Illum previous editions

illum 30 August 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 SPORTSillum "L-anti-climb spikes ġew installati għal raġunijet ta' sigurtà massima" - Bjorn Vassallo HEKK kif ftit tal-jiem ilu saret konferenza stampa fis-sala biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo ġie mistoqsi diversi domandi rigward xi suġġetti li qed jagħmlu l-headlines tal- futbol Malti bħalissa. Dan il-ġurnal beda biex saqsa rigward x'inhu l-futur tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Pietro Ghedin. Dan fost diversi xnigħat u spekulazzjonijiet li bdew jiċċirkolaw fl-aħħar żmien li l-kowċ Taljan seta' jħalli t-tmun tat-tim Malti. Iżda, Bjorn Vassallo kien pront u bl-aktar mod affermattiv wieġeb li huwa flimkien mal- amministraturi l-oħra tal-MFA, għad iridu jpoġġu bilqiegħda ma' Pietro Ghedin innifsu u mal- membri tal-istaff tiegħu biex jiddiskutu x'se jkun il-futur tagħhom. Iżda huwa sostna li sa issa għad m'hemm xejn deċiż u konkluż. Intant, Bjorn Vassallo tenna li s-Super Cup 2016 tista' tiġi mmexxija għal Diċembru tal-istess sena minħabba xogħlijiet li se jkunu qed isiru fuq il-pitch tal-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u li se jkunu qed jibdew eżattament wara tmiem l-istaġun 2015/16, u li huwa mistenni li jiġu mitmuma biss lejn it-tmiem ta' Awwissu. Dan hekk kif l-MFA se tkun qed tinvesti fl- installazzjoni ta' sistema msejħa hybrid b'taħlita ta' turf naturali u artifiċjali fl-Istadium Nazzjonali. Din is-sistema li diġà ġiet installata fi stadia kbar u ferm popolari fosthom Wembley Stadium, l-Emirates Stadium u St George's Park fl-Ingilterra, se tkun qed tagħmel tajjeb għal numru konsiderevoli ta' logħbiet (madwar 100 fi staġun wieħed), li jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali. L-istaġun 2015/16 se jkun qed jiġi fi tmiemu fl-14 ta' Mejju 2016 bil-finali tal-Malta FA Trophy, u bix-xogħlijiet jibdew immedjatament wara, mhux se jkunu qed jintlagħbu logħbiet fl- Istadium Nazzjonali tul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu. Sadanittant, xogħlijiet fuq il-floodlights fit-Training Grounds tal-MFA f 'Ta' Qali għaddejjin ġmielhom u b'ritmu mgħaġġel, u eventwalment il-pitch tas- Centenary Stadium se jkunu qed jiġu wkoll mibdula. Dawn il-proġetti se jkunu qed jiswew lill-MFA, is- somma ta' xejn inqas minn 1.5 miljun Ewro. Bjorn Vassallo tkellem ukoll rigward il-fatt li skont hu, l-uniku mod kif il-futbol Malti jista' jagħmel passi ta' ġgant 'il quddiem, huwa li plejers Maltin imorru jfittxu avventuri ġodda fil-karriera tagħhom u jilagħbu futbol professjonali barra minn xtutna. Huwa kompla li xi plejers Maltin qed jiġu kontinwament mistiedna għal prova ma' diversi klabbs barranin. Iżda, sfortunatament huwa jħoss li dawn il-plejers għadhom mhux lesti għal din l-isfida fil-karriera tagħhom. Huwa afferma li xi plejers Maltin iħossuhom komdi fil-klima sħuna Maltija u fl-ambjent Malti li jidhru li draw fih u dan jirrapreżenta l-comfort zone għalihom. B'hekk, huma kienu għadhom mhux lesti li jagħmlu d-diversi sagrifiċċji li tinvolvi l-ħajja ta' plejer professjonali tal-futbol. Is-Segretarju Ġenerali ferm ħabrieki tal-MFA, qal li l-MFA se tkompli tinvesti fil-grassroots bħala parti minn pjan fit-tul. Huwa sostna li investiment fl- edukazzjoni tal-kowċis għandha wkoll tippermetti lil diversi plejers Maltin biex jagħmlu l-grad barra minn Malta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas ma setax jonqos li Bjorn Vassallo jiġi mistoqsi fuq x'kienet l-idea li l-MFA tinstalla dawk li huma msejħin bħala 'anti-climb spikes', fl-istands li tant qajmu kontroversja f 'dawn l-aħħar jiem. Bjorn Vassallo tenna li l-MFA ma setatx tibqa' tieħu responsabbiltá għal xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu wara xi partiti jaħarqu u li fihom jistgħu jweġġgħu diversi partitarji preżenti. B'hekk dan sar għall-akbar sigurtà tal-partitarji li jiġu jsegwu l-futbol Malti flimkien mal-familjari tagħhom fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. L-anti-climb spikes installati riċentament fl-Istadium Nazzjonali Ippubblikat test aġġornat tar-regolamenti tar-Regatta Nazzjonali LGĦAQDA Regatta Nazzjonali flimkien mal- Kunsill Malti għall-Isport (KMS) konġuntament ippublikaw test aġġornat tar-regolamenti għar- Regatta Nazzjonali li jmiss li hija dik tat-8 ta' Settembru. Bidliet importanti jinkludu regoli aktar ċari dwar kwistjonijiet bħal kolliżjonijiet jew doping, u klawżola biex tipproteġi l-qaddiefa fil-każ ta' korrimenti. Dawn ir-regolamenti ġew ippubblikati wara li l-KMS tat lill-Federazzjoni r-responsabbiltà teknika sħiħa għat-tiġrijiet tal-qdif fir-Regatta Nazzjonali. Il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali, Joseph N. Grima, iqis dan bħala pass importanti 'l quddiem, pass li kien ilu meħtieġ. "Il-fatt li l-Federazzjoni tagħna ġiet iddelegata bir-responsabbiltà teknika ta' wieħed mill-aktar avvenimenti mportanti u prestiġjużi fil-Kalendarju Sportiv Malti jfisser li l-Gvern għandu fiduċja fl-Għaqda Regatta Nazzjonali u l-membri tagħha. L-Għaqda Regatta Nazzjonali, minkejja r-riżorsi limitati tagħha, hija impenjata b'mod sħiħ biex tassigura li din ir- Regatta mhux biss tkun suċċess, imma li ssir bi spirtu sportiv, kif huwa xieraq." L-Għaqda Regatta Nazzjonali aġġornat it- test tar-regolamenti sabiex ikunu ċċarati xi anomaliji li seta' kien hemm. "Il- Qaddiefa tagħna jiddedikaw ħajjithom għal dan l-isport u għalihom, l-attivitajiet oħra huma sekondarji u ddettati mill-iskedi ta' taħriġ għar-Regatta. Aħna obbligati lejhom, u rridu nużaw il-ħiliet kollha tagħna sabiex ikollna Regatta organizzata. Min- naħa tagħhom, huma obbligati lejhom infushom u lejn sħabhom li jirrispettaw ir-regolamenti biex jiżguraw li jistgħu jaħsdu l-frott tas- sagrifiċċji tagħhom." Ir-Regatta Nazzjonali hija organizzata darbtejn fis- sena - fit-8 ta' Settembru u fil-31 ta' Marzu u hija parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' dawn il-jumejn nazzjonali. Din is-sena, l-ewwel tellieqa tar-Regatta tat-8 ta' Settembru ser tibda fis-2pm u ssir fil-Port il-Kbir. Il-Port il-Kbir waqt ir-Regatta Nazzjonali Ritratt - Michele Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 August 2015