Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 33 SPORTSillum Kimberley Galea tibda avventura ġdida -Isquash -Ingilterra ILVJAĠĠ ta' Kimberley Galea fil-qasam tal-isquash beda meta kellha biss 10 snin. Kienet tattendi diversi coaching sessions ma' tfal tal-istess età tagħha, iżda meta bdiet tinteressa ruħha aktar f 'dan l-isport, bdiet ukoll tieħu lezzjonijiet individwali biex tkompli tipprogressa fih. Wara ftit, lagħbet l-ewwel tournament tagħha ġewwa Malta stess, fejn ġiet l-ewwel fil-kategorija tal-Under 13. Iktar tard fl-istess sena, ħadet sehem ukoll f 'tournament barra minn Malta, eżattament ġewwa l-Awstrija, fejn kienet l-ewwel darba li hija lagħbet barra minn pajjiżha. Wara dan, baqgħet tieħu sehem f 'diversi kompetizzjonijiet oħra kemm ġewwa Malta stess kif ukoll barra minn Malta, bħall-Polonja, fejn ġiet fir-raba' post, fl-Isvizzera fejn spiċċat fid-disa' post, fil-Lussemburgu fejn kisbet l-ewwel post, fi Newcastle fl- Ingilterra fejn ġiet it-tieni, u ġewwa Wales fejn ġiet ir-raba'. L-ogħla ranking fl-Ewropa li qatt kienet fih kien l-24 post. Sadanittant, Kimberley kompliet ukoll tieħu sehem ġewwa tournaments nazzjonali, fejn b'kollox baqgħet Junior National Champion tal-kategoriji tagħha għal ħames snin konsekuttivi sa issa waqt li pparteċipat fil-kategorija tan- nisa u s-sena l-oħra spiċċat fit-tielet post u din is-sena fit-tieni post. Bħalissa qed tiġi mgħallma minn Brad Hindle Deguara. Brad Hindle rebaħ aktar minn 30 tournaments fil- qasam tal-isquash u jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti tal-Isquash. Rebaħ ukoll żewġ medalji tad- deheb fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar, u ħa sehem fil- Commonwealth Games u fil-European Team Championships. Kimberley ingħaqdet ukoll mat-tim nazzjonali Malti tan-nisa tal-isquash, fejn telgħu ġewwa l-Olanda għall-European Team Championships fit-Tielet Diviżjoni u rebħu l-ewwel post. Kellha l-privileġġ ukoll li tieħu sehem fil- Commonwealth Games li saru ġewwa Glasgow fl-Iskozja, fl-2014, fejn tabilħaqq din kienet waħda mill-aktar esperjenzi sbieħ ta' ħajjitha u li impossibli tinsiha. Attendiet ukoll għal diversi squash camps ġewwa l-Ingilterra, fosthom ġewwa Millfield School f 'Somerset u ġewwa Birmingham University. Kisbet ukoll coaching course tal-ewwel livell rikonoxxut mill-Ewropa sabiex tkun tista' tgħallem dan l-isport tant għal qalbha lil nies oħrajn, waqt li rebħet unur personali fl-MOC Sports Awards. Kimberley Galea se tkun qiegħda tieħu sehem ukoll fil-Youth Commonwealth Games f 'Settembru li ġej, li se jsiru ġewwa Samoa. Għal dawn is-sentejn li ġejjin, hija se tkun qiegħda tistudja, kif ukoll tingħaqad mat-tim tal-isquash ta' skola li tinsab ġewwa l-Ingilterra, bl-isem ta' Millfield School. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Kimberley xtaqet tirringrazzja lil kull min għenha sabiex il-karriera tagħha fl-isquash tirnexxi, b'mod speċjali lill-ġenituri, familjari u ħbieb tagħha, kif ukoll lill-kowċ tagħha Brad Hindle Deguara, u lill-MOC u KMS li juru wkoll is- sapport tagħhom u dejjem jinkoraġġuha sabiex tkompli miexja 'l quddiem fl-isport u fl-edukazzjoni. Kimberley Galea fl-azzjoni Christian Schembri jirbaħ żewġ taqbidiet f '4 ġimgħat b'mod impressjonanti IXXAHAR ta' Lulju kien wieħed impenjattiv u pożittiv ħafna għall-boxer Christian Schembri fejn ikkompeta u rebaħ darbtejn f 'temp ta' erba' ġimgħat kontra l-boxer Ingliż Ryan Dibley fl-avveniment 'Reloaded' li kien organizzat minn Prizeboxing Promotions, u fl-avveniment 'The Real McCoy' ta' TenCount Promotions kontra l-boxer lokali Nur Naffouri, b'din tal-aħħar tkun għat-titlu ta' Champion Nazzjonali. Dawn it-taqbidiet kienu mistennija minn Christian Schembri nnifsu għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-avveniment 'Reloaded' tat-3 ta' Lulju kien wieħed mill-akbar xows li qatt ġew organizzati f 'Malta, b'attendenza ta' partitarji li kienet mal-2,000 ruħ, allura Christian kien ħerqan li jikkompeti fih u juri l-abilità tiegħu quddiem daqstant nies. Fl-avveniment ta' wara 'The Real McCoy', Cristian kien jaf li kien se jiġġieled kontra boxer ta' kwalità lokali għat-titlu nazzjonali, allura l-motivazzjoni tiegħu kienet għolja ħafna. Il-preparazzjoni tiegħu għal dawn it-taqbidiet, bħas-soltu kienet waħda mill-aqwa, bil-għajnuna tal-kowċ tiegħu Super Steve Martin u l-kowċ tal-istrength and conditioning Clayton Gatt, u sparring partners mill-aqwa f 'Tyrone 'El Terribile' Borg u Richard 'The Viper' Vella. Barra minn dan, sħabu kollha l-oħrajn li jittrenjaw fil-'Fight Factory', dejjem ikunu ta' għajnuna kbira għalih. Christian Schembri rebaħ dawn iż-żewġ ġlidiet b'mod impressjonanti u deċisiv. Kontra l-boxer Ryan Dibley, it-taqbida kienet skedata għal erba' rawnds ta' żewġ minuti. Christian ħareġ mill-bidu aggressiv ħafna, iżda xorta waħda baqa' kalm, u baqa' jiġġieled bi stil offensiv u ritmu għoli għal erba' rawnds sħaħ, fejn saħansitra Dibley beżaq il-mouth guard minn ħalqu darbtejn biex jistrieħ, u fl-aħħar rebaħ it-taqbida bil-punti. Kontra Naffouri, il-ġlieda kienet skedata għal sitt rawnds, peress li kienet għat-titlu nazzjonali, u bil- parir tal-kowċ Steve Martin ġiet implimentata strateġija differenti. Fl-ewwel rawnd ħareġ iktar bil-mod, fejn Christian studja l-movimenti tal-avversarju tiegħu biex jara x'joffri. Fit-tieni rawnd imbagħad beda jmur aktar fuq l-offensiva, u mit-tielet rawnd 'l hemm kompla jgħolli r-ritmu tal-offensiva tiegħu, u jiskorja aktar punti bid- daqqiet tiegħu biex ma jħallix dubju f 'għajnejn il-ġudikaturi fuq min kellu finalment jirbaħ il-ġlieda. Dan il-pjan irnexxa, u b'hekk Christian Schembri rebaħ it-titlu nazzjonali l-ġdid. Wara ftit mistrieħ u ċelebrazzjoni tar-rebħ ta' dawn iż-żewġ taqbidiet, Christian mill-ewwel reġa' nieżel il-Fight Factory biex jibda jitħarreġ taħt il-gwida ta' Super Steve Martin, biex jippreparaw għall- Malta Boxing Association Championships li se jsiru fis- 26 ta' Settembru li ġej, ġewwa l-Kottonera Sports Complex. F'dan l-avveniment se jkun hemm ukoll ġlieda mill-aqwa, fejn Tyrone 'El Terribile' Borg se jiġġieled kontra 'Super' Scott Dixon għat-titlu professjonali Mediterranju tal-World Boxing Council. Għal aktar informazzjoni jew tqassim ta' biljetti għal dawn il-Kampjonati, wieħed jista' jċempel lil Christian Schembri stess fuq in-numru tal-mobile 79311928. Dawn iż-żewġ rebħiet ma kinux ikunu possibli għall-boxer prolifiku Malti Christian Schembri, mingħajr l-għajnuna tal- kowċ Super Steve Martin, il-Manager Demis Tonna, u l-isponsors tiegħu li huma Browns' Kitchen - Valletta Waterfront, Michael's Butcher tal-Ħamrun u Don Michele Italian Fashion. Ta' dan Cristian Schembri xtaq jirringrazzjahom minn qalbu flimkien mat-tim kollu tal- 'Fight Factory Home of Champions'. Christian Schembri fl-azzjoni kontra l-boxer lokali, Nur Naffouri Ritratt - Paul Zammit Cutajar Ritratt - Expose Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015