Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 K ont bit-tama li niltaqa' mas- segretarju Parlamentari, Justyne Caruana fil-gżira Għawdxija billi kont naf li kienet fuq vaganza mal-familja tagħha barra minn Malta. Iżda Justyne Caruana mal-wasla tagħha mill-vaganza, xammret il-kmiem għax-xogħol u kelli naqsam il-fliegu biex niltaqa' magħha fl-uffiċċju tagħha l-Belt. B'suntan mill-isbaħ li qata' mhux ftit fuq il-libsa bajda li kellha, laqgħetni bid-daħka bħala ħbieb antiki u mill-ewwel bdejna nitkellmu dwar il-ħajja tagħha politika fejn qaltli li ilha fil-politika minn meta kellha 14-il sena fejn kienet anke tiskarta l-privat tal- accounts biex tmur il-laqgħat tal- kumitat fil-każin tal-Labour tar- Rabat. Justyne hi Laburista minn dawk li jissejħu 'suldati tal-azzar'. "Jien dejjem ħriġt għonqi u kont involuta f 'politika li nuri wiċċi u mhux naħbi wiċċi billi nidħol f 'xi għaqda oħra b'aġenda politika." Qaltli li l-politika għaliha mhix mod kif tieħu xi gwadann, iżda biex tagħmel il-ġid u sservi. "Il- politika hi ħajti, twelidt ġo fiha u għixtha ħajti kollha – hi l-passjoni u l-missjoni tiegħi iżda ma nqisiex bħala il-karriera tiegħi. Anzi tlaqt il-karriera tiegħi ta' avukat warajja biex inkun nista' nservi. Għax jien studjajt għal avukat u jkolli nammetti li x-xogħol ta' avukat, inħoss in-nuqqas tiegħu ħafna għax jien għal hekk studjajt." Qabel biss bdejt l-intervista, tpoġġew quddiemi kotba dwar id- dimenșja. Kotba li tant għamluha kburija, għax pajjiżna fl-aħħar għandu strateġija nazzjonali fuq id-dimenzja. "Aħna l-ewwel pajjiż fid-dinja li rnexxielna nagħmlu dokument dementia friendly" qaltli kburija, "li huwa ktejjeb b'verżjoni simplifikata biex sew il-familjari ta' dawk li jbatu bid-dimenzja u anke l-istess pazjenti jistgħu jaqrawh. Dan sar fuq studju u riċerka kbira minn Charles Scerri. Anke l-kuluri li jintużaw huma apposta biex min ibati b'din il-kundizzjoni jibqgħu jiftakruhom. Per eżempju l-aħmar hu l-aktar kulur li jibqgħu jiftakru u n-numru li jridu jċemplu hu 1771 li wkoll hu numru li jibqgħu jiftakruh. Din ilha snin ġejja iżda ma saret qatt ħlief issa u kellna nibdew kollox mill-bidu. Din l-istrateġija tieħu disa' snin biex titwettaq u rridu nedukaw u nħarrġu aktar nies f 'dan il-qasam għax m'hawnx nies imħarrġa biżżejjed f 'dan is-settur." Wara ħames snin 'shadow minister' fuq id-diżabbiltà, sabet quddiemha l-anzjanità attiva, li sa sena ilu, ma kienet taf xejn dwarha. "Iżda jien rasi iebsa u ma naqta' qalbi b'xejn. L-anzjanità attiva qatt ma ngħatat l-importanza mistħoqqa. Sibt mentalità antika, waiting lists li ma jispiċċaw qatt, servizzi li ma jirriflettux il- bżonnijiet tal-lum u strutturi u binjiet tal-mistħija. L-ewwel darba li dħalt fid-djar tal-anzjani ħriġt nibki, ma kont nistenna qatt li nara f 'liema stat ta' nuqqas ta' dinjità kienu qed jgħixu l-anzjani tagħna." Naqqasna l-'waiting list' b'madwar 13% Mistoqsija dwar jekk irnexxiliex tnaqqas il-waiting lists, qaltli li f 'sena waħda inkiseb suċċess enormi fejn tnaqqset il-waiting list bi kważi 13% fuq is-sena ta' qabel. Qaltli wkoll li qed isiru assesments lil dawk li qed jistennew biex jidħlu fid-djar, biex wieħed ikun jaf kemm hu l-bżonn u min għandu jingħata prijorità. Il-lista ta' nies jistennew biex isirilhom dan l-assessment f 'sena wkoll naqqasnihom b'aktar minn 60%. Jien niltaqa' ma' diversi konsulenti ġerjatriċi fejn dawn qed jidħlu f 'kull każ individwali u jiġi trattat. Kien hemm min akkużani li qed indaħħal Għawdxin fid-djar f 'Malta, li mhux veru xejn. Qed naħdem bis-sħiħ biex l-Għawdxin mhux biss inżommuhom Għawdex, iżda xtrajna sodod mill-privat biex insibulhom post. Barra hekk, is-servizzi li qed noffru f 'Għawdex qatt ma kien hemm bħalhom. Minn Jannar li għadda imbarkajna fuq diversi proġetti f 'Għawdex. Ftaħna night shelter f 'Dar Padova tal-patrijiet f 'Għajnsielem, day centre u anke bdejna noffru għall-ewwel darba f 'Għawdex servizz ta' respite biex min jieħu ħsieb l-anzjani u jkun irid isiefer, jistrieħ jew tinqala' xi eventwalità bħal per ezempju xi operazzjoni, dan jista' jpoġġihom f 'dar sa ma jiġi lura. Barra minn hekk, qed intellgħu konsulent ġerjatriku f 'Għawdex biex iżur lill-anzjani tagħna u jara x'għandhom bżonn, għax f 'Għawdex m'hemmx dan is-servizz. L-anzjani u n-nies b'diżabilità, nieħu ħsiebhom kollha f 'Malta u Għawdex għax ir- responsabbiltajiet tiegħi huma fuq livell nazzjonali." "Tant hu hekk, li ħloqna djar fil- komunità għal persuni b'diżabbiltà fejn sal-aħħar tal-leġiżlatura se jkollna għaxra. Waħda minnhom f 'Għawdex, fis-Siġġiewi, f 'Ħaż- Żabbar u f 'Pembroke. Tas-Siggiewi tlestiet u ta' Għawdex se titlesta dis-sena. Ta' Ħaż-Żabbar u Pembroke jitlestew fi żmien qasir malli joħroġ il-permess tal-MEPA. Bħalissa qed niddiskutu dwar dar oħra ma' NGO u hemm espressjoni ta' interess fuq oħra. Jiġifieri se nlestu aktar minn nofshom qabel previst. Dawn se jkollhom nies professjonisti jaħdmu magħhom u mhux jitħallew jaqdfu weħedhom". 'Learning Hub' għal persuni b'diżabbiltà f 'Għawdex Iżda s-Segretarju Parlamentari Għawdxija għandha wkoll proġett kbir jinħema f 'Għawdex għal persuni b'diżabbiltà "Ħadna proprjetà mingħand il-Knisja, parti mill-Arka u qed nibnu 'Learning Hub' fejn se jkun hemm ħafna entitajiet tad-diżabbiltà li fihom se niffukaw fuq il-persuna u din se tiġi operata mill-Għawdxin li jaħdmu mal-Aġenzija Sapport ġewwa Malta. Dan ifisser li se nġibu aktar ħaddiema Għawdxin jaħdmu Għawdex. Minn hawnhekk se jitħaddem ukoll il-proġett li tħabbar fil-baġit, li permezz tiegħu se jinħolqu 80 impjieg għal persuni b'diżabbiltà. Dan barra li fih se jkollna laboratorju b'apparat assistiv u speċjalizzat biex persuni b'diżabbiltà jitħarrġu fuq it- teknoloġija tal-informatika u jkunu jistgħu jsibu impjieg fl-IT u jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. Dan kollu se jibda jitħaddem sal-aħħar ta' din is-sena." Komplejna fuq l-anzjani fejn qaltli li kwart tal-popolazzjoni huma anzjani. "U dak li forsi ftit jafu hu li minn studju li sar, hu magħruf li l-volontarjat jaħdem bl-anzjani. Aħna rridu li l-anzjani jibqgħu jaħdmu, biex jaqilgħu iżjed flus u jkunu jistgħu jgħixu aħjar bla bżonn ta' ħadd, jikkumbattu l-mard mentali u anke d-dimenzja għax ikollhom motivazzjoni f 'ħajjithom. Għalhekk se nkunu qed norganizzaw korsijiet biex nuruhom li hemm ħajja oħra u sfidi oħra wara l-kartanzjan." Saqsejtha jekk hux kuntenta b'dak li għamlet s'issa jew għandhiex iżjed proġetti f 'moħħha? Ħarset waħda lejja bi tbissima sarkastika u tatni aħbar mill-isbaħ, "Is- Segretarjat tiegħi flimkien ma' diversi esperti ħadem fuq pakkett biex nipproponuh lill-Ministeru tal-Finanzi għall-baġit li jmiss jew ta' wara. Dan il-pakkett għandu żewg aspetti, min-naħa waħda biex aktar employers jigu nkoraġġuti jimpjegaw anzjani, u min-naħa l-oħra, l-anzjani jkollhom inċentiv biex jibqgħu jaħdmu. Fil-fatt, dan il-mudell ressaqnieh fil-baġit li għadda għall-persuni b'diżabbiltà. Nemmen li dis-sena għandu jkun baġit b'saħħtu għall-anzjani, però ovvjament il-Ministru tal-Finanzi m'għandux lili biss." Tarrfitli dwar kif jopera 'service allocation committee' fejn persuni b'diżabbiltà u l-familji tagħhom jista' jagħżel carer u jħallsu l-gvern. Imbagħad qaltli kif iċ-ċentri tad- dimenzja se jkunu qed joperaw fuq L-ewwel darba li dħalt fid-djar John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Justyne Caruana hi avukat ta' 40 sena, tgħix ir-Rabat Għawdex, miżżewġa lil Silvio Valletta u omm Josephine ta' 7 snin u Jean ta' 4 snin. Hi s-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u anzjanità attiva. Ilha membru Parlamentari mill-2003, jiġieri 12-il sena "Kien hemm min akkużani li qed indaħħal Għawdxin d-djar f 'Malta, li mhux veru xejn" "Se nkunu qed norganizzaw korsijiet għall-anzjani biex nuruhom li hemm ħajja oħra u sdi oħra wara l-kartanzjan"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015