Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 29 SPORTSillum Keith Galea jerġa' jikser ir-rekord tiegħu stess IĊCHAMPION ta' Malta tat-Triathlon Keith Galea reġa' kkonferma l-istat ta' forma brillanti tiegħu hekk kif reġa' kiser ir-rekord tiegħu stess fil-korsa ta' Birżebbuġa fejn saret it- tieni tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Traithlon Series nhar id-9 ta' Awwissu. Galea beda l-fażi tal- għawna b'saħħtu ħafna, hekk kif għamel id- distanza ta' 750m fl-aqwa ħin tal-ġurnata u l-aqwa ħin personali tiegħu ta' 10.14. Huwa kien segwit minn sieħbu tal-istess tim, Graham Borg. Minuta wara, kien l-eks Champion ta' Malta, ħu Keith, Dermot Galea, li ħareġ mill-ilma fit- tielet post f 'ħin ta' 11.15. Fuq ir-rota, Keith Galea, baqa' fuq quddiem tul l-20km kollha. Huwa beda jżomm pass tajjeb ħafna hekk kif irreġistra l-aħjar ħin personali tiegħu fuq il-korsa tar-rota ta' 31 minuta u 15-il sekonda biex daħal l-ewwel fit-tranżizzjoni. Wara li biddel b'ħeffa liema bħalha, Galea, beda l-5km ġirja b'pass tajjeb u b'saħħtu ferm, biex kompla jżid il-vantaġġ tiegħu. Konxju mill-fatt li seta' jerġa' jikser ir- rekord tiegħu stess huwa għamel l-almu tiegħu sal-aħħar biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin rekord ta' 1.00.54. Huwa wkoll irnexxielu jirreġistra l-aqwa ħin tal-ġurnata fil-ġirja ta' 18.15. Graham Borg ta' Birkirkara St Joseph reġa' spiċċa fit- tieni post f 'ħin ta' 1.02.42. Fabio Spiteri tal-Agones S.C. irnexxielu jegħleb l-isfida ta' Dermot Galea, biex spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 1.04.50 Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu. Il- fatt li reġa' kiser ir-rekord tal-korsa juri li jinsab f 'forma tajba. Huwa qal li ħass il-benefiċju tat-taħriġ li għamel ġimgħa qabel ġewwa l-Polonja. Huwa saħaq li jista' jmur aħjar fil-korsa biex ikompli jnaqqas il-ħin. Huwa xtaq jirringrazzja lill-kowċis tiegħu Dermot Galea u Catalin Stan u lill- isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, Starbene 24/7, Mochika Outdoor life, DGtri.com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lill-Kunsill Malti għall- Isport tas-sapport kontinwu tagħhom lejh. Keith Galea -azzjoni, l-korsa ta' Birzebbuġa Marc Marquez jikser ir-rekord tiegħu stess u jirbaħ il-pole ta' Silverstone MARC Marquez kiser ir- rekord tal-pole tiegħu stess u li kien kiseb sentejn ilu, meta lbieraħ kiseb il-pole position ta' Silverstone fl-Ingilterra. Huwa temm qabel Jorge Lorenzo li qed ikollu staġun mill-aqwa, iżda lbieraħ spiċċa fit-tieni post, kif ukoll qabel sieħbu fuq Honda, Dani Pedrosa li temm fit- tielet post. Is-sewwieq Taljan Valentino Rossi li flimkien ma' Jorge Lorenzo u Marc Marquez qed jiġġieled għar-rebħ tat-titlu finali ma tantx impressjona lbieraħ hekk kif temm biss fir-raba' post. Diżappunt ieħor ilbieraħ wasal miż-żewġ sewwieqa ta' Ducati, Andrea Iannone u Andrea Dovizioso li temmew biss fid-disa' u fit-12- il post rispettivament. Intant, din hia l-gradwatorja tas-sewwiqa skont kif se jkunu qed jibdew illum, flimkien mal-ħin li rnexxielhom jiksbu lbieraħ fiċ-ċirkwit ta' Silverstone, fl-Ingilterra: Poż. Sewwieq Tim Mutur Ħin 1 Marc Marquez Honda Honda 2m00.234s 2 Jorge Lorenzo Yamaha Yamaha 2m00.522s 3 Daniel Pedrosa Honda Honda 2m00.716s 4 Valentino Rossi Yamaha Yamaha 2m00.947s 5 Pol Espargaro Tech 3 Yamaha 2m01.031s 6 Bradley Smith Tech 3 Yamaha 2m01.140s 7 Scott Redding Marc VDS Honda 2m01.329s 8 Cal Crutchlow LCR Honda 2m01.376s 9 Andrea Iannone Ducati Ducati 2m01.874s 10 Aleix Espargaro Suzuki Suzuki 2m01.880s 11 Yonny Hernandez Pramac Racing Ducati 2m01.894s 12 Andrea Dovizioso Ducati Ducati 2m01.979s 13 Maverick Vinales Suzuki Suzuki 2m02.016s 14 Stefan Bradl Aprilia Gresini Aprilia 2m02.657s 15 Loris Baz Forward Racing Yamaha Forward 2m02.677s 16 Jack Miller LCR Honda 2m02.697s 17 Hector Barbera Avintia Racing Ducati 2m02.784s 18 Danilo Petrucci Pramac Racing Ducati 2m02.800s 19 Eugene Laverty Aspar Honda 2m02.894s 20 Alvaro Bautista Aprilia Gresini Aprilia 2m02.908s 21 Nicky Hayden Aspar Honda 2m02.946s 22 Mike Di Meglio Avintia Racing Ducati 2m03.641s 23 Claudio Corti Forward Racing Yamaha Forward 2m03.789s 24 Karel Abraham AB Motoracing Honda 2m04.133s 25 Alex de Angelis IodaRacing Project ART/Aprilia 2m04.304s Marc Marquez -azzjoni ċ-ċirkwit ta' Silverstone -Ingilterra, ilbieraħ waqt il-pole position li rnexxielu jirbaħ