Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 L-eks-Prim Ministru u President Emeritus Eddie Fenech Adami jsofri minn attakk tal-qalb L-eks-Prim Ministru u President Emeritus Eddie Fenech Adami ilbieraħ lgħaxija ddaħħal l-Isptar wara li sofra minn attakk tal-qalb ħa f. Huwa kien qed igawdi l-ġurnata fuq dgħajsa imkien ma' ibnu Beppe meta f 'daqqa waħda ħass uġigħ f 'sidru. Sussegwentement huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien sofra minn attakk tal-qalb ħa f. Din mhux l-ewwel dar- ba li Fenech Adami kellu problemi f 'qalbu, l-fatt -2011 kellu jagħmel operazzjoni maġġuri f 'qalbu. Eddie Fenech Adami għandu 81 sena. Jitwieldu l-ewwel spanjuletti f 'Malta wara erba' snin ILBIERAĦ kienet ġurnata speċjali għax minflok smajna dwar mewt ta' għasfur, smajna dwar twelid. U kien twelid pjuttost speċjali hekk kif wara erba' snin twieldu tlett ifriegħ ta' spanjulett. L-ispanjulett huwa tip ta' għasfur komuni ħafna fl- Ewropa u ġej mill-familja tal-falkuni. Bħala għasfur l-Ispanjulett huwa migrant komuni u regolari. L-aktar li jidhru fuq pajjiżna jkun fix- xhur ta' Settembru u Ottubru kif ukoll fl-ewwel żmien tar-rebbiegħa, għalkemm xi wħud jibqgħu hawn għax- xhur tax-xitwa. Il-bejta tal-għasfur li nstabet f 'Għawdex inżammet sigrieta biex l-għasfur ikun protett. Il-bejta kienet taħt is-sorvelja kontinwa ta' Birdlife Malta filwaqt li r-resident Għawdxi li sab il-bejta kellu ċ-ċans li jiġbed filmat tal-għasafar jitwieldu. Wara t-twelid ta' dawn l-għasafar, il-ġenituri tagħhom temgħuhom sakemm l-ispanjuletti kienu kapaċi jibdew itiru. Nicholas Barbara mill-Birdlife wera ruħu sodisfatt għat- twelid ta' dawn l-ispanjuletti u spjega kif l-attentati biex l-ispanjuletti jibdew ibejtu fil-pajjiż jista' jkun li bdew iħallu l-frott. "Hemm ċans li dan it-tajr tal-priża jerġa' jistabilixxi lilu nnifsu, dejjem sakemm ma jkunux fil-mira ta' kaċċa illegali. Nisperaw li dawn l-għasafar jibqgħu jiġu lura f 'pajjiżna biex jgħammru", temm jgħid Barbara. L-għasfur tat-tip Spanjulett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015