Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 31 SPORTSillum "Il-qalb, il-grinta u d-determinazzjoni se jsalvawna" - David Vella President Naxxar Lions HEKK kif ftit tal-jiem ilu Naxxar Lions ippreżentaw l-iskwadra l-ġdida tagħhom, intqal kif dan il-klabb affaċja numru ta' tibdiliet mill-istaġun li għadda hekk kif David Vella ġie maħtur bħala president, fejn ħa post Dione Drago, waqt li l-eks assistant coach Stefano Grima sar il-kowċ il-ġdid ta' dan il-klabb. Il-Lions iffirmaw lil Ishmael Grech mingħand Mosta, l-attakkant Arġentin Emiliano Lattes, li fil- passat riċenti lagħab ma' Msida SJ, Birkirkara, Sliema Wanderers, Ħamrun Spartans u St Andrews. Huma akkwista ukoll is-servizzi tad- difensur Taljan Luca Lodetti li riċentament lagħab ma' Marsaxlokk, kif ukoll lill-eks plejer ta' nofs il-grawnd ta' Mosta Armando dos Santos, iktar magħruf bħala 'Mandinho'. Huma akkwistaw lid- difensur Moses Gnenegbe, lill-attakkant mill-Benin Oussou Sidoine, lill- attakkant Awstraljan Richard Cardozo u lill- attakkant promettenti Amerikan Arya Haghighi. Intant, Terence Vella reġa' ngħaqad ma' Birkirkara, iżda Andrew Scicluna u David Fenech se jkompu jiffurmaw parti mill- klabb Naxxari. Waqt konferenza stampa li fiha ġiet ippreżentata l-iskwadra l-ġdida ta' Naxxar Lions, il-president ta' Naxxar Lions David Vella qal li dan l-istaġun se jkun qed iġib miegħu sfida kbira għat-tim tiegħu. Huwa rringrazzja lill-eks president Dione Drago hekk kif huwa saħaq li kien grazzi għalih li Naxxar Lions jinsabu fejn jinsabu llum il-ġurnata. Huwa qal li wara li l-klabb irnexxielu jżomm postu fil- Kampjonat BOV Premier, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb kienet tali li l-plejers barranin li kienu fuq il-kotba ta' Naxxar Lions matul l-istaġun li għadda, ma setgħux jibqgħu jinżammu. Fil-fatt, Pablo Doffo, Gilmar da Silva Ribeiro u Jorge Santos Silva fehmu s-sitwazzjoni finanzjarja preżenti tal- klabb u kellhom ifittxu klabb ieħor. Pablo Doffo ingħaqad ma' Senglea Athletic fl-Ewwel Diviżjoni waqt li Gilmar u Jorge Santos ingħaqdu maċ- champions Hibernians, bl-ewwel wieħed jingħaqad mal-Pawlisti b'self għal sena. David Vella qal li l-klabb ried jiffoka fuq il-plejer żagħżugħ tiegħu u kien propju għal din ir-raġuni, li ġie appuntat Stefano Grima bħala kowċ wara li kien serva bħala kowċ tat-tim tal-Youths u Head Coach tan-nursery. L-amminisitrazzjoni ta' Naxxar Lions saħaq li propju minħabba din l-esperjenza li Stefano Grima jippossjedi fis- settur tal-youths tal-Lions, huwa kien se joqgħod preċiżament fl-irwol ta' kowċ tat-tim tal-kbar ta' Naxxar Lions. Adrian Buttigieg ġie appuntat bħala l-assistant kowċ ta' Naxxar Lions, waqt li Jonathan Calleja se jkun il-head coach il-ġdid tan-nursery u se jkun qed imexxi wkoll lit-timijiet tal-Under 17s u l-Under 19s. Il-president ta' Naxxar Lions, David Vella, jinsab konxju li din mhux se tkun kampanja feliċi għat-tim tiegħu, fejn saħaq li anki meta Naxxar Lions kellhom aktar plejers stabbiliti, il-klabb irnexxielu jevita r-relegazzjoni bi żbrixx. Huwa saħaq li fil-ġurnata, it-tim tiegħu jista' jegħleb lil kull tim avversarju iżda wieħed irid jara kif se jkun l-andament tat-tim tul l-istaġun kollu, fejn ikkonkluda li l-plejers tiegħu jridu jiffukaw fuq "il-qlubija, il-ħeġġa u d-determinazzjoni." Intant, il-kowċ il-ġdid ta' Naxxar Lions Stefano Grima rringrazzja lill- president u lill-kumitat talli wrew fiduċja fih u talli tawh l-opportunità li jmexxi lil dan it-tim. Grima qal li din se tkun sena ta' tranżizzjoni għat-tim immexxi minnu hekk kif se tkun qed tiġi mgħoddija minn amministrazzjoni għall-oħra. Iżda, huwa tenna li Naxxar Lions se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex din it-tranżizzjoni tkun waħda li kemm jista' jkun ma tantx tinħass. Il-kowċ il-ġdid ta' Naxxar Lions Stefano Grima se jkun qed ifittex li ma tantx jagħmel tibdiliet fil-plejers Maltin tat-tim tiegħu, fejn l-uniku akkwist Malti li għamel huwa Ishmael Grech li se jkun qed jieħu post il-plejer internazzjonali Malti, Terence Vella. Huwa afferma li l-klabb fittex plejers li joqogħdu fil-pożizzjonijiet il-ġusti fl-iskwadra tiegħu. Naxxar Lions għandhom taħlita tajba ta' plejers ta' esperjenza flimkien ma' plejers żgħażagħ, fosthom numru ta' plejers ta' taħt id-19-il sena. Xejn inqas minn 12-il plejer fl-iskwadra Naxxarija huma home-grown. F'dak li għandu x'jaqsam ma' plejers barranin, Stefano Grima afferma li dawn huma ferm dedikati u integraw tajjeb ħafna mal-kumplement tal-plejers fl-iskwadra Naxxarija. Meta mistoqsi, x'se jkunu realistikament l-għanijet ta' Naxxar Lions għal dan l-istaġun, Stefano Grima qal li din mhux se tkun kampanja faċli u li t-tim tiegħu se jkun qed jipprova jassigura postu fil-Kampjonat BOV Premier kemm jista' jkun malajr. Huwa qal li għandu fiduċja sħiħa fl-iskwadra tiegħu, meta wieħed jikkunsidra l-fatt tal-wirjiet u r-riżultati li rnexxielhom jiksbu f 'logħbiet ta' ħbiberija matul il-pre-season. Finalment, il-kowċ ferm ħabrieki ta' Naxxar Lions, Stefano Grima appella għas-sapport massimu mill-partitarji numerużi ta' Naxxar Lions, speċjalment matul mumenti diffiċli. It-tim ta' Naxxar Lions qabel il-konfront kontra Birkirkara FC David Vella u Stefano Grima jindirizzaw konferenza stampa Floriana Basketball Club jiffurmaw tim tan-nisa wara nuqqas ta' 20 sena FLORIANA Basketball Club ħabbru bl-akbar sodisfazzjon li kienu ffurmaw tim ġdid tan-nisa wara nuqqas ta' 20 sena. Dan it-tim se jkun qed jipparteċipa fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal- basketball tan-nisa. Għal ħafna snin, it-tim tal- kbar tan-nisa tal-basketball ta' Floriana kien l-aktar wieħed li kiseb suċċess fejn rebaħ żewġ MBA Shields kmieni fis-snin 90 waqt li rnexxielu jasal sal-finali ta' bosta kompetizzjonijiet oħra. It-tim tan-nisa ta' Floriana kien ukoll ikkontribwixxa bis-sħiħ għat-tim nazzjonali tan-nisa tal-basketball billi pprovdielu diversi plejers għas-servizz tiegħu. Għalkemm il-klabb kellu l-pjan li jipparteċipa f 'dan il-kampjonat fil-futur qrib, grazzi għall-entużjażmu u d-determinazzjoni ta' grupp ta' nisa żgħażagħ, il-klabb Furjaniż għamel dak kollu possibli biex l-istess klabb ikun jista' jipparteċipa fil- Kampjonat tan-nisa sa mill-istaġun li ġej. Matul dan l-istaġun, it-tim se jkun immexxi mill-kowċ Lawrence Deguara. L-istess tim għad fadallu xi postijiet disponibbli fl-iskwadra tiegħu u dawk li huma mħajra li jibdew jiffurmaw parti minn dan it- tim ġdid jistgħu jibagħtu email fuq l-indirizz elettroniku info@florianabasketball.com. Bħala parti mill-istrateġija ta' żvilupp tal-klabb, matul din is-sena il-klabb Furjaniż tal-basketball se jkun qed jipparteċipa wkoll fil- kompetizzjoni tal-Under 14s tal-bniet kif ukoll fil- Kampjonat tal-Under 23s tal-irġiel. It-tim ta' taħt l-14-il sena tal-bniet se jkun immexxi mill-kowċ Luke Camilleri, waqt li t-tim ta' taħt it-23 sena tal-Irġiel se jkun immexxi mill-Head Coach tat-tim tal- kbar tal-irġiel tal-basketball, Mario Tabone.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015