Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? L-ewwel bdejt nilgħab varjetà ta' sports oħra fosthom futbol, fencing, tennis, handball u anki volleyball. Peress li kont immur nittrenja mal- klabb Depiro li kienu jgħallmuna kull attività fiżika. Imma naħseb li x'ħin qbadt l-ewwel darba l-ballun tal-basketball f 'idejja ħassejt ġibda partikolari lejn dan l-isport, u minn meta kelli xi 11-il sena, mill-ewwel bdejt nittrenja mal-klabb Depiro. Dan kien tragward storiku għal Virtus Cynergi speċjalment għax dan kien l-ewwel staġun għall-Virtus fl- azzjoni. Wieħed irid iqis ukoll li t-tim tagħkom kien kompost minn numru ta' plejers żgħażagħ u b'nuqqas ta' esperjenza. Madankollu m'hemmx dubju li l-esperjenza tal-kowċ Paul Ferrante kif ukoll ta' plejers bħalek u Peter Shoults għenet. X'tikkummenta? Vera li qegħdin tim ta' età żgħira u li niġu kkunsidrati bħala tim b'nuqqas ta' esperjenza, iżda naħseb li kellna esperjenza bħala plejers individwali, speċjalment rigward rebħ ta' tazzi. Peter Shoults, Shawn Pace, Anton Axiaq u jien, konna diġà lgħabna għal diversi snin ma' klabbs oħra u anki mat-tim nazzjonali. Fil-fatt irbaħna anki kampjonati mat-timijiet l-oħra li konna nilagħbu magħhom. Naħseb li għamilna tajjeb huwa li ngħaqadna flimkien bis-saħħa tal-kowċ Paul Ferrante u rnexxielna ningħaqdu bħala tim sabiex fl-aħħar mill-aħħar nirbħu l-logħob, u naħseb li dan deher fil-finali tal-kampjonat meta rbaħna tliet logħbiet in fila. Li jkollok tiddeskrivi dan l-istaġun għal Virtus kif tiddeskrivih? Żgur li kien staġun formidabbli għal Virtus, għaliex naħseb li ħadd ma kien jobsor li kien se jkollna das-suċċess matul l-istaġun kollu. Għalkemm kellna diversi injuries u tlifna ċerti logħbiet importanti, xorta waħda naħseb li kien staġun tajjeb ħafna. Aħna rbaħna x-shield, ġejna t-tieni fin-Knock Out u fl-aħħar irbaħna l-iktar tazza prestiġjuża tal-istaġun. Il- futur jidher sabiħ għal dan il-klabb. U x'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' Virtus? Naħseb li s-sigriet tas-suċċess għal Virtus kien il-kowċ, Paul Ferrante. Bħala kowċ, irnexxielu jittrasformana f 'tim difensiv għall-aħħar. B'din l-istrateġija rnexxielna nirbħu l-maġġoranza tal-logħob, li konna nvoluti fihom. X'tikkummeta fuq l-isfida denja li kellkom minn timijiet oħra fosthom A to Z Electronics Athleta bi plejers ta' esperjenza enormi bħal Michael Naudi u oħrajn? Bħala sfida kienet enormi. Kulħadd kien jaf bis-saħħa tal-plejers tal- Athleta u l-kapaċità tagħhom. Naħseb ukoll imma li kellna vantaġġ fuqhom meta tiġi għall-età, għaliex aħna iżgħar minnhom u naħseb li pprovdejna ħafna iktar enerġija fiżika fuq il-court waqt il-logħob kontrihom. Żgur li huma plejers li ħaqqhom ir-rispett għal-logħob tal-basketball li juru. Għandek xi kummenti rigward in- Knockout li ntrebaħ minn Athleta fejn fil-finali tliftu bi skor marġinali lejn l-aħħar tal-logħba? Rigward il-finali tan-Knockout, dik il-logħba konna bdejniha 19-3 minn taħt fl-ewwel 10 minuti, u sal-aħħar sezzjoni, irnexxielna nġibuhom sa żewġ punti biss. Imma f 'dik il-logħba deher biċ-ċar il-fatt, li jekk tibda ħażin kontra l-Athleta, ikun diffiċli ferm biex tirbħilhom, kif fil-fatt ġara dakinhar. Niġu issa għall-esperjenza ta' meta kont tilgħab ma' Athleta. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza u għandek nostalġija tal-plejers sħabek li kont tilgħab magħhom ma' Athleta? Dawk it-tliet snin li għamilt nilgħab magħhom kienu l-aktar snin li tgħallimt minnhom meta tiġi għall- esperjenza u biex tuża moħħok fil-logħba tal-basketball. Ma naħsibx li kelli nostalġija rigward il-plejers, naħseb iktar ridt nilgħab kontrihom b'ħeġġa peress li għandi karattru kompetittiv. Kif ħassejtek meta affrontajt lill-eks plejers sħabek ta' Athleta fil-finali tan-Knockout u fil-logħbiet l-oħra tal- Kampjonat? Fil-bidu ħassejt ftit pressjoni nilgħab kontrihom, speċjalment fl-ewwel logħba tal-istaġun. Iżda waqt li nkun qed nilgħab, jiena nilgħab b'ruħi u ġismi għat-tim, għalhekk waqt il- logħba lanqas tant tibqa' tagħti kas li kont nilgħab magħhom xi darba. Qabel dan l-istaġun qatt kont temmen li kien se jirnexxielkom tabilħaqq taslu sa hawn? Ma naħsibx li kont nemmen li konna se nispiccaw dan l-istagun b'dan il- mod. Kont naħseb li bħala timijiet, l-Athleta u l-Floriana, kienu aħjar minna. Madankollu naħseb li wrejna l-potenzjal li għandna bħala tim ta' żgħażagħ u ħbieb waqt li nilagħbu flimkien. Kont xi ftit beżgħan qabel ħallejt lil Athleta biex tingħaqad ma' dan l-esperiment ġdid fil-basketball lokali bl-isem ta' Virtus? Lanqas xejn! Int qed tistudja biex issir għalliem tal- Edukazzjoni Fiżika. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju tiegħek, u mat- taħriġ u l-logħob li jkollok ma' Virtus? Hija ftit diffiċli xi kultant biex inlaħħaq, imma issa din saret rutina f 'ħajti u naħseb li iktar inħossni skomdu nieqaf u mmur nagħmel xi ħaġa tal-iskola waqt il-ħin tat-taħriġ jew logħob. Issa ilni nilgħab il-logħba tal-basketball għal ħafna żmien, u ma tantx insib diffikultà biex inlaħħaq ma' kollox Matul dan l-istaġun, żgur li għenkom bis-sħiħ wieħed mill-aqwa plejers barranin jekk mhux l-aqwa barrani li kellna f 'Malta, taqbel? Kellna tliet bidliet fil-plejers barranin matul l-istaġun. L-ewwel wieħed sfortunament kien weġġa' eżatt x'ħin ġie Malta u t-tieni wieħed kellu opportunità aħjar f 'pajjiż ieħor. L-aħħar wieħed Mike Bruesewitz deher li kien plejer ta' livell għoli. Iva, żgur li bis-saħħa tiegħu rnexxielna nirbħu ħafna mil-logħob. Huwa plejer formidabbli li kien kapaċi jiġborna u jimmotivana waqt il-logħob. Nisperaw li nerġgħu niltaqgħu miegħu fil-futur hawn Malta u li jibqa' magħna. Id-difiża tagħkom kienet strumentali biex jirnexxielkom tirbħu dan il- Kampjonat, taqbel ma' dan? Iva, żgur li d-difiża tagħna kienet strumentali biex nirbħu l-kampjonat. Dan wasal grazzi għall-kowċ tagħna Paul Ferrante li kien kapaċi juża din it- tattika kontra kull tim. Naħseb li dan huwa s- sabiħ tat-tim tagħna, li kapaċi niddifendu tajjeb ħafna r-ring tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur tat-tim ta' Virtus? Kif diġà għidt, il-futur ta' Virtus jidher sabiħ u naħseb li huwa promettenti ferm. Inħoss li iktar minn tim, sirna familja waħda u ngħaqadna ferm sal-aħħar tal-istaġun. Jekk ikollok xi offerta oħra minn xi klabb ieħor lokali, tikkunsidra li tħalli lil Virtus, jew il-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament ma' Virtus? Lanqas biss għaddietli minn rasi li nikkunsidra timijiet oħra, speċjalment wara s-suċċess li kellna. Ninsab kuntent mal-plejers u l-kowċ ta' Virtus. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ ferm bravu u ħabrieki ta' Virtus, Paul Ferrante? Ir-relazzjoni tagħna hija waħda tajba ħafna. Ma naħsibx li hawn kowċ ieħor bħal Paul Ferrante f ' Malta. Sibtni komdu nilgħab taħt ir-riedni tiegħu u naħseb li bħala plejer jafdani wkoll. Inħossni komdu ngħid dak li nħoss miegħu u hu dejjem jifhimni u jkun paċenzjuż biex jispjegali ċerti affarijiet. Lil Paul Ferrante ilni nafu ħafna żmien issa u naħseb matul dan l-istaġun ir- relazzjoni tagħna ssaħħet ħafna. U dik mal-kumitat ta' Virtus? Mal-kumitat ta' Virtus, hija ftit jew wisq l-istess ħaġa. Nafda fihom li jinvestu fina bħala plejers u li fl-aħħar mill-aħħar għandna l-istess skop - dak li nirbħu l-logħob. SPORTSillum David Bugeja: Fost l-aqwa plejers Cristian Antony Muscat David Bugeja –wieħed mill-aqwa plejers tal-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin. Huwa plejer essenzjali ta' Virtus Cynergi, li ftit tal-ġimgħat ilu rebħu l-Kampjonat tal-irġiel tal-basketball. Matul il-ġimgħa li għaddiet rebaħ il-Plejer tas-Sena ta' taħt it-23 sena. "Bħala kowċ, Paul Ferrante rnexxielu jittrasformana f 'tim difensiv u rnexxielna nirbħu l-maġġoranza tal-logħob, li konna nvoluti fihom" "Żgur li kien staġun formidabbli għall- Virtus, għaliex naħseb li ħadd ma kien jobsor li kien se jkollna das- suċċess matul l-istaġun kollu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015