Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 25 L-ewwel rebbieħ tal-iPad mini 3 mal-BOV MARTIN Calleja huwa l-ewwel card holder tal- Bank of Valletta li rebaħ grazzi għall-kampanja tal-BOV Kards għas-sajf. L-ewwel minn tliet iPad mini 3 intrebaħ minn klijent tal-Bank of Valletta li uża l-karta ta' kreditu tiegħu biex jagħmel pagament. Din il-kampanja ser tibqa' għaddejja sal-31 ta' Awwissu 2015. L-iPad mini 3 ġie ppreżentat lis-Sinjura Calleja li ġabret ir-rigal f 'isem żewġha, minn Michael Galea, Chief Electronic Banking Officer tal-Bank of Valletta. Aktar informazzjoni, inkluż it-termini u l-kundizzjonijiet ta' din il- kampanja jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Bank www.bov. com , jew billi ċċempel lill-BOV Customer Service Centre fuq 21312020 jew minn kwalunkwe fergħa tal-Bank. Mapfre Middlesea u MSV Life b'uffiċċju ġdid f 'Ħal Luqa MAPFRE Middlesea u MSV Life ħabbru l-ftuħ ta' Uffiċċju Reġjonali ġdid f 'Ħal Luqa. L-uffiċċju jinstab f 'Magri Autocare Building, Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Dan l-uffiċċju huwa f 'konformità mal-istrateġija ta' distribuzzjoni tal-kumpanija, li tkabbar il-firxa ġeografika tal-uffiċini tagħha sabiex tkun tista' taqdi aħjar il- bżonnijiet tal-klijenti. L-Uffiċċju Reġjonali ta' Ħal-Luqa se jipprovdi għażla ta' prodotti u servizzi ta' assigurazzjoni, fejn tim speċjalizzat se jassisti lill- klijenti fir-rigward ta' prodotti ta' protezzjoni, tfaddil, investimenti u rtirar. Fl- uffiċċju hemm ukoll il-faċilità ta' surveying f 'każ ta' klejms fuq karozzi. L-uffiċċju huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00 sal-17:00. F'Awwissu, il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit- 8:00 sas-13:00. Is-sur Fernando Docampo, Assistent General Manager ta' Mapfre Middlesea qal, "Ninsabu kburin li se nżidu Uffiċju Reġjonali ieħor. Il- kumpanija qiegħda kulma tmur tissaħħaħ u issa qegħdin ukoll insiru iktar aċċessibbli. Dan l-uffiċċju għalina hu pass ieħor importanti fil-ħidma kontinwa tagħna sabiex dejjem intejbu s-servizz tagħna u noqorbu iktar lejn l-eċċellenza, xi ħaġa li se nkomplu ninvestu fiha fil-futur qarib." Mapfre Middlesea għandha żewġ uffiċini reġjonali oħra f 'Malta, wieħed ġewwa l-lokalità ta' Birkirkara u ieħor fil-Furjana, kif ukoll network ta' intermedjarji madwar Malta u Għawdex. Mapfre Middlesea hi l-kumpanija ewlenija tal- assigurazzjoni f 'Malta u ilha topera għal iktar minn 30 sena. Il-kumpanija tifforma parti mill-Grupp Internazzjonali tal- assigurazzjoni MAPFRE. Għal iktar informazzjoni żur is-sit www.middlesea.com, ibgħat email fuq mapfre@ middlesea.com jew ċempel fuq 25694700. Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) hi awtorizzata mill-Awtorita ta' Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi Negozju kemm għat- Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni. COM 13072015 941 DHL Express ikkonfermat imsieħeb tal-loġistika tal-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona ta' Malta GĦATTIENI sena konsekuttiva, DHL Express ġie maħtur l-imsieħeb uffiċjali tal-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona ta' Malta (MMOC). Dan il-ftehim ikopri tlett avvenimenti: il-Ladies Running Club, li hi tiġrija ta' 10 km li se ssir nhar il-Ħadd, 11 ta' Ottubru; l-Urban Jungle Mdina 2 Spinola Xmas Road Race li se ssir nhar il-Ħadd, 20 ta' Diċembru; u l-Vodafone Malta Marathon 2016, li se ssir nhar il-Ħadd, 28 ta' Frar. DHL Express se jipprovdu għajnuna lill-organizzaturi f 'aspetti kollha tal-loġistika tat-tiġrijiet, fosthom li jwasslu l-midalji mill- manifatturi fil-Lvant Imbiegħed, iwasslu t-tagħmir biex iżommu l-ħin waqt it-tiġrijiet, u numru ta' vannijiet biex jgħinu fil- loġistika qabel u matul it- tiġrijiet, fosthom li se jġorru l-ħwejjeġ tal-atleti minn fejn tibda' t-tiġrija fl-Mdina sa fejn tispiċċaw waqt li jkunu qegħdin isiru t-tiġrijiet. Kif għamlu s-sena l-oħra għall-ewwel darba f 'Malta, kutri tad-DHL se jingħataw lill-atleti kif jaslu fi tmiem l-Urban Jungle Mdina 2 Spinola Xmas Road Race u l-Vodafone Malta Marathon 2016. "Konna sodisfatti mmens bil-livell għoli ta' professjonaliżmu ta' DHL Express waqt l-avvenimenti kollha li fihom taw il- kompetenza loġistika tagħhom f 'dawn l-aħħar 12-il xahar. Tant hu hekk li nixtiequ nerġgħu ingawdu minnha din is-sena," qal is-Sur Joe Micallef, Direttur tat-Tiġrija tal-Maratona ta' Malta. Is-Sur Charles Schiavone, DHL Express Country Manager, Malta, qal li dan il-livell għoli ta' servizz lejn il-klijent biex b'hekk ikun sodisfatt għall-aħħar, hu kollox parti mix-xogħol ta' kuljum. "L-għan tagħna għal darb'oħra din is-sena se jkun li s-servizz tagħna jiġi integrat ma' dak kollu li l-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona ta' Malta u l-mijiet ta' voluntiera f 'dawn it-tiġrijiet biex kollox jimxi ħarir u dawn it-tiġrijiet ikunu ta' suċċess," żied jgħid. Applikazzjonijiet għall- Ladies Running Club tiġrija ta' 10 km huma miftuħa u jistgħu jiġu aċċessjati permezz ta' www.maltamarathon. com. Applikazzjonijiet għall-Urban Jungle Mdina 2 Spinola Xmas Road Race u l-Vodafone Malta Marathon tal-2016 jiftħu fl-1 ta' Ottubru u jistgħu jiġu aċċessjati fuq l-istess sit elettroniku. Charles Schiavone, DHL Express Country Manager, u d-Direttur tal-Maratona, Joe Micallef Michael Galea f 'isem BOV jippreżenta il-premju Il-fergħa ġdida ta' Mapfre Middlesea