Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/553118
6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Awwissu 2015 Somalu arrestat waqt allegat stupru fuq Svediża RAĠEL Somalu ta' 19-il sena, ilbieraħ ġie arrestat u interrogat mill-pulizija wara li allegatament stupra tfajla Svediża fil-Gżira. Sorsi qalu lill-ILLUM li għall- ħabta tal-4:30 ta' filgħodu, persuna anonima ċemplet lill-pulizija biex tirraporta xi għajjat u kommossjoni fl- inħawi ta' Triq Gerry Zammit, il-Gżira. Fuq il-post, dlonk marru l-pulizija mid-distrett u dawk tar-Rapid Intervention Unit. Hemmhekk huma sabu lil raġel Somalu ta' 19-il sena u tfajla Svediża ta' madwar 21 sena, żewġ individwi li skont l-istess sorsi kienu jafu lil xulxin. Sussegwentement, il-mara Svediża qalet lill-pulizija li kienet ġiet stuprata miż- żagħżugħ Somalu, u għalhekk dan tal-aħħar ġie miżmum mill-Pulizija sakemm jiġi investigat il-każ. L-istess sorsi qalulna li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei iżda ġiet rilaxxata wara ftit ħin għax ma kellha l-ebda ġrieħi għajr għal qatgħa żgħira fuq subgħajha. Din il-gazzetta hija infurmata wkoll li l-pulizija qed janalizzaw xi filmati minn kameras ta' sigurtà fl-inħawi u ġew mistoqsija wkoll bosta sidien ta' ħwienet tax-xorb li kienu jiġu ffrekwentati mill- mara Svediża. L-Ispettur Jason Francis Sultana qiegħed imexxi l-investigazzjoni filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. Tliet inċidenti f 'erba' sigħat PASSIĠĠIER żagħżugħ u tfajla ta' 20 sena lbieraħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li sofrew xi ġrieħi f 'inċident fis-sigħat bikrin ta' filgħodu – l-ewwel wieħed minn tlieta li seħħew f 'temp ta' erba' sigħat. L-ewwel inċident seħħ għall- ħabta tat-3:30am fi Triq is- Saqqajja, r-Rabat meta Ford Ka misjuqa minn tfajla ta' 20 sena, baqgħet dieħla f 'siġra. Ġuvni ta' 20 sena minn Ħ'Attard li inzerta kien passiġġier fil-karozza sofra ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieqa ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief. Siegħa u nofs wara l-ewwel inċident, propju fil-5:00am, il- pulizija u l-ambulanza assistew ġuvni ta' 23 sena minn Bormla wara li skidja bil-karozza u ħabat ma' siġra. Fuq il-post issejħu wkoll membri tal- Protezzjoni Ċivili wara li beda jaqbad il-bonnett tal-karozza taż-żagħżugħ. Fortunatament, il-ġuvni sofra ġrieħi ħfief biss. Intant, fit-7:45am, ġuvni li kien qed isuq karozza tat-tip Toyota Aygo sofra ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal- karozza tiegħu u ħabat waqt li kien qed isuq fid-direzzjoni tar-Rabat. Minkejja li l-karozza soffriet ħsarat kbar, il-ġuvni ma weġġax. Sustanza suspettuża u arma jinstabu fil-ħabs UFFIĊJALI tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabu erba' pakketti b'sustanza suspettuza u strument li jaqta' f 'waħda mid- diviżjonijiet tal-ħabs. B'rabta ma' dan il-każ sar rapport lill-pulizija tad- distrett li qegħdin jinvestigaw il-każ biex jittieħdu passi kriminali kontra żewġ residenti mill-Faċilità. Fi stqarrija intqal li din is sejba hija prova tal-ħidma sfiqa tal-uffiċjali tal-ħabs u tat-tisħiħ fil-ħidma tal- amministrazzjoni tal-Faċilità biex tiġġieled u trażżan id-dħul tad-droga fil-ħabs. Din tinkludi testijiet iktar frekwenti u intensifikazzjoni tal-użu tal-klieb tat-tfittxija li għadhom kemm temmew taħriġ intensiv. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Ritratt mill-Arkivji