Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 GĦAJNSIELEM hi l-ewwel art li wieħed isib kif jinżel fil-port tal-Imġarr bl-isem ifisser 'Għajn ta' Salem'. Isem li ġej mill-Għarbi, meħud minn dik li kienet tinsab f 'ħalq Wied Simirat, il-wied li jispiċċa fil-Pjazza tad-Dehra fiċ-ċentru tar- raħal. L-Għajn ta' 'Hain Salem' li kienet il-bidu tar-raħal, hi marbuta wkoll mal-bini tal-knisja tal-istess raħal, tant li l-knisja u l-għajn huma magħqudin flimkien b'rabta tant intima li l-ħajja ta' dan ir-raħal, kemm storika, ċivili u reliġjuża taf il-bidu tagħha lilha. Anġlu Grech, imlaqqam 'Ta' Xini' minn Għajnsielem, devot kbir tal-Madonna, kien ta' kuljum jgħidilha r-rużarju, imqar waqt li kien ikun jaħdem fir-raba' tiegħu. Lejla waħda, x'ħin dalam waqt li kulħadd kien qed jistrieħ, Anġlu, kif kellu d-drawwa jagħmel, ħa l-bhejjem tiegħu biex jisqihom mill-għajn imsejħa 'Hain Salem'. F'daqqa waħda mehdi kif kien jisqi l-bhejjem, ġie maħsud minn dehra straordinarja, dehritlu Sinjura, liebsa l-abjad b'qagħda misterjuża, kellmitu u ordnatlu li jwaqqfilha statwa taħt it-titlu glorjuż ta' Loreto. Mhux biss, imma wrietu wkoll il-post fejn għandha titpoġġa din l-istatwa jiġifieri fl-istess lok li fuqu llum tinsab mibnija l-knisja parrokkjali. Bla telf ta' żmien, l-għada filgħodu, it-twajjeb Anġlu Grech fisser lil xi wħud id-dehra li kellu u l-ordni li tatu s-Sinjura. Ferħanin b'din l-aħbar u mingħajr ma qagħdu jitnikkru, in-nies għamlu ġabra bejniethom u ordnaw statwa tal-ġebel taħt it-titlu ta' Loreto u sakemm tlestiet l-istatwa, huma ħadu ħsieb jibnu niċċa biex fiha titpoġġa l-istatwa. Id-devozzjoni lejn il- Madonna ta' Loreto kibret maż-żmien, tant li darba fis-sena, b'data mhux fissa, bdiet issir festa ċkejkna. Fil- jum tal-festa, ir-Reverendu Kappillan tan-Nadur li f 'dak iż-żmien kien il-kappillan ta' Għajnsielem ukoll, kien jinzel bil-kleru kollu tiegħu u quddiem l-istatwa kien jagħmel fil-beraħ, għasar kantat u prietka taċ-ċirkostanza. Dawn id- devozzjonijiet damu jsiru għal żmien twil sakemm mal-bidu tas-seklu 19, in-nies ta' Għajnsielem iddeċidew li jibnu knisja ddedikata lil Madonna ta' Loreto, fl-istess post fejn kien hemm in-niċċa tal-Madonna magħmula minnhom żmien qabel. Fl-1920 inbniet il-knisja fejn għadha sal-lum. Kienet saret parroċċa fis-26 ta' Jannar 1855. Iżda fil-bidu tas-seklu 20 inbniet knisja oħra ġdida b'arkitettura Gotika, fejn l-ewwel ġebla kienet tbierket fl-24 ta' Settembru 1924. Il- Knsija ġiet imbierka fis-27 ta' Awwissu 1978 u kkonsagrata fit-18 ta' Awwissu 1989. L-istatwa tal-Madonna Fl-1920 fuq l-inizjattiva tal-Kappillan Mizzi u sħabu s-saċerdoti ta' dak iż-żmien, saret biċċa xogħol delikata ħafna fuq l-istatwa titulari tal-Madonna ta' Loreto li kienet ta' suċċess, dik tal- induratura tal-istatwa. Però, qabel l-istatwa ġiet indurata, kien hemm bżonn li jsiru xi modifikazzjonijiet. L-istatwa ma kinitx kif nafuha llum. Oriġinarjment, il-libsa tal- Madonna kienet lixxa, sħaba taħt riġlejha ma kellhiex, l-anġli kienu ftit aktar 'l isfel u affarijiet oħra li meta ġew mibdula, taw dehra isbaħ lill-istatwa. Din il-biċċa xogħol kienet saret minn Wistin Camilleri. L-istatwa ġiet meħuda Għawdex fuq id- dgħajsa tal-Latini Numru 10 ta' Salvatore Xuereb minn Ta' Pupull nhar is-26 ta' Awwissu 1920. Informazzjoni miksuba minn Antonella Grima Raħal sħiħ jgħajjat VIVA X-XEMX…..f 'nofs il-lejl Din hi festa differenti mill-oħrajn. Festa li fiha l-karatteristiċi tagħha u li ssibhom biss f 'Għajnsielem. Festa unika, fejn l-akbar pjazza f 'Għawdex tinbidel f 'belt taż-żgħażagħ, party kbir, għall-kbar, żgħażagħ u tfal, b'kull tip ta' ikel u xorb. Però jkolli nammetti li s-serata li ssir fit-tmiem tat- tridu l-Ġimgħa, ħallietni bla kliem. Serata unika msejħa bħala ta' Balzunetta bil-marċ jibda minn Triq l-Imġarr sa quddiem il-Knisja li bħalha ma rajt imkien fejn tidħol oriġinalità, speċjalment f 'lokalità fejn kulma jgħixu, huma madwar 3,000 persuna. Iżda hu fattur ukoll li għal din il-ġimgħa tal- festa jirritornaw mis-safar, l-emigranti Għajnselmiżi li kważi jġibu daqs kemm hemm jgħixu nies Għajnsielem. Jiġu mill-istati Uniti, Kanada u Awstralja fejn jipparteċipaw bil-kbir fil-festa tar-raħal, anke fejn tidħol għajnuna finanzjarja. Is-serata tibda bil-marċ Għajnsielem: Viva illum@mediatoday.com.mt John Busuttil • Il-qofol jintlaħaq bil-marċ tal-Balzunetta • Ajruplani minn fuq il-bjut għal fuq il-Knisja ad unur il-protetriċi tal-avjazzjoni • Kilometru drapp biex jintlibes minn madwar 600 persuna u 300 dulliegħa mimlijin alkoħol "Baħar ta' żgħażagħ Għajnselmiżi kollha lebsin mill-istess pezza drapp li tinġieb minn barra apposta ħalli ma jkunx hawn bħalha, min iħit qalziet, xorts, qmis u anke xi hair band" Il-vara tal-madonna ta' Loreto

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015