Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 5 Għarbiel Parlamentari għal kull żvilupp ODZ Nuqqas ta' ċarezza dwar l-implikazzjoni tal-proposta mressqa minn Din l-Art Ħelwa ALBERT GAUCI CUNNINGHAM PROPOSTA ta' Din l-Art Ħelwa, fost il-bosta sottomissjonijiet li bagħtu diversi għaqdiet rigward il-qasma tal-MEPA, tgħid li kull permess f 'żona barra l-iżvilupp (ODZ) għandu jgħaddi mill-għarbiel tal- Parlament fejn jingħata dak li l-għaqda ssejjaħ bħala 'final endorsement.' Il-proposta tgħid li dan l-iskrutinju Parlamentari għandu jsir anke jekk l-Awtorità tal-Ippjanar jew it-Tribunal tal-istess awtorità jiddeċiedu li jagħtu l-permess. L-għaqda ambjentali tfakkar li "ladarba l-permessi kollha ODZ jinvolvu vjolazzjoni tal-konfini jew bidla, li fil- prinċipju għandhom ikunu approvati mill-Parlament, kull permess prospettiv ODZ...għandu jkun mgħoddi lill-Parlament permezz tal-kumitat parlamentari għall-endorsement finali." Din l-Art Ħelwa tgħid li din il-proposta għandha żżid mal-iskrutinju li jsir fuq applikazzjonijiet u permessi f 'art ODZ. X'jiġri iżda jekk il- Parlament jew il-Kumitat tal-Ambjent fil-Parlament jiddeċiedi li l-permess ma kellux jingħata u b'hekk ma jagħtix il-final endorsement mhux ċar, la fil- proposta nnifisha u lanqas wara li l-ILLUM talab kummenti mingħand l-għaqda nnifisha. L-ILLUM staqsa lill-President ta' Din l-Art Ħelwa, Maria Grazia Cassar x'inhuma eżattament l-implikazzjonijiet tal- proposta u jekk ifissirx li kull deċiżjoni relatata ma' permess ODZ tridx titressaq quddiem kumitat Parlamentari. Dan il-ġurnal staqsa wkoll x'ikunu l-implikazzjonijiet fuq il- permess jekk il-Parlament ma jagħtix l-endorsement finali tiegħu. Cassar spjegat kif il- proposta tfisser aktar skrutinju u kontabbilità, u mhux li l-Parlament ikollu l-poter li jiddeċiedi fuq permessi ta' żvilupp ODZ. Biża' mill-indħil politiku Intant l-ILLUM innota kif mis-sottomissjonijiet li ttellgħu fuq is-sit tal- Ministeru għall-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli, bosta għaqdiet ambjentali u individwi qed juru t-tħassib tagħhom li l-bidliet ippjanati mill-Gvern se jfissru aktar indħil politiku fil-proċess tal- ippjanar. Din L-Art Ħelwa tgħid li s-sistema proposta hija "manifestament anqas trasparenti minn dik eżistenti, b'wisq poter f 'qafas iżgħar u appuntat politikament." Ma' din l-għaqda ingħaqad il-Professur Kevin Aquilina, id-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, li rrimarka kif "mhux ċar għalfejn il-Prim Ministru qed jingħata aktar poteri milli diġà għandu. Mhux biżżejjed li l-liġijiet tal- 1997, 2001 u 2010 dwar l-ambjent u l-ippjanar ħassru l-awtonomija tal-Mepa u għamluha servili għall-Gvern tal-ġurnata?" Anke l-GRTU u l-Kunsill Lokali ta' Tas Sliema ressqu l-istess tħassib, bil-GRTU tgħid li ma taqbilx li jingħata l-poter lill-Ministru li jissupera d-deċiżjoni tal-Awtorità jekk proġett ikun meqjus bħala wieħed ta' "interess nazzjonali". Tal-istess opinjoni kien il-Front Ħarsien ODZ li sostna kif "kull persuna li għandha avviż ta' infurzar se jkollha d-dritt li jistaqsi lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jirregolarizza l-iżvilupp, grazzi għal regolazzjonijiet magħmulin mill- Ministru" Proprjetà abbandunata għandha tkun regolata Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, fost il-proposti qal li l-Gvern għandu jikkonsidra li l-Awtorità tal-Ippjanar tara li bini antik ikun regolat qabel ma jkun fi stat ta' dilapidazzjoni kompleta. Il-Kunsill jirrimarka kif fil- bidliet proposti, hemm dik li l-Ministru jista' jideċiedi li proprjetà li hija ta' periklu jew li hija fi stat dilapidat titwaqqa' għas-spejjeż tas- sid. Ta' min wieħed jinnota li madwar il-pajjiż, hemm bosta proprjetajiet li qegħdin fil-periklu li jaqgħu u għalhekk ta' periklu għall- pubbliku. Il-Kunsill Lokali Slimiż għalhekk jixtieq li bir-regolazzjoni jkun protett il-bini l-antik qabel ma jiġi fi stat dilapidat. Nibni fuq l-art tiegħek... mingħajr il-permess tiegħek Iktar kmieni din il-ġimgħa, is-sit illum.com.mt żvela kif il-Malta Developers Association (MDA) hija kontra bidliet proposti li jfissru li applikant m'għadux obbligat li juri li għandu l-permess ta' persuna terza biex ikun jista' jibni fuq l-art tiegħu jew tagħha. Kull ma jrid juri l-applikant, hija ittra ta' notifika li turi kif huwa informa lil sid l-art dwar l-applikazzjoni għall- permess ta' żvilupp fuq l-art tas-sid. Din il-bidla jidher li se tkun qed tmur lura għaż- żmien qabel l-2010 meta dan l-obbligu ma kienx jeżisti. "Se nevalwaw kull sottomissjoni" - Ministru Leo Brincat MA nħossx li jkun korrett li nagħti l-opinjoni personali tiegħi jew tal- Ministeru tagħna dwar is-sottomissjonijiet li rċevejna bħala Gvern. Il-Gvern kif mistenni, se jkun qed jieħu pożizzjoni dwarhom fl-istadju tal- kumitat, bħala gvern, u mhux bħala ministeri individwali. Li nista' nserraħ ras kulħadd huwa, li kull sottomissjoni se tiġi evalwata fuq il-merti tagħha indipendentement minn fejn tkun ġejja. Se nkunu qed niżguraw li dan nagħmluh b'moħħ miftuħ ħalli niżguraw li l-abbozzi tal-liġijiet jissaħħu bl-aħjar mod possibbli. Il-biża' ta' bosta ambjentalisti huwa li se jingħata wisq poter lill-politikanti Il-Kunsill ta' Tas-Sliema qed jipproponi li jkunu regolati djar antiki qabel ma jiġu fi stat dilapidat Żvilupp f 'art ODZ dejjem kien għadma iebsa. Din l-Art Ħelwa qed tipproponi skrutinju fuq kull żvilupp ODZ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015