tmiem l-istaġun li għadda. 10. Joleon Lescott – Minn Everton għal ma' Manchester City - £22 miljun Din il-lista tintemm permezz ta' Joleon Lescott, li ħalla lil Everton biex ingħaqad ma' Manchester City, lura fl-2009. Dan kien wieħed mill-ewwel trasferimenti mmexxija mis-sidien il-ġodda ta' Manchester City fejn dak iż-żmien kienu ingaġġaw plejers kbar u ta' klassi u fama mondjali fosthom Carlos Tevez, Kolo Tourè u Emmanuel Adebayor. Joleon Lescott kellu esperjenza mħallta ma' Manchester City, iżda kellu rwol ferm importanti fil-Kampjonat li rebħu Manchester City, lura fl-2012. Huwa ħalla lill- Blues biex ingħaqad mat-tim inferjuri ta' West Bromwich Albion permezz ta' free transfer fil-bidu tal- istaġun li għadda, u kien pedina importanti għat- tim immexxi mill-maniġer Tony Pulis. James Milner qabel logħba ma' Manchester City, li magħhom rebaħ żewġ kampjonati Adam Lallana jifraħ wara skorja kontra Crystal Palace David Beckham jifraħ wara gowl ta' Real Madrid ma' Luis Figo Darren Bent meta ġie ppreżentat bħala plejer ġdid ta' Aston Villa wara li ngħaqad magħhom mingħand Sunderland Joleon Lescott jiċċelebra ma' Gael Clichy wara li Manchester City rebħu l- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 August 2015