Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

ikollhom żmien sabiħ." Spjega kif meta tagħtihom xi pakkett ħelu jew soft drink, tkun qisek tajthom lussu kbir u minkejja li mdorrijin fl-iktar stat ta' sempliċità, xorta waħda jaqsmu dak kollu li jkollhom ma' xulxin. Fil-fatt, irrakonta kif meta ddeċidew li jsajru għall- familja, għamlu l-hot dogs, li lanqas biss kienu jafu x'inhuma, il-familja naqqset mill-ikel għaliha biex tagħti ċ-ċans lil nies oħra tal-villaġġ biex iduqu dan l-ikel 'stramb' minħabba li kienet xi ħaġa ġdida għalihom. Jippruvaw itejbu ħajjithom Għalkemm huma jgħixu fis-sempliċità, huma konxji mil- lussu u l-kumditajiet li jeżistu 'il bogħod minnhom minħabba li huma ta' spiss esposti għan- nies bħal Jean Pierre li jmorru jqattgħu xi żmien magħhom. Fil-fatt, huma jistaqsu kif inhi l-ħajja 'l bogħod minn darhom u kienu kurjużi dwar affarijiet li għalina huma ovvji, bħal kif ikun ajruplan minn ġewwa u xi tħoss meta tkun qed ittir fl-ajruplan. Minbarra dan, il- familji rari joħorġu mill-villaġġ tagħom u meta jagħmlu dan, ikunu qed jimxu u għaldaqstant ma jmorrux wisq bogħod. Fil-fatt staqsew dwar diversi postijiet f 'pajjiżhom stess li huma ma kienu qatt raw, u li l-istess voluntiera kienu żaru. Jean Pierre irrakonta kif il- missier xtaq li l-flus li ngħatat il-familja talli akkomodawhom f 'darhom kienu sejrin għat- titjib f 'darhom u biex jagħmlu l-madum fid-dar u hekk ma jibqgħux bl-art bil-ħamrija. Sens kbir ta' sodisfazzjon Għalkemm hija klixè, Jean Pierre fisser kemm huwa minnu meta jingħad li meta tmur għal esperjenza simili, tmur bil-għan li tagħti, imma iktar tispiċċa tirċievi għaliex in- nies hemmhekk, fis-sempliċità tagħhom jgħallmuk iktar dwar il-ħajja minn kemm tista' titgħallem f 'kwalunkwe skola. Ħafna jgħidu li dawn in-nies ma jkollhom xejn u xorta waħda jkunu kuntenti, però Jean Pierre spjega kif hu ħass li iktar minn hekk, huma jippruvaw jiffukaw fuq il-pożittiv li għandhom f 'ħajjithom u jimxu b'mentalità li hemm soluzzjoni għal kull problema fid-dinja. Minħabba f 'hekk, ma jaqtgħux qalbhom minkejja l-limiti li tagħtihom il-ħajja. Jean Pierre temm jgħid li hemmhekk, wieħed jinsa l-problemi li jkollu u jinqata' mid-dinja, għalkemm mhux faċli li taqta' l-kuntatt kollu u titgħallem tgħix b'xejn. "Tgħix f 'aktar hena meta m'hemmx ħaddieħor iħares lejk u jiġġudika x'int tagħmel għax sirna skjavi tal-ħajja moderna." Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 9 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Advert part-financed by the European Union European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 24/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND INSTALLATION OF KITCHEN EQUIPMENT Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 14th September 2015 at 11.00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: Titbissem: Vjaġġ fil-Kenja "Tgħix f 'aktar hena meta m'hemmx ħaddieħor iħares lejk u jiġġudika x'int tagħmel għax sirna skjavi tal-ħajja moderna" Waqt waħda mil-lezzjonijiet li saru għat-tfal Jean Pierre flimkien ma' wħud mit-tfal tal-villaġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015