Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 23 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Persuna viċin tiegħek li int tafda ħafna u kważi taf kull qoxra mill-ħajja tiegħek u int tħoss li ma tgħaddix mingħajra, b'kumbinazzjoni ħa ssir taf li tgħir ħafna għalik. Issa x'se tagħmel? Se twaqqaf il-ħbiberija? Din ħa tkun sitwazzjoni diffiċli għalik, uża moħħok u mux qalbek. Aħseb bil-mod u ħu deċiżjoni. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 28 u 31. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Meta kont tfal, dejjem kont tħobb taqsam il- ġugarelli ma' ħaddieħor, imma issa wasal iż- żmien li tkun ftit egoist. Huwa mument li trid iżżom ċertu sitwazzjonijiet għalik biss. Mhux qed tagħmel xejn ħażin, tista' tispjega li m'intix tħossok komdu bħalissa imma bħalissa żomm lura milli taqsam kollox. Sib ftit ħin għalik waħdek u rrifletti. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April MMinħabba li din il-ġimgħa ħa tħoss xi prob- lemi finanzjarji jew xi problemi familjari, dan ħa jikkawża ftit monotonija li ħa tfixklek, però kif jasal il-Ħamis tibda ġej f'tiegħek. Mhux hekk biss, imma sorpriża fl-aħħar tal-ġimgħa tbiddel kollox madwarek. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 25 u 37. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Persuna madwarek fuq ix-xogħol qiegħda tkun tedjanti, u qiegħda ddejqek. Qed tagħmlek xi ftit nervuża imma trid tara kif tagħmel u tnaqqas it-tensjoni la dan ix-xogħol hu għal qal- bek. Tpaxxix u turi r-rabja li għandek għaliha. Mur għal għajna għax b'hekk biss tista' ssib tarf tagħha. Fil-ġimgħat li ġejjin, it-tensjoni ħa tonqos bejnietkom. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 25 u 37. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa hemm persuna li tixtieq ħafna li tiltaqa' magħha imma minħabba l-iskeda ffullata tiegħek, dan mhux itik spazju biex isir dan. Dan jista' jippermetti li int li ħa tkompli tikber u l-ħin tal-laqgħa ma' din il-persuna issarraf biex tingħata ris- posta għal aktar rispett li irid jingħata lilek. Il-karriera tiegħek qiegħda jum b'jum tinbidel, tikber u tagħmlek ispirazzjoni għal ta' madwarek. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 27 u 387. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Wara taqtiegħa ħarxa li int għaddejt minnha, issa ħa tibda tirifletti fuq il-karriera tiegħek u l-indipendenza tiegħek, fejn dawn ħa jkunu fundamentali. L-esperjenza tiegħek ħa tkun ak- tar rikonoxxuta. Finanzjarjament ħa tibda tissaħħaħ, però għaraf imxi fuq il-pariri ta' persuna ġenwina li dejjem kienet il-punt ta' gwida għalik. Apprezzaha! Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 13, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dawn il-jiem se tagħraf aktar fejn trid tmur fir-relazzjoni tiegħek mal-partner tiegħek. Is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra kif inhi. Wasal iż-żmien li jew tagħraf timxi u tkun aħjar, jew inkella ħu pożizzjoni u ħoll. Aħjar issa kif is-sitwazzjoni hi li hi. Però bħala Leo, tista' ssalva imma trid tagħmel bidla sew madwarek. Irrifletti sew! Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 22 u 36. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru It-talent tiegħek hu meħtieġ aktar din il- ġimgħa fejn int tista' tiggwida lil ħaddieħor lejn soluzzjoni u dan iġiblek aktar rispett li forsi dan l-aħħar kont tlift. Ħu ħsieb li ssib ħin biex tgawdi dak li int tħobb. Hemm bżonn li ssib ħin għal dawn il-gosti tiegħek. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 18, 28 u 40. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Iż-żmien qiegħed jagħmlek tagħraf ir-re- sponsabbiltajiet tiegħek. Għaraf kun aktar flessibbli u forsi wasal iż-żmien li int tifhem iżjed lil dawk ta' madwarek. Sib ħin aktar biex tagħraf aktar il- karriera tiegħek, li turi int min int u x'tixtieq għalik. Ħu ħsieb lil min tafda għax is-sriep madwarek qegħdin ifaqqsu aktar! Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Bħalissa qisek tlift il-kontroll tal-ħin. Tant għaddejjin ħsibijiet f 'moħħok li m'intix tlaħħaq ma' affarijiet oħra. Ħsibijiet żejda li għalissa ma tantx għandhom importanza, warra- bhom fil-ġenb u aħseb dwar dak li hu biss tal-mument. F'dan it-tmiem il-ġimgħa, fittex il-mistrieħ. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 23 u 35. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat- 22 ta' Diċembru Pass lejn aktar suċċess fil-ħajja tiegħek qiegħed jiġi imblukkat minn persuna li qa- bel kienet kollega tiegħek, imma llum qiegħda tagħmel l-ostakli. Int żomm il-kalma ħalli tagħraf taħseb aktar. Tagħmel l-ebda pass negattiv fid-direzzjoni ta' din il-persuna. Int se tkun innotat bit-talent tiegħek. Ibqa' miexi! Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 28 u 34. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Bħalissa, għaddej minn fażi ta' iktar respon- sabbiltà u dan trid tibqa' turih sal-aħħar ta' dak li ġie fdat lilek. Taqax fit-tentazzjoni li tieqaf! Persuna mill-passat tiegħek li trid tagħmel kuntatt miegħek, taf tkun fundamentali bħalissa. Għaraf imxi b'moħħok u tgħaġġilx. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 29 u 34. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.issis13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Tradiment bejn żewġ aħwa (2) Kien jum il-Ħadd meta jien u Luke kellna l-ewwel kuntatt fejn spjegali bir-reqqa l-istorja kollha u kien pront ammetta t-tradiment li hu għamel lil ħuh, ftit qabel ma missieru għadda għall-ħajja ta' dejjem billi mar għand in-nutar u bidel il-wirt. Biss għamel rimarka li kien parir ta' kollega tiegħu li hu ġie għandi għax kien xettiku ħafna dwar il-fenomenu tas-sopranatural, imma kien lest għal kollox. Il-pressjoni li jiġi għandi żdiedet hekk kif is-sitwazzjoni tan-negozju tiegħu bdiet sejra għall-agħar, tant li qalli li kien lest jagħlaq erbat iħwienet b'telf t'għajxien ta' ħaddiema. Wara kważi tliet siegħat nitkellmu, Luke aċċetta skeda ta' sessjonijiet sabiex nifhmu kif u għalfejn kien qed jiġri dan kollu. Waslet l-ewwel sessjoni u minn dak li ħareġ, kien jinħass li ħuh jinsab ferm iddispjaċut b'dak li għamel Luke fl-aħħar mumenti ma' missieru u permezz ta' dan, kien hemm bħal rabja ta' enerġija li kienet qiegħda tikkawża t-telf. Luke beda jitlef is-sabar waqt li qed nitkellmu għaliex it-telf kien għadu għaddej. Wara dawn il-bosta tentattivi, u wara meditazzjoni qawwija li kelli ma' ħuh, ġie deċiż li f 'għeluq ir-raba' sena ta' Michael fl- ispiritwalità, nagħmlu l-aħħar attentat. Wara t-tħejjijiet għal dak il-lejl, fejn flimkien ma' Luke konna lestejna stedina għal Michael biex jiggwidana jekk kienx se jaħfer lil ħuh jew le. Luke kien eċitat immens. Dan kien l-aħħar ċans għax ma tridx tibqa' tissikka, imma kont wiegħdtu li se nagħmel din is-sessjoni fil-preżenza tiegħu u b'dak kollu li nista', nieħu l-irwol tal-messaġġier ta' din il-kobba. Inġbarna flimkien għall- ħabta tal-ħdax ta' filgħaxija wara ġimgħa ta' preparazzjoni. Għal kważi sagħtejn sħaħ, ma kien hemm l-ebda ċaqliqa imma f 'daqqa waħda, l-enerġija ta' madwarna inbidlet kompletament u l-kamra bħal iffriżat. Luke beda jħoss il-bard, tant li kien se joħroġ imma tlabtu biex jibqa' akkost ta' kollox ħalli naqtgħuha. Bejni u bejn Luke, id-dawl tax-xemgħat tawna dawl hekk li ma tispjegahx, dawl li mhux possibbli li joħroġ minn ftit xemgħat. Waqt din il-meditazzjoni imma b'differenza, jien kelli dak il-kuntatt ma' Michael li kellha tkun ir-risposta għal Luke dwar x'kellu jagħmel, li għalija ma kinetx xi ħaġa li Luke ma kienx se jinjora. Michael xtaq dan, li ħuh jirritorna lejn il-ħajja Nisranija li kien abbanduna, u għal erba' snin, jagħmel quddies ta' tifkira għalih u għal missieru, jagħti karità lil xi kawża ġusta kull xahar, u l-iktar ħaġa importanti, dik li jagħraf li dak it-tradiment li wettaq, qatt ma jerġa' jiġri f 'xi forma oħra. Għaddew seba' xhur u Luke ġie għandi aktar trankwill, fejn qalli li n-negozju mhux talli reġa' rranka, imma talli kiber aktar u fehem kemm l-ispiritwalità hi madwarna u ta' gwida! Trid twassal ir-rakkont tiegħek? Mela ibgħat email lil PaulJon fuq pauljon.aquilina13@gmail.com jew ċempel għal appuntament fuq 99013600. Niltaqgħu u nitkellmu. Namaste!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015