Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/563630
Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ponzju Pilatu I lbieraħ, is-sit illum. com.mt ippubblika ritratti xokkanti, anzi naslu ngħidu tat-twerwir, ta' tfal, allegatament l-maġġoranza tagħhom Sirjani li aaċċjaw il-mewt hekk kif huma imkien mal-ġenituri tagħhom kienu qed ittxu ħajja aħjar 'il bogħod mill- jasar, l-inkwiet u t-taqlib li għaddej f 'pajjiżhom. Dawn it-tfal huma vittmi mhux biss ta' baħar li ma jafx ħniena, imma huma simbolu ikrah ħafna u tebgħa sewda fuq il-politiċi, fuq l-awtoritajiet, anke ekkleżjastiċi u l-aktar fuqna lkoll bħala popli Ewropej li suppost nemmnu s- solidarjetà, -għajnuna, - imħabba u l-kompassjoni. Il-kliem ta' Ġesu Kristu, li l-maġġoranza tal-Ewropej jipprofessaw li jemmnu fih, "dak li tagħmlu mal- iżgħar fost ħuti tkunu qed tagħmluh miegħi," tar mar-riħ, u minflok, illum inkluż f 'pajjiżna sirna nipprofessaw teorija oħra, dik li naħslu jdejna u ndawru wiċċna n-naħa l-oħra taparsi ma rajna xejn u taparsi ma nafu b'xejn. Sirna qisna Ponzju Pilatu, naħslu jdejna bħalu, ndawru wiċċna bħalu, nagħmlu mhux dak li huwa sew u ġust ma' ħutna l-bnedmin imma dak li jaqbel lilna u li jżommna fis-sigurtà tal-bużżieqa tagħna. Din il-ġimgħa, nstabu 70 persuna mejta fgati, fi stat ta' dekompożizzjoni, ġo vann fuq il-fruntiera tal-Awstrija li minnhom erbgħa kienu tfal, 200 mietu fil-baħar Mediterran 'il barra mil-Libja ftit siegħat wara, u l-ġimgħa l-oħra mietu sitt persuni oħrajn qrib il-kosta tat- Turkija. Fil-ġurnata li aħna niċċelebraw il-festa tal- Assunta, mietu 40 persuna qrib il-kosta Taljana u lura f 'April mietu 14 mgħaffġin minn ferrovija fil-Maċedonja. Skont l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Migrazzjoni, din is-sena diġà mietu 2,600 immigrant fil-Mediterran biss, xi ħaġa li ma tinkludix l-imwiet li qed iseħħu fuq il-kontinent, fosthom fi Franza fejn mijiet qed jippruvaw jaqsmu lejn ir- Renju Unit. U lil hinn mill-pożi, iċ-ċerimonji, laqgħat u summits li dejjem iwiegħdu bidu ġdid, u li minnhom il-mexxejja Ewropej dejjem joħorġu bi tbissima, donnhom skoprew l-Amerika, x'qed isir fir- realtà biex din it-traġedja tkun miġġielda? X'qed isir biex iċ-ċirku qerriedi ta' min qed jagħmel il-flus mill-isfortuni ta' ħaddieħor jitkisser? Kemm se ndumu nisimgħu Prim Ministri jgħidulna dwar "il-ġlieda kontra t-traffikanti" biex wara, din il-wegħda solenni ssir suf ? Meta se jindunaw il-politiċi Ewropej li ħafna aktar importanti mill- pożizzjoni li jridu jżommu u l-logħob politiku, hemm ħajjet il-bniedem? U anke fil-Kurja, Ponzju Pilatu huwa ħaj. Imdawrin b'baħar li sar ċimiterju, għandna fuq ħoġorna demm ħutna li xtaqu jgħixu ħajja aħjar, fuq ir-ramel maċ-ċafċifa tal-baħar, qed jittellgħu l-katavri, u minflok omelija fuq oħra dwar il-mewt kiefra li qed isofru dawn il-bnedmin, il-Kurja hawn Malta moħħha fuq liema Knisja se ssir bażilika u liema koppja se tkun kanonizzata u kemm huwa insolenti li xi ħadd jilbes ta' soru fil-karnival. Jekk il-Kurja (u kull min jħossu ta' awtorità fiha) mhux se tkun hi li minn ta' quddiem tgħajjat mill- pulptu u ssaffar is-sfafar tat-twissijiet fuq din it-traġedja, kif għajtet u saffret meta kien jaqblilha u meta kellha x'titlef, mela allura tkun qed tirrendi lilha nnifisha f 'awtorità u istituzzjoni tal-bandalora u l-bradella. Anke l-popli Ewropej, inkluż aħna l-Maltin u l-Għawdxin, jeħtieġ nieqfu għall-mument, ineħħu n-nuċċali li qed jagħmina u nistaqsu lilna nfusna "kieku kienet binti, kieku kien ibni li miet mgħerreq, imwassal lejn il-kosta mill-kurrent tal-baħar u midfun bla dinjità, anzi mgħajjar li kien jixraqlu l-mewt għax missu baqa' pajjiżu, kif kont inħossni?" Kemm għad iridu jħarsu lejna uliedna u ulied uliedna u jistaqsu "kif ma stħawx iħarsu n-naħa l-oħra missierijietna meta l-kontinent ta' madwarhom kien sar wied tad-dmugħ u mewt? Kif ma stħawx jikkundannaw lil Ponzju Pilatu meta għamlu eżatt bħalu?