Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 35 SPORTSillum plejers tal-basketball lokali Dan l-unur tal-Kampjonat li rbaħt ma' Virtus kien isbaħ u iktar difficli minn dawk li rbaħt fil-passat riċenti, fosthom ma' Athleta? Żgur li kien isbaħ u iktar diffiċli, għalkemm irbaħna l-ewwel tliet logħbiet tal-finali. Ċert li dan l- istaġun se nibqa' niftakru matul il-karriera tiegħi kollha tal-basketball. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali tal-basketball? S'issa rbaħna d-deheb mal-Under 18s u fis-sajf li għadda ġejna fit-tieni post fil-logħob tal-kbar. Naħseb li għadni ma stabbilizzajtx ruħi sew mat-tim nazzjonali tal-kbar, peress li hemm ħafna plejers li għandhom ħafna snin ta' esperjenza. Nispera li fil-futur inkun kapaċi nuri l-potenzjal tiegħi fin-nazzjonal. Kif sejrin bħala tim nazzjonali tal- basketball jew dan bhalissa jinsab wieqaf ? Bħalissa jinsab wieqaf għaliex mhux ser jittella' tim għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Islanda, matul dan ix-xahar. Plejer tal-kalibru tiegħek, ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Qatt ma kelli offerti biex immur nilgħab barra min Malta. Imma bħala plejer żgħir kienet fil- ħolma tiegħi li mmur nilgħab barra minn Malta. Madankollu, din qatt ma seħħet. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-President Pawlu Sultana? Sar progress enormi mill-MBA! Naħseb li Pawlu Sultana qiegħed jerġa' jġib il-basketball għal kif kien żmien ilu. Żgur li qed jagħmel l-almu tiegħu kollu rigward il-basketball lokali. Nafda ferm fil-President tal-MBA, u nixtieqlu kull suċċess li ħaqqu rigward dan. Naf li huwa persuna ambizzjuża ħafna u naf ukoll li jħobb ħafna l-logħba tal-basketball u li jridha timxi 'l quddiem fil-futur. Żgur li ħaqqu ħafna rispett! X'tikkumeneta fuq ir-riżorsi u l-courts li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Ifhem, aħna naqra limitati, imma jien nipprova dejjem nara l-pożittiv. Għadhom kif inbnew żewġ training courts vera sbieħ u naħseb li dan huwa progress fil-basketball lokali. Naħseb li peress li ma tantx hawn riżorsi fl-isports tagħna, huwa diffiċli biex nikkompetu ma' nazzjonijiet oħra. Imma xorta waħda nemmen li jista' jsir aħjar. Madankollu kuntent b'dak li għandna bħalissa. Il-media f 'Malta tagħti bizzejjed pubbliċità lill-basketball lokali? Sfortunament, ma naħsibx. Naħseb li jista' jsir iktar rigward coverage tal- media relatat ma' basketball lokali. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili ikun jista' jgħix esklussivament permezz tal- basketball? Ma nafx! Iżda, naħseb li hija xi ħaġa diffiċli ferm li ssir għalissa. Iktar hija faċli tagħmel hekk barra minn Malta. Min jaf, forsi xi darba din isseħħ! Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess uniku u rimarkabbli li rnexxielek tikseb ma' Virtus matul dan l-istaġun? Nixtieq ngħid grazzi lill-MBA u lill-assoċjazzjonijiet kollha. L-ewwel nett għaliex mingħajrhom ma nistax nilgħab il-logħba li nħobb. Nixtieq nirringrazzja wkoll lir-referis u li naf li xi kultant ikollhom battikata jirrefjaw fil-basketball lokali. Nirringrazzja wkoll lil sħabi kollha li nilgħab magħhom, għaliex għamilna staġun tal-ġenn flimkien. Ngħid grazzi wkoll lill-kowċ u lit-team manager, u fl- aħħar iżda mhux l-inqas lill-familja tiegħi, speċjalment lil missieri, għaliex naf kemm għamel sagrifiċċji għalija sabiex jien inkun nista' nilgħab dan l-isport. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. Il-basketball huwa sport li trid tagħmel ħafna sagrifiċċji għalih, imma naħseb li huwa wieħed mill-isbaħ sports li tista' tikkompeti fih. Nixtieq ngħid lil min għadu żgħir speċjalment, biex qatt ma jaqta' qalbu u li jibqa' jittrenja sakemm jilħaq l-ogħla potenzjal li għandu u li fl-aħħar mill- aħħar jagħti dak kollu li għandu fil- logħba tal-basketball innifisha! "Ma naħsibx li hawn kowċ ieħor bħal Paul Ferrante f 'Malta. Sibtni komdu nilgħab taħt ir-riedni tiegħu u bħala plejer jafdani wkoll" Twieled -1 ta' April 1992, f 'Tal-Pietà Minn meta kellu xi 11-il sena mill-ewwel beda jittrenja mal-klabb Depiro. Huwa plejer essenzjali ta' Virtus Cynergi, li ftit tal-ġimgħat ilu rebħu l-Kampjonat tal-irġiel tal-basketball. Mat-tim nazzjonali tal-basketball tal- Under 18's rebaħ medalja tad-deheb. Qed jistudja biex isir għalliem tal- Edukazzjoni Fiżika. Matul il-ġimgħa li għaddiet rebaħ il-Plejer tas-Sena ta' taħt it-23 sena. David Bugeja Ritratt: Chris Mangion