Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 61 56 40 66 45 65 22 57 EMPIRE Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Valletta SAN Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera RATIONAL Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara ST. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix-Xatt, Gżira MARC Pharmacy, 92, Triq il- Mensija, San Ġwann EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta BROWN'S Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa THERESA Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla MEDICOR Pharmacy, Triq Carmelo Ritchie, Xgħajra GUDJA Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja PRESTIGE Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il- Kbira, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana JOYCE'S Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 23˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab għall- ewwel, li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għall-Grigal forza 2 għal 3 li jsir varjabbli BAĦAR: Ħafif IMBAT T: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 27 °C L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23 Ċ TEMP: Ftit imsaħhab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għal Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 kultant BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Sa 20ċ kull siegħa lill-aġenzija Tkompli minn paġna 1 LILLUM irraporta kif is-sorsi spjegaw li apparti minn dan kollu, il-ħaddiema kienu qed ikunu dikjarati bħala 'self- employed' biex b'hekk ma jingħatawx il-benefiċċji li huma intitolati għalihom. Jidher li dan l-abbuż qed ikun 'mgħotti' billi min iħaddem jiddikjara siegħat inqas milli fil-fatt l-impjegati jkunu għamlu u b'hekk ir-rata ta' ħlas fis-siegħa tkun tidher li hija aktar. Ħajt ta' omertà Minkejja l-informazzjoni li ngħatat, dan il-ġurnal għadu qed isib ħajt għoli ta' omerta' fil-każ kollu hekk kif bosta mill- ħaddiema Bulgari jħossu li m'għandhomx jitkellmu, anke jekk il-kundizzjonijiet li qed jitħaddmu bihom huma prekarji. Dan, l-aktar minħabba l-fatt li lura f 'pajjiżhom il-paga minima hija ta' 2.20 Lev (il-munita Bulgara) li hi ekwivalenti għal €1.12, li jfisser li dak li qed jaqilgħu hawn Malta, qabel ma jinqatgħu l-flus li jingħataw lill-aġenzija, jammonta għal €2.68 fis-siegħa aktar mill-paga minima tal-Bulgarija. Huwa fatt magħruf ukoll, speċjalment f 'ċerti żoni bħal San Ġiljan, Paceville, imma speċjalment f 'Buġibba u l-Qawra li dawn il-ħaddiema li qed ikunu sfruttati fil-prekarjat jiffrankaw l-ispejjeż billi jaqsmu l-kera ta' appartament b'madwar żewġ kmamar tas-sodda bejn sebgħa jew anke tmienja min-nies. Dawk li tkellmu magħna esprimew il-ħsieb tagħhom li l-problema mhix dwar il-fatt li qed jaħdmu persuni ta' nazzjonalità barranija, li qed ikunu mogħtijin pagi taħt il-paga minima nazzjonali, imma li l-abbuż qed jiddiskrimina kontra dawk li jridu jaħdmu skont kif stabbilit fil-liġi. Tifla ta' ħames snin fost erba' persuni l-Isptar wara inċident TIFLA ta' ħames snin kienet fost l-erba' persuni li ttieħdu l-Isptar wara inċident li seħħ fi triq Monsinjur Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi. It-tifla kienet ma' ommha f 'waħda mit-tliet karozzi li kienu nvoluti fl-inċident. Fil- karozza l-oħra, żgħżugħa ta' 28 sena flimkien ma' ommha wkoll spiċċaw l-Isptar filwaqt li s-sewwieqa l-oħra fit-tielet karozza ma ġralha xejn. Intant f 'inċidenti oħrajn matul il-jum tal-bieraħ, weġġgħu żagħżugħ ta' 20 sena minn San Pawl il-Baħar li spiċċa l-Isptar wara li nqaleb bil-vettura tiegħu fi Vjal Indipendenza fil-Mosta, u raġel ta' 35 sena mill-Kongo li baqa' dieħel bil-karozza f 'siġra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015