Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/646086
22 illum | Ħadd 28 ta' Frar 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Mhux il-waqt u l-mument li int tieħu ċertu deċiżjoni. Għandek iċ-ċans taħsibha ftit iktar ħalli x'ħin jasal il-vera mument li int tieħu din id-deċiżjonim tkun kostretta li ma jiddispjaċikx, u minn hemm 'l hemm, tibda tħares 'il quddiem.Hemm min madwarek jaf jagħtik parir li għandek tagħmel il-pass issa, però sib ftit ħin għoqod irrifletti ftit u għamel dak li int tħoss ġewwa fik. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 28 u 36. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-pika mhi se twasslek imkien, anzi din taf iġġiblek iżjed rabja u negattività ġewwa fik. Agħraf ħoll din il-pika ħalli tkompli tirċievi iktar mumenti sbieħ li hemm imħejjija u ġejjin lejk. Titlifx ġejjieni sabiħ għall-pika, li meta se tifli sew, ħa ssib li diġà qed ikollha impatt. Min-naħa l-oħra, qis li fl-imħabba ssib spazju fejn int tesprimi għeluq ġewwa fik, ma jkunx tajjeb. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 22 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ftit jiem ta' mistrieħ huma tajjeb li tagħmilhom. Qiegħed jinbena żmien ta' ħafna stress madwarek. Għalhekk, ikunt tajjeb li tieqad ftit għall-mistrieħ sabiec int tieħu dak il-ftit ta' spazju ħalli tkun tiflaħ iktar għal din il- pressjoni li bħalissa qiegħda kulma tmur, tikber madwarek, u dan se jkompli jiġri għal ftit ġimgħat oħra, imbagħad ir-ritmu jonqos ftit, imma issa sib spazju. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 24 u 32. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Sitwazzjoni xi ftit konfuża madwarek li nħolqot dan l-aħħar, kemm jista' jkun għandek bżonn tuża iktar moħħok milli qal- bek. Trid iżżomm f 'moħħok li fil-passat, kull meta użajt qalbek, sfortunatament, dejjem ħriġt tellief. Għalhekk, ghalkemm hemm ċerta biża' madwarek, xorta waħda għandek tkattar il-kuraġġ u b'moħħok tagħraf tieħu d-deċiżjoni u tevita l-passat. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 22 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-pressjoni dejjem tikber madwarek se ġġiegħlek tieħu ċertu bilanċ fil-ħajja ta' mad- warek, u għalkemm dan mhux se jkun ta' gost għalik, imma se tagħraf li għalissa, dak hemm bżonn isir. Persuna li int qed terġa' tikkomunika magħha, se tkun ta' kuraġġ għalik għax dejjem rat kif il-ħajja tagħmililek pożittiva. Li nfetaħ kuntatt, huwa ta' żieda fil-moral u tgħinek tissaħħaħ iżjed. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju GGħalkemm int qed iżżomm lura minn dak li fil-passat ippruvajt twarrab, aktar ma jgħaddi żmien, iktar se tinduna li dak li int kellek fil- passat, huwa dak li int trid. Aktar m'huma se jgħaddu ġranet, aktar se tinduna kemm int issa se tagħmel dak li intilef fil-passat, u se ssaħħu bil-mod fil-preżent u tibnieh għall-futur. Fittex sew fejn qalbek tħossha sew u fejn int tħossok sew. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 29 u 38. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Ħabib li int tlift fil-passat minħabba raġunijiet li ma kienx hemm kontroll fuqhom, jerġa' jitfaċċa fil-ħajja tiegħek, u għalkemm il- laqgħa ta' bejnietkom ħa tkun waħda pożittiva ħafna, int se tibqa' b'dak il-ħsieb tal-passat. Agħraf is-sitwazzjoni li minħabba fiha, inħolqot dik il-qasma li issa intom it-tnejn sirtu iktar maturi, u l-ħajja ta' madwarkom hi kompletament differenti. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 10, 24 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Stedina li ħa ssirlek, ħa ġġiegħlek taħseb x'inhi l-intenzjoni vera wara din l-istedina. Int se tilqagħha ħalli kwalinkwa ħsieb jiġi ċċarat, u hekk tkompli miexja f 'dak li hemm imħejji għalik. Fil-ġranet li ġejjin, int għandek tkun preparat tajjeb għall-pressjoni li ħa tkun ġejja mill-ħidma li int ħa żżidlek ak- tar responsabbiltà f 'dak li int tagħmel din tkun taf tkun għal żmien, imma taqtax qalbek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 28 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Twettiq ta' pjan li kont ilek tippjana għalih, issa ġie mwettaq b'tant sagrifiċċji li int kellek tagħmel sabiex tasal għalih, imma issa trid tieħu ftit tal-paċenzja sabiex int tibda tara r-riżultati tiegħu, kollox irid iż-żmien tiegħu. Dan bħal meta tiżra pjanta, issaqqiha u tibda tikber u hekk, int issa trid tkom- pli ssaħħaħ dak li int għamilt, u dan fix-xhur li ġejjin, ħa jagħtik il-frott li tixtieq. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 24 u 38. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Taqbida li int kellek, issa trid tagħti ftit spazju, jekk int wara dak li ġara qed tħossok li forsi kien imtawwal iżżejjed. Issa stenna ftit taż-żmien jgħaddi ħalli s-sitwazzjoni tkun tista' tikkalma, u hemm ikun iċ-ċans sabiex int tista' terġa' ġġib dak li int qed tħoss li huwa aħjar biex is-sitwazzjoni tkun waħda stabbli. Huwa ta' ġid għalik li dan ikun hekk, sabiex int tħossok aktar int. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 28 u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru L-imħabba tibqa' l-aktar suġġett 'jaħraq' mad- warek, u int trid tagħraf li l-ewwel issib x'inhu l-aħjar li jappartjeni lilek. Allavolja hemm ħafna tifkiriet u mumenti mill-iktar feliċi fin-nofs, imma riesaq żmien li int trid tasal għal deċiżjoni. Sehmek int qed tagħtih mija fil-mija, issa mhux aktar kompatibbli li tistenna, għax jekk int ħa tibqa' tistenna, ħa tbati. Irrifletti. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 25 u 39. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Dak li xi kultant int taħseb li huwa tajjeb għalik, mhux bilfors se jkun tajjeb għal ta' madwarek. Qabel ma tieħu xi deċiżjoni, ta- jjeb li int tiddiskuti ftit ħalli int ikollok xi jkun il- ħsieb tan-naħa l-oħra. Imbagħad, għandek l-opportunità koll- ha sabiex int tkun tista' tfassal aħjar dak li għandek int twettaq li l-aħjar li tagħmel dan, dejjem wara April u mhux qabel. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla l-iktar kompatibbli miegħek hi Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 24 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Ir-rgħiba għas-suċċess (2) Moira rċeviet telefonata fejn kienet infurmata li fil-jum tal-Erbgħa, kellha tkun preżenti mal-kumplament tal-grupp għaċ-ċerimonja. Għalkemm inħasdet b'din l-aħbar, hi kellha tilqa' l-istedina kif kien miftiehem magħha. Inġabru f 'dar, din id-darba ferm ikbar minn dik tal- ewwel darba, u kollha nġabru fil-ġnien taħt qamar kwinta. Bdiet iċ-ċerimonja, fejn Moira kienet mistiedna toqgħod fiċ-ċentru bħala l-mistiedna speċjali għal dan ir-ritwal. Peress li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha ta' din ix-xorta, inħasdet għal dak li ntalbet tagħmel u li jsir fuqha, u ma ħassitha komda xejn. Fil- fatt, għas-sorpriża ta' kulħadd, ftit wara Moira taha ħassha ħażin u kulħadd tfixkel. Ftit tal-ħin wara, Moira bdiet tistembaħ u sabet ruħha f 'kamra ta' lukanda, u mhux fil-post li kienet, u hi qabdet u rħiet biex titlaq 'il barra minn hemm. Meta ppruvat iċċempel lil dak il-ħabib, sabet il-mobile mitfi, u ma setgħet taqbdu b'xejn. Wasal il-lejl u ma setgħet torqod b'xejn, u ħasset sħana qawwija ddur madwarha. Neħħiet ħwejjiġha kollha minn fuqha, u ftit wara bħal qisha kkalmat u strieħet. Mal-ħin, bdiet tħoss xi ħaġa bħal qisha tmissha minn sidirha 'l isfel, u f 'daqqa waħda bla kontroll ta' xejn, ħasset xi ħaġa tmissha sesswalment, li tilfet kull kontroll tas-sitwazzjoni tant li nfexxet twerżaq, u malli daħlet ommha, sabitha bħal misluba fuq is-sodda, u għall-ftit tal- ħin, ma setgħetx tersaq lejha. Ftit wara, Moira intilfet minn sensiha u ommha ppanikjat, u għalhekk ċemplet għal ambulanza. Meta ttieħdet l-isptar u stembħet, ġiet eżaminata qisu qatt ma kien xejn u t-tabib irrilaxxaha. Peró, m'għaddewx wisq ġranet, meta din id-darba, is-sitwazzjoni kienet ferm iktar gravi. Meta bdiet twerżaq, ommha ma setgħetx tiftaħ il-bieb tal-kamra, u għalhekk marret titlob l-għajnuna lil xi ġirien, li meta marru sabu l-bieb kważi miftuħ. Malli daħlu, sabu lil Moira mixħuta mal-art, għarwiena u mitlufa minn sensiha, b'ħafna grif ma' ġisimha. Din id-darba kellha tidħol il-pulizija għax ommha sostniet li kien daħal xi ħadd u stupraha. Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha meta ġiet ġejja f 'tagħha, u sparixxa l-grif kollu li kellha. Wara pressjoni qawwija, Moira irrakkuntat dak kollu li kienet għaddiet minnu mal-grupp, lill-Pulizija. Mill- investigazzjonijiet irriżulta li dawk iż-żewġt idjar użati kienu ilhom abbandunati għal iktar minn 20 sena. Ippruvaw jittraċċaw in- numru tal-mobile li kienet iċċempel imma deher li dan qatt m'eżista, u għalhekk bdiet tiġi akkużata li qed tagħmel rapport falz lill-Pulizija. Ħabib tal-familja kien qed jissuspetta li Moira kienet maħkuma minn xi spirtu ħażin u għalhekk, talab l-għajnuna ta' qassis li kien magħruf li jgħin lil min ikun ippussesat. Dan il-qassis aċċetta u mar jara l-Moira, imma malli resaq lejn il-kamra tagħha, il-qassis ħass bħal xi ħaġa tagħfas ma' griżmejh, u f 'din is-sitwazzjoni ma kellux triq oħra, għajr li jitlaq mill-kamra, anke xi ftit imbeżża' għax qatt ma kellu esperjenza hekk. Meta ltaqa' mal-familja, qalilhom li Moira kienet posseduta minn forma ta' spirtu progressic, li ma kellux idea kif se jipprova jikkumbattih. Tkompli...