Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DAN il-ġurnal għandu ittra f 'idejh (stampa) li turi kif Carmelo Pulis, li f 'Awwissu tas-sena 2011 instab ħati li abbuża minn xejn inqas minn disa' subien taħt il-ħarsien tiegħu, u li kellu l-appell dwar il-każ miċħud, issa applika għall-parole. Pulis, ħati li kkorrompa lil dawn is-subien fid-Dar ta' San Ġużepp, kien ingħata sentenza ta' sitt snin ħabs, liema sentenza kienet riaffermata mill-Qorti tal-Appell f 'Novembru 2012. Jekk Pulis jingħata l-parole, ikun ifisser li jkun skonta biss nofs is-sentenza mogħtija lilu fil-ħabs, u n-nofs l-ieħor barra, b'numru ta' kundizzjonijiet. Ma' dan il-ġurnal, wieħed mill-vittmi esprima r-rabja kbira tiegħu u sostna li hija inġustizzja kbira kif "wara snin telgħin u neżlin il-Qorti niġi mitlub biex immur niltaqa' ma' bord biex noqgħod nispjega l-impatt li ħalla fuqi l-abbuż. Ma jafux x'impatt ħalla fuqi? Għalfejn iġġilidna għall-ġustizzja? Għalfejn għaddejna minn dik il-passjoni kollha u tajna x-xhieda? Biex issa jiġu f 'nofs sentenza u jinfurmawni li hemm ċans li joħroġ mill-ħabs," sostna l-vittma b'rabja evidenti. "Jekk jingħatalu l-parole se nfitittex il-ġustizzja lil hinn minn Malta, fl-Ewropa" qal il-vittma mal-ILLUM. Il-vittma għamilha ċara li hu mhux qed jikkritika l-proċess u xogħol il-bord, u għamilha ċara wkoll li jaf li Pulis qed jagħmel użu minn dritt, "imma wara dawk is-snin kollha u wara dak l-uġigħ kollu, u wara li qajjimna tant memorji koroh biex naslu għall-ġustizzja, issir taf li jista' joħroġ bil- parole tliet snin qabel mhu suppost joħroġ mill-ħabs, kerha. Tweġġgħak" qal il-vittma. "Din x'ġustizzja hi?" staqsa mal-ILLUM, "għamilna snin twal telgħin u neżlin il-Qorti biex issa hemm ċans li joħroġ mill- ħabs wara li għamel nofs is-sentenza fil-Qorti?" Dak li qed niżvelaw illum jiġi numru ta' ġimgħat biss wara l-għagħa li qamet meta tħabbar li Godwin Scerri, il-qassis li kien akkużat flimkien ma' Pulis b'abbuż fuq tfal li suppost kienu qed jieħdu ħsieb, ingħata l-parole minħabba raġunijiet 'umanitarji'. L-ittra f 'idejn din il- gazzetta, filwaqt li tinforma kif Carmelo Pulis applika għall-parole skont l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi tal-2011 tgħid ukoll li biex il-Parole Unit jasal għad-deċiżjoni, jkun jeħtieġ li tkun ikkunsidrata "l-pożizzjoni tal-vittma". L-ittra tgħid ukoll li "wara li ssir laqgħa miegħek dwar l-impatt li dan ir-reat ħalla fuqek, jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet lill- Bord tal-Parole." Xhieda xokkanti u oxxena tal-abbuż ta' Pulis Il-vittma stieden lil dan il-ġurnal biex jerġa' jara x-xhieda li kienet ħarġet fil-Qorti u li waslet għad- deċiżjoni ta' sitt snin priġunerija "biex tkunu tistgħu timmaġinaw l-impatt li dan ir-reat ħalla fuq il- vittmi". Fil-fatt, mix-xhieda li kienet ħarġet fil-Qorti, kienu inqraw dettalji xokkanti dwar kif tifel kien jitqajjem kull filgħodu minn Pulis li kien ibusu fuq xufftejh waqt li jbagħbas il-partijiet sesswali tiegħu. Il-Qorti semgħet kif it-tifel kien jippretendi li jkun rieqed filwaqt li wara kien iħossu imbarazzat ħafna u jirremetti. Fid-dar ta' San Ġużepp il-Qorti kienet semgħet kif fl-2003 care worker kien qabad lil Pulis fil-fatt bil- parti sesswali tiegħu eretta u ħierġa mill-qalziet ta' taħt. Apparti mill-qalziet ta' taħt kien liebes biss, flokk ta' taħt. It-tifel kien jidher imbarazzat filwaqt li Pulis kien baqa' jitkellem dwar xi mawra li kellhom dakinhar it-Trade Fair. Kien taħt osservazzjoni f 'Monte Carmeli Ftit wara li l-Qorti ma laqgħetx l-appell ta' Pulis, dan kien trasferit lejn Monte Carmeli għal osservazzjoni wara li l-awtoritajiet tal-ħabs kienu nfurmati li Pulis kien prova jweġġa' lilu nnifsu. Fil-Qorti, ftit qabel ma kien deċiż l-appell, Pulis kien instema' jgħid f 'telefonata "itlob għalija għax qed niffaċċja l-ġudizzju finali". Minn dak iż-żmien, il-kwistjoni kollha ħadet diversi żvolti bl-aħħar żvilupp ikun dwar il- kumpens li l-vittmi għadhom qed jistennew. Il-vittmi fetħu każ kostituzzjonali biex jinbidel il-Maġistrat li qed jippresjedi l-każ dwar kumpens. Il-Kurja Aċiveskovali ta' Malta ma waslitx għal ftehim mal-vittmi dwar kumpens, filwaqt li rrifjutat ir-responsabbiltà legali tal- abbuż li kien sar minn Pulis u Scerri. Il-parole ta' Scerri ntlaqgħet b'rabja Godwin Scerri li kien instab ħati flimkien ma' Pulis, kif imsemmi aktar fuq, ingħata l-parole biss ftit ġimgħat ilu. Kemm il-Kummissjoni tal-Knisja għas-Salvagwardja tat-Tfal u l-Adulti kif ukoll il-Gvern, żammew 'il bogħod u ddiżassoċjaw ruħhom mid- deċiżjoni tal-bord. F'kummenti mal-ġurnal MaltaToday nhar is-7 ta' Awwissu li għadda, il- Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali kien fakkar kif il-Bord huwa awtonomu u li d-deċiżjoni li Scerri jingħata l-parole "ma tirriflettix l-opinjoni tal- Gvern". Il-vittma: "Din x'ġustizzja hi?" "Care worker kien qabad lil Pulis fil-fatt bil-parti sesswali tiegħu barra quddiem it-tifel"