Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

ILBELT kapitali tal- Ungerija għalkemm hi waħda kosmopolita fiha ċertu faxxinu li jagħmilha l-aktar belt affaxxinanti mill-Ewropa tal-Lvant kollha. Magħmula minn żewġt ibliet, Buda u Pest, li jinsabu fuq kull naħa tax-xmara Danubju. Il-poplu Ungeriż hu taħlita sħiħa ta' Maġjari, ħallat maghħom il-Ġermaniżi, is- Slavi, il-Lhud, iż-żingari u ftit paprika Torka, u minnhom joħroġ dan il-poplu mimli kultura mħallta li flimkien, jagħmlu Budapest. Billi kienet tagħmel parti mill-imperu tal- Hapsburgs, din il-belt kienet immexxija minn Vjenna fejn il-Hapsburgs aċċettaw li l-Ungerija tkun speċi ta' junior partner fir-renju vast tagħhom, biex b'hekk issa l-imperu kien ġie msejjaħ bħala Austro-Hungarian u dan jagħmel Budapest bħala Vjenna oħra u aktar vasta. Meta Budapest kienet se tiċċelebra l-1000 sena mit-twaqqif tagħha, ħadet l-opportunità biex fl-1896 tibni diversi monumenti u bini importanti biex ikabbar l-faxxinu ta' din il-belt. Bla dubju li l-aktar bini rinomat li nbena għal dan il-party kbir kien il-parlament, b'disinn eleganti neo-gotiku, mibni max-xmara u mnebbaħ mill- parlament Ingliż fl-istil tiegħu. Użaw in-numru 96 bħala numru importanti: turġien ta' postijiet importanti, bħal dak tal-parlament, fih 96 tarġa, filwaqt li kampnari jew koppliet huma għolja 96 metru mill-art. Postijiet ta' interess f 'Buda Budapest hi maqsuma mix- xmara Danubju. Fuq in-naħa tal-punent tinsab l-għolja ta' Buda li hi dominata mill- kastell. Il-palazz rjali jimmarka l-post fejn kien jeżisti wieħed mill-aktar kastelli ta' poter fl-Ewropa. Mis-seklu 14, l-Ungerija kienet immexxija minn dan il-kastell. Lejn tmiem l-aħħar gwerra dinjija, Buda spiċċat fil-frontline bejn in-Nażi u s-sovjetiċi li kienu qed javvanzaw u li kienu għamlu assedju lil din l-għolja tal-kastell għal diversi xhur. Il-kastell li naraw illum kien reġa' nbena mit-tifrik li ħalliet il-gwerra, u ma fih xejn x'tara minn ġewwa. Għalkemm issa qed jintuża għall-wirjiet kulturali. Landmark oħra fuq din l-għolja hi l-knisja ta' San Mathias li wkoll kienet distrutta u nbniet diversi drabi. Il-kampnar u s-saqaf sabiħ tagħha kienu żdiedu għaċ-ċelebrazzjoni tal-1000 sena, jiġifieri fl-1896. Il- ġewwieni ta' din il-knisja li anke serviet bħala moskea jirrakonta 1000 sena ta' storja erojka minn meta l-kavallieri fi żmien il-kruċjati għelbu lill- Mislem Tork. Eżatt ħdejn din il-knisja jinsab il-Fisherman's Bastion, ikona ta' Budapest. Minn hemm fuq wieħed jista' jgawdi xena mill-isbaħ tad-Danubju u ta' Pest. Fil-Medju evu is-suq tal-ħut kien jinsab hawn taħt, u għalhekk din il-fortizza mdawra bis-swar kienet tintuża biex is-sajjieda jieħdu ħsieb in-negozju tagħhom. Illum jintuża biss biex isebbaħ din l-għolja fejn malli wieħed jarah, jinduna li qed iħares lejn Budapest. Is-seba' torrijiet li hemm fuq dawn is-swar jirrapreżentaw it-tined tal- Maġjari, li kienu nomadi li kienu jqisu din l-għolja bħala darhom qabel imxew lejn il- punent tal-Ewropa. Wieħed mill-pontijiet li jaqsmu x-xmara Danubju u l-aktar wieħed imsemmi ta' Budapest hu ċ-Chain Bridge li fil-fatt kien l-ewwel wieħed li nbena f 'din il-belt, fejn wieħed anke jista' jaqsmu bil-mixi u minn Pest, imur għal Buda. Postijiet ta' interess f 'Pest Pest hi n-nofs l-ieħor ta' din il-belt. In-nofs mibni fuq iċ-ċatt u l-aktar parti kummerċjali. Fiha wieħed isib diversi toroq pedonali mimlijin bl-aqwa ħwienet tax-shopping, kafetteriji u fejn il-belt tieħu l-ħajja lejl u nhar. L-Opera House statali toffri iżjed mill-isplendur tas-seklu 19. U bla dubju tikkompeti ħafna mal-opera houses ta' Pariġi u Vjenna. Hu ċar li l-poplu ta' Budapest għandu f 'demmu l-apprezzament tal- Hapsburg lejn il-mużika fina. Il-Parlament hu bini spettakolari u ma tistax ma żżurux, minħabba r-rikezzi u l-istorja li hemm fih. St Margaret Island hi speċi ta' gżira fuq ix- xmara Danube mimlija fjuri u fejn tista' tqatta' nofs ta' nhar rilassanti. Heroes Square imżejna b'monument meraviljuż: il- millenium monument. Fuqu wieħed isib l-aktar mexxejja storiċi tal-Ungerija. Għaż- żgħażagħ u tfal, din il-pjazza tintuża għall-iskateboarding u biex jitgawda s-City Park u l-bini kollu li jdawwarha, bħaż-Zoo, replika tal-kastell ta' Transylvania u l-palazz Szecheni fejn hemm il- banjijiet termiċi naturali. Trasport…ikel….divertiment It-trasport pubbliku f 'Budapest hu wieħed organizzat u bla dubju, hu aktar faċli u irħas li wieħed jivjaġġa bl-underground. L-istazzjonijiet huma 10 sulari taħt il-livell tat-toroq u kienu nbnew waqt il-gwerra bierda bħala xelters. Kif tkunu Budapest tinsewx tixtru l-paprika, li hi l-aktar tip ta' ħwawar dominanti fil-kċina Ungeriża. Hemm paprika ħelwa u taħraq. Il-platt tradizzjonali Ungeriż hu il- Goulash, li hu tip ta' brodu ċar bil-patata u biċċiet tal-laħam (majjal jew ċanga) u tinsewx, dejjem imħawwar bil-paprika. Mod romantiku kif għandek tagħlaq il-ġurnata f 'Budapest, hu evening cruise fuq ix- xmara Danubju. Wara nżul ix- xemx, taħlita ta' ikoni naturali għandhom ipaxxulek għajnejk: il-pontijiet li jgħaqqdu Buda ma' Pest, iċ-ċittadella u l-monumenti li jonoraw lil dawk li ħadmu għal-libertà ta din il-belt. Hemm diversi gentleman's clubs (nagħtikom parir li ma tersqux lejhom għax jisirqukom ħajjin), Irish pubs u discos li biċċiet minnhom huma ta' kobor immens u anke open air fis-sajf. Nagħtikom parir tmorru taraw il-Folk Ensemble, titilfuħx kunċert bil-mużika folkloristika imma b'differenza li jħallik ħalqek miftuħ. L-aħjar mod biex tmur Budapest L-aħjar mod hu jew bl-Air Malta dirett għal Budapest, inkella bil-Wizzair li hu low cost għal Budapest. Dejjem qabblu l-prezzijiet u morru mal-irħas prezz li jagħtukom. 24 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 ILVJAĠĠI TALBUŻU Budapest: Il-Vjenna tal-Lvant Il-Parlament ta' Budapest mibni fuq l-istil tal-Parlament Ingliż Fishermen's Bastion fuq l-għolja ta' Buda Xena minn fuq id-Danube Cruise mal-lejl "Maqsuma fi Tnejn: Buda l-parti l-għolja, u Pest il-parti baxxa" "Budapest hi belt mimlija attività u ħajja ta' billejl"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015