Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

iżda l-kundizzjonijiet li qed jgħixu fihom dawn il-persuni huwa aktar inkwetanti. Gżejjer turistiċi li sa ftit ilu kienu mimlija turisti, illum saru l-uniku kenn għall-mijiet ta' immigranti. Dawn it-trabi, tfal, adulti u anzjani ddisprati li ħallew art twelidhom warajhom bit-tama li jsibu ħajja aħjar, ġew milqugħa b'sitwazzjoni mwiegħra u tal-biżà: Eluf qed jispiċċaw jgħixu f 'sitwazzjoni perikoluża, min jittallab għall-ikel, min għall-mediċina, min jibki, u min qed jistenna ħerqan jum wara jum sabiex jingħata l-ażil. Minkejja li dawn il-persuni, speċjalment is-Sirjani, jikkwalifikaw għall-ażil minħabba l-problemi fil- pajjiżi tagħhom, is-sistema burokratika tal-Ewropa, flimkien mar-riżorsi limitati fuq dawn il-gżejjer Griegi, qed twassal għal sitwazzjoni xejn feliċi għal dawn l-immigranti. Imma x'tista tagħmel il-Greċja? Kif pajjiż li qed jesperjenza l-ikbar kriżi finanzjarja fl-istorja tiegħu mistenni jkopri mal- eluf tal-immigranti li qed jaslu ta' kull ġimgħa? Minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji tal-Greċja, ir- riżorsi limitati fuq il-gżejjer Griegi qed iwasslu għal kriżi oħra, din id-darba ta' influss ta' immigranti. L-ammont ta' persuni huwa bla preċedent, l-infrastruttura ma tistax tkopri u l-gżejjer ċkejknin tul il-kosta Griega huma ffullati wisq u mingħajr flus. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Griegi qed jitrasferixxu bosta persuni minn dawn il-gżejjer għall-peninsula Griega. Minn hemmhekk, il-maġġoranza ta' dawn il- persuni jitilqu sabiex imorru fil-parti ewlenija tal-Ewropa, bil-Ġermanja u l-Iżvezja jkunu l-iktar pajjiżi popolari. Mill-Greċja, l-eluf ta' immigranti jippruvaw jaqsmu l-fruntiera ta' bejn il- Greċja u l-Maċedonja. Minn hawn, it-triq mhix feliċi iżda kuntrarjament, hija waħda ta' miżerja. Il-Maċedonja iċċedi għall- influss tal-immigranti Fil-Maċedonja, id- disprament fuq l-uċuħ ta' eluf ta' immigranti huwa prova ċara tat-tbatija. Bl- istess mod, il-Maċedonja, pajjiż żgħir b'popolazzjoni ta' żewġ miljuni, ma tistax tkopri mal-influss ta' nies, bl-aħħar ċifri juru li f 'dawn l-aħħar xahrejn, iktar minn 44,000 persuna daħlu fil- Maċedonja. F'dawn l-aħħar jiem, il-pajjiż iddikjara stat ta' emerġenza u fi ftit sigħat mijiet ta' suldati u pulizija ġew mobilizzati biex jiġi kkontrollat l-influss tal- immigranti. Minn hemm, qam paniku kbir; l-ammont ta' refuġjati kien wisq u f 'ħin minnhom, f 'kundizzjoni ta' biżà, paniku u inkwiet, l-armata użat il-gass tad- dmugħ. Aktar minn hekk, matul il-lejl, kienu bosta tfal, nisa u anzjani li spiċċaw mwaħħla bejn il-fruntiera u mingħajr idea ta' x'se jkun id-destin tagħhom. Fl-aħħar però, l-influss kien kbir wisq u l-Gvern kellu jċedi għan- numru kbir ta' immigranti. Mad-dħul tal-immigranti, il-Ministru tal-Intern tal-Maċedonja insista li minkejja l-limitazzjonijiet kollha tiegħu, il-pajjiż ma kellux għażla, għajr għal dik li jħalli lill-immigranti jidħlu. Il-pajjiż sostna wkoll li għalkemm mhuwiex membru fl-Unjoni Ewropea, l-Ewropa għandha tagħti iktar għajnuna finanzjarja u taħdem sabiex issolvi din il-kriżi. Mal-wasla tagħhom, ir- refuġjati jittieħdu s-Serbja sabiex minn hemm jaqsmu l-frunitiera għall-Ungerija u imbagħad għall-Ġermanja u għat-Tramuntana tal- Ewropa. Aktar minn 100,000 immigrant daħal fl-Ungerija, hekk kif din hija parti miż-żona Schengen, b'uffiċjali Ungeriżi jgħidu li l-influss huwa rekord. Bħall-Maċedonja, l-Ungerija qed issostni li l-flus mogħtija lilhom mill-Unjoni Ewropea mhux biżżejjed u li l-fondi huma 'umiljanti.' B'reazzjoni għall-influss, l-Ungerija qed tibni ukoll ħajt kbir tul 175 kilometru sabiex tipproteġi l-fruntieri tagħha. Tliet kwarti ta' miljun immigrant għall-Ġermanja Ftit kilometri 'l bogħod, il-Gvern Ġermaniż qed jistenna l-wasla ta' madwar 750,000 immigrant, li hi 1% mill-popolazzjoni preżenti fil-pajjiż. Dan qed iqanqal ħafna mistoqsijiet dwar l-immigrazzjoni fl-Ewropa u fi Dresden, iktar minn elf persuna, fosthom Nazzisti, pprotestaw kontra l-bini ta' ċentru ta' immigrazzjoni ġdid. F'Jannar, propju f 'Dresden ukoll, iktar minn 20,000 persuna ħadet sehem fi protesta kontra l-Iżlamizazzjoni tal-Ewropa. Minkejja li dawn il-protesti huma ftit u sporadiċi, il-Gvern Ġermaniż saħaq li fi żminijiet bħal dawn, il-pajjiż għandu jingħaqad flimkien sabiex jgħin lill-immigranti. Intant, f 'Calais fil-Franza, mijiet ta' immigranti qed jissugraw ħajjithom biex jaħarbu minn Franza lejn l-Ingilterra mill-mina li tgħaqqad iż- żewġ pajjiżi. Ta' kuljum, bosta immigranti li ilhom għal dawn l-aħħar xhur ikkampjati viċin il-port, qed jissugraw ħajjithom billi jitilgħu fuq trakkijiet. F'ċertu każijiet, kien hemm bosta immigranti li nħbew taħt trakkijiet kbar bil-konsegwenza li spiċċaw mgħaffġa u mejta. Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 7 "F'Kos, gżira b'popolazzjoni ta' 30,000 persuna, madwar 7,000 applikaw għall-ażil f 'dawn l-aħħar xhur" Numru ta' immigranti li waslu Malta L-Immigrazzjoni f 'numri 2012 ................................................................... 1,890 2013 ................................................................... 2,008 2014 ...................................................................... 569 Jannar – Awwissu 2015 .............................................87 • Fl-ewwel tmien xhur tas-sena,i l-Greċja waslu 160,172 immigrant • F'Lesvos, gżira b'popolazzjoni ta' ftit iktar minn 87 elf waslu 33,000 immigrant f'Awwissu biss • Fil-Maċedonja waslu 44,000 f'xahrejn biss • Aktar minn 90,000 immigrant jasal fl-Italja • 50,000 immigrant jasal fil-gżejjer Griegi f'Lulju • 750,000 refuġjat mistennija fil-Ġermanja kriżi minn żmien il-Gwerra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015